Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Kieku l-Abbozz ta' Liġi li ressqet id- Deputat Marlene Farrugia kellu jgħaddi mill-Parlament kif inhu llum u mara (anke jekk f 'sitwazzjoni ta' saħħa prekarja) tmur għand tabib biex tagħmel abort, dan probabbilment jirriuta li jagħmel dan jew anke li jiffaċilità dan, fuq il-premessa li l-abort xorta huwa illegali u jkun qed jikser il-liġi. Se jgħidilha: "Jiena mhux se nagħmel l-abort ghax illegali. Imma jekk tagħmlu int mhux se tmur il-ħabs!" u jgħalqilha il-bieb f 'wiċċha! Mela allura minkejja dak li qed tgħid Farrugia l-abort se jibqa' jsir b'mod illegali u minn taħt u n-nisa se jibqgħu jixtru l-pilloli abortivi online, bil-moħbi u llegalment! Mela allura dak li trid Farrugia, mhu se jbiddel xejn għax kif qed tgħid Desiree' Attard f 'paġna 11 din hija r-realtà ta' dekriminalizzazzjoni mingħajr legalizzazzjoni. Taqbel? Id-Deputat Marlene Farrugia ma tomgħodx kliemha u taqbel li "iva kif qed tgħid tajjeb id-dekriminalizzazzjoni mhijiex se tagħmel l-abort legali, mhux se tippromovieh u lanqas ifisser li jiena naqbel miegħu," bdiet tgħid bħala premessa. Hija tgħid iżda li taqbel li apparti dak li qed tipproponi fl-abbozz jkun hemm qafas li jirregolarizza s-saħħa tal-mara u l-bżonnijiet tagħha, mit-twelid sax-xjuħija - permezz ta' servizzi b'xejn u aċċessibbli. "Id-dekriminalizzazzjoni għandha tkun parti minn pakkett ta' tibdiliet fil-liġijiet u anke fil-Kostituzzjoni," sostniet filwaqt iżda li reġgħet fakkret illi dekriminalizzazzjoni mhijiex legalizzazzjoni. "Li se tagħmel hija li li tnaqqas il-kundanna u t-tabù fuq l-abort u tibda diskussjoni importanti dwar in-nisa u l-kwistjonijiet tas-saħħa tagħhom. Tagħtihom aktar opportunità jfittxu l-għajnuna u aktar kuraġġ biex persuna titkellem u titlob l-għajnuna fejn ikun meħtieġ." Farrugia qalet illi b'hekk ikun hemm inqas nisa li jkollhom bżonn jagħmlu abort u jiġu salvati aktar ħajjiet. Iżda l-gazzetta ILLUM terġa' tfakkarha li bl-abbozz kif inhu mhux vera se jiġu salvati ħajjiet u mgħejjuna n-nisa, għax la l-abort se jibqa' illegali l-ebda tabib mhu se jkun lest jagħmlu, jinkoraġġieh jew saħansitra juri lill- pubbliku li fil-fatt iwettqu. Tfakkarha wkoll li ċertu droga wkoll ġiet dekriminalizzata, imma minflok ħabs taqla' multa. Liema tabib se joqgħod jirriskja l-multi? Farrugia iżda tinsisti li meta tiddikriminalizza kemm it-tabib u anke l-mara ma jkollhomx it-theddida tal-ħabs u allura persuna - skont hi - ma jkollhiex għalfejn tfittex l-għajnuna bil-moħbi. Hija qalet illi kieku l-Parlament Malti "jimxi b'mod normali" kieku dan l-abozz imur quddiem Kumitat fejn issir diskussjoni u l-affarijiet jiżdiedu, jitnaqqsu jew jinbiddlu. "Malli tasal għat-tielet qari, jista' jkun kompletament differenti l-abbozz, minn dak li ressaqt jiena," tgħid id-Deputat. 'Id-dekriminalizzazzjoni tal-abort huwa l-ewwel pass' Il-gazzetta ILLUM tistaqsi allura dik li hija l-mistoqsija naturali: Mela allura għax ma marritx pass oltrè u talbet għal- legalizzazzjoni? Forsi għax beżgħet mill- kritika li xorta qalgħet? "Għax naħseb li d-dekriminalizzazzjoni huwa l-ewwel pass, għax ineħħi t-tabù u għax ikollna diskussjoni miuħa. L-ewwel pass huwa li jitneħħa l-ikkriminalizzar," sostniet. Hija tgħid mal-ILLUM li kien ikun l-ewwel pass tajjeb kieku l-Parlament imqar iddiskuta u wettaq il-bidliet kollha neċessarji f 'dan l-abbozz. 