Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jitħaddet mal-finalist tal-Premju tal-Unjoni Ewropea (PUEL) Joe Pace. Qabelxejn jistaqsih jesprimi l-fehmiet tiegħu rigward il-kontroversji li nqalgħu dan l-aħħar matul il-proċess aġġudikattiv tat-tħejjija tax-xogħlijiet letterarji eliġibbli għal dan il-premju Ewropew. Id-diskussjoni mbagħad iddur fuq ċerti tendenzi ftit li xejn fejjieda tal-mentalitajiet dominanti tagħna l-Maltin, dwar jekk is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea tassew ġabitx dawk il-bidliet ferm meħtieġa u mistennija u dwar ir-rapport tiegħu mal-Knisja Kattolika tul is-snin kien jimxi sew u kien hemm abbużi. Imