Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Riforma tas-sistema elettorali T ul is-snin is-sistema elettorali Maltija ġiet trasformata f 'logħba bejn tnejn. Id-diskriminazzjoni hi parti integrali mis-sistema elettorali bl-iskop li din tnaqqas il-possibilità li jidħol partit ieħor fil-Par- lament. Hi diskriminazzjoni intenzjonata, mhux b'kumbinazzjoni. Is-sistema elettorali tagħna (Vot Singlu Trasferibbli) daħlet fis-seħħ fl-1921 u kienet iffukata fuq il-kandidat individwali, ġeneralment tinjora lill- partiti politiċi. Tul is-snin iżda, sar tibdil importanti b'mod li l-attenzjoni ċċaqilqet minn fuq il-kandidat għall-fuq il-partit politiku. L-ewwel bidla ta' din ix-xorta ittieħdet lejliet l-elezzjoni ġenerali tal- 1976: il-polza tal-vot kienet imfassla mill-ġdid b'mod li l-kandidati ta' kull partit inġabru flimkien f 'listi separati bil-kuluri li jidentifikaw lill-partiti politiċi differenti. Din kienet tibdila kbira minħabba li għal iktar minn 50 sena il-kandidati kollha f 'kull distrett elettorali kienu jkunu f 'lista waħda f 'ordni alfabetiku. Sa dakinhar ma kinitx ħaġa rari li l-voti jaqilbu minn partit għall-ieħor u dan billi ma kienx dejjem faċli għal votant semi-litterat biex jiddistingwi bejn kandidat ta' partit u kandidati oħrajn. Riżultat ta' hekk intilfu (jew intrebħu) bosta siġġijiet parlamentari tul is-snin. It-tieni bidla saret fl-1987 u kienet irfinata fis-snin ta' wara. Bdiet bħala reazzjoni għal tibdil malizjuż fid- distretti elettorali, u speċifikament wara r-riżultat elettorali tal-1981. Oriġinarjament il-bidla kienet imfassla bħala garanzija kostituzzjonali biex issaltan ir-rieda tal-maġġoranza tal-votanti b'mod li jkun assigurat li meta partit politiku jaqbeż il- 50 fil-mija tal-voti jkollu dritt għall-maġġoranza tas-siġġijiet parlamentari. Sussegwentement din il-bidla ġiet żviluppata f 'formola li tassigura l-proporzjonalità bejn il-voti miksuba fl-ewwel għadd u n-numru ta' siġġijiet parlamentari mirbuħa. Imma hemm kundizzjoni waħda importanti marbuta ma dan kollu: tapplika biss jekk il-parlament ikun magħmul minn żewġ partiti biss. Fil-mument li jidħol it-tielet partit il- proporzjonalità ma tibqax iktar garantita ħlief f 'każ wieħed: meta partit politiku jaqbez il-50 fil-mija tal-vot popolari jibqa' bid-dritt ta' maġġoranza ta' siġġijiet parlamentari. Il-kostituzzjoni tistenna li l-oħrajn jieħdu paċenzja! Bħalissa qed isseħħ it-tielet bidla. Din tikkonċerna aġġustament addizzjonali: dwar l-iżbilanċ tal- ġeneru. Jistgħu jiżdiedu mhux iktar minn tnax-il siġġu parlamentari biex tissaħħaħ ir-rappreżentanza tal-ġeneru li ma jkunx rappreżentat adegwatament. Dawn it-tnax-il siġġu jinqasmu bejn iż-żewġ partiti l-kbar. Imma, jekk jidħol it-tielet partit ma jiġri xejn minn dan kollu. Ejja nkunu ċari. Huwa essenzjali li l-proporzjonalità bejn il-voti miksuba u s-siġġijiet parlamentari mirbuħa tkun assigurata. Huwa daqstant ieħor importanti li jkun indirizzat in- nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-Parlament. Imma dan kollu għandu jsir b'mod li jkun ġust, bla diskriminazzjoni, kif ukoll mingħajr ma jiżdied id- daqs tal-Parlament b'mod astronomiku kif jista' jiġri wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss! Hu possibli li t-tibdil isir mingħajr ma jkun hemm żieda fid-daqs tal-Parlament. Tul is-snin il-partit politiku li mmexxi jien għamel diversi proposti dwar dan kollu. L-iktar riċenti kien fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika dwar kif għandu jkun indirizzat l-iżbilanċ tal- ġeneru fil-Parlament. Dakinhar emfasizzajna li bit-traqqiegħ tas-sistema elettorali u tal-Kostituzzjoni, bit-top-ups, ma hu ser jissolva xejn. Hemm bżonn tibdila mill-qiegħ. Minflok ma għamlu hekk ippruvaw jibdlu l-inqas possibli. Il-Gvern u l-Oppożizzjoni, b'hekk spiċċaw qablu li jżidu mad-diskriminazzjoni fis-sistema elettorali. Sfortunatament il-proposti tagħna ġew injorati għal darba oħra u allura ma ħallewlna l-ebda għażla għajr li mmorru l-Qorti biex nisfidaw id-diskriminazzjoni li qed jimponu l-membri parlamentari mill-Partit Laburista u mill-Partit Nazzjonalista. Għax dwar xi ħaġa hekk dawn dejjem jaqblu! F'dawn iċ-ċirkustanzi il-frammentazzjoni hi l-agħar ħaġa li tista' isseħħ da parti ta' dawk li jridu jemfasizzaw xi punt speċifiku. Dawk li jilgħabuha tal-"indipendenti" jispiċċaw jagħtu saħħa ikbar lis- sistema li jridu jindukraw iż-żewġ partiti. Dan iseħħ billi kontinwament jostakolawna fil-mixja tagħna lejn il-Parlament. L-għaqda bejn l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku fix-xhur li għaddew hi l-eżempju li għandu jkaxkar. Flok ma tibqa' ssir emfasi fuq differenzi żgħar li fl-aħħar huma insinifikanti ikun ferm aħjar li naraw l-istampa kollha. Hi sfida għat-telgħa, imma xejn mhu ser iżommna. Il-karba ta' l-imxajtna Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM W ara li jgħaddi l-Covid - u ser jgħaddi bħal ma osfru mijiet ta' pan- demiji oħra fid-dinja - ikollna nerġgħu nirritornaw għall-kar- biet ta' qabel. Tgħidulix li qed inkun monotonu u tad-dwejjaq u mhux ser nitkellem fuq l-għalliema msejkna u stressjati li għandhom vakanza oħra dan ix-xahar għax l-ewwel ta' Mejju inżerta l-Ħadd. Le fuq dawn għidt biżżejjed… għalissa! Ħa nerġa' nitkellem fuq din l-art ħelwa li ġibniha mandra. Mhux fuq Din l-Art Ħelwa li tagħmel xogħol tajjeb ħafna imma li qatt ma rnexxielha tiġbor magħha Maltin li mhumiex mneħirhom mxammar. Aħna ħallejna min ried jagħmel triq fil-baħar, jagħmlu - għax l-argument hu sempliċi ħafna, is-suċċess ta' kollox marbut ma kemm timpala liri. Jien l-isbaħ ikla, hija ira friska b'taħlita perfetta ta' basal, tadam, tonn taż-żejt, bżar, melħ, kappar u żejt taż-żebbuġa flimkien ma' flixkun Cisk kiesaħ. Hawn min jippreferi n-nejk ta' pranzu b'ħafna sinefeteti, b'xi nokkla ta' ħuta mdawwra b'xi frott eżotiku b'tiċpisa ta' xi żejt ta' żebbuġa li skont l-informazzjoni provduta ikun ġej minn xi masġar organiku! U biex ma ninsiex akkumpanjat minn xi inbid abjad fin li jiswa daqs ġurnata paga minimum wage mill-vallée de la Loire. Bejn ikla u oħra lanqas dubju ma għandi li l-maġġoranza tan-nies iridu xi ħaġa awtentika – il-ira Maltija. U biex nieqaf b'dawn il-ħafna stejjer dwar gastronomija, niġi għall-punt. Ma nistgħux inkomplu naħxu dan il-pajjiż b'deċizjonijiet mgħaġġla bbażati fuq l-idea falza li l-progress huwa kemm kiber il-GDP. Jekk għandna riżors, li meta josfor ma jġibux lura, hija proprju din l-art ħelwa. Jekk għandna estetika li kienet magħna għall-eluf ta' snin u ġiet stuprata għax is- sur Range Rover bena blokk appartamenti koroh dagħwa b'Alla qishom kaxxi griżi u bojod - ħadd mhu ser iġib dik il-veduta lura. F'għajnejn il-politiċi u dawk mejtin biex jagħmlu l-flus aħna qisna l-imxjatna. Imma għadna fil-ħin biex flimkien nqajmu dan il-pajjiż biex jiem li l-isbuħija u l-kwalità ta' Malta ma ġġibhiex b'kemm għandek flus fil-bank jew f 'xi kont barrani imma b'kemm pajjiżek jidher sabiħ. Issa jekk ma jimpurtax ħa ndur għal dik il-ira u dak il-lager u li kont minnkom għamlu bħali! Dawk li jilgħabuha tal-"indipendenti" jispiċċaw jagħtu saħħa ikbar lis- sistema li jridu jindukraw iż-żewġ partiti. Dan iseħħ billi kontinwament jostakolawna fil- mixja tagħna lejn il-Parlament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021