'Il-pożizzjoni tiegħi favur il-ħajja ma nbidlet qatt' Naturalment l-ILLUM ma setgħetx ma tistaqsix lil Farrugia dwar il-kritika politika li qed taqla' fuq livell personali. Bosta qed ifakkru pożizzjonijiet li kellha fuq kwistjonijiet bħall-Att dwar l-Iffriżar tal-Embrijuni, filwaqt li oħrajn bħall-eks Viċi Kap tal-PN u Viċi PM Tonio Borg ikkritikawha għax - skont huma - daħket b'dawk li vvotawlha fl-2017. Lil dawn Marlene x'tgħidilhom? "Il-pożizzjoni tiegħi favur il-ħajja ma nbidlet qatt. Jiena nibqa' nemmen li l-ħajja tibda mal-konċepiment," sostniet Farrugia. Imma tkompli tgħid ukoll li bl-istess mod hi qatt ma kkundannat u qatt ma qalet li mara illi twettaq abort għandha tiġi kriminalizzata. Pero jekk nemmnu li l-ħajja hija mill- konċepiment, mela allura, f 'dak l-argument, irridu nemmnu li l-abort huwa qtil - tfakkarha l-gazzetta. "Iva tagħmlu meta tagħmlu, bl-abort qed tittermina l-ħajja ta' bniedem - kont u għandi u se nibqa' nemmen li mal-konċepiment hemm persuna," tinsisti d-Deputat. Il-gazzetta ILLUM terġa tinterrompi u tistaqsiha: Mela allura, bl-argument tagħha stess, x'inhi d-differenza bejn qtil ta' ħajja fil- ġuf u dik ta' anzjan ta' 80 sena? Hi twieġeb billi tgħid illi raġel ta' 80 sena mhuwiex marbut ma' ħajja ta' persuna oħra. Kuntrarjament għal dan, tgħid illi l-fetu huwa mqabbad mal-omm u jiddependi mill-omm. "Mela jekk se niġu f 'sitwazzjoni fejn l-istat mentali jew fiżiku ta' mara jkun fil-periklu, hemmhekk il-mara li qed issostni l-fetu għandha dritt tagħmel l-għażliet tagħha." Hija qalet illi s-soċjetà għandha toffri edukazzjoni fejn kulħadd ikun konxju tar- responsabbilitajiet tiegħu, kif ukoll sistema tas-saħħa għan-nisa li hija preventiva, aċċessibbli u b'xejn. Dwar l-iffirżar tal-embrijuni Farrugia tgħid illi din hija xi ħaġa kompletament differenti għax f 'dan il-każ "minflok mort għall-għażla li tiffriża bajda, qed tiffriża embrijun u allura ħajja. Din tkun tfajtha fil- friża, tuża l-embrijun li trid imbagħad dak li m'għandekx bżonn tarmi." "Jekk inti tista' tiffriża bajda għalfejn tiffriża bniedem?" staqsiet id-Deputat Farrugia. 'Diżgustanti u diżgustanti aktar' U finalment dwar dan is-suġġett din il- gazzetta tistaqsi lil Farrugia x'inhi r-reazzjoni tagħha dwar kif irreaġixxew il-partiti għall- abbozz tagħha. Bdejna bil-Partit Nazzjonalista. "Diżgustanti," tibda tgħid Farrugia illi tisħaq li jekk partit qed jipprova jevolvi u "jiġbor ġieħu" għallinqas irid juri li lest jiddiskuti. "Ħalli jiddiskuti u xorta joħroġ bl-istess pożizzjoni kontra, imma mqar tiddiskuti." Hija qalet illi l-pożizzjoni ma tirriflettix dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni li għall- ewwel indika diskussjonijiet fil-partit, biex sagħtejn wara ħa pożizzjoni. "Dan ifisser li l-kurrent konservattiv fil-PN għadu jirrenja romblu fuq kulħadd u mhuwiex konoxxenti tal-bidla fis-soċjetà." Dwar il-pożizzjoni tal-Partit Laburista, Farrugia tgħid illi l-pożizzjoni ta' dan il-partit hija "aktar diżgustanti." Hija ddeskriviet bħala "bluha li bħala qatt ma smajt", l-argument tal-PL li dan l-abbozz fil- Parlament "joħnoq" id-diskussjoni. "Minn naħa l-oħra naħseb li biex nevolvu f 'pajjiż li jħoss u jħenn u li jagħti soluzzjonijiet għall-isfidi, l-ADPD l-aħjar li mexa' f 'dan ir-rigward." 'Kont demonizzata u sar assassinju tal- karattru fuqi' Għaliex allura Marlene ma baqgħetx tmexxi lill-Partit Demokratiku minn fejn kien ikollha pjattaforma ħafna aħjar biex tressaq il-pożizzjoni tagħha? Hija qalet illi fl-elezzjoni tal-2017 imma anke wara hi ġiet demonizzata u sar assassinju tal-karattru tagħha. "Ħallieha li ħafna minn dawk li qaluli miġnuna llum jiġu fuqi u jgħiduli li kelli raġun li ppruvajt niħilhom għajnejhom." Hi qalet illi dan l-attakk kien ġej mill- PL u wara anke mill-PN - meta kienet qed tikkritika lil Adrian Delia. "Għalhekk ħsibt li l-PD ikun aħjar Sakemm in-nies mhux se jaraw differenza 'the devil they know' Reġgħet fid-dawl tal-kontroversja. Xejn ġdid! Għalhekk il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Marlene Farrugia dwar l-abort, imma dwar il-Covid-19, Robert Abela, Bernard Grech u iktar ukoll... Alan Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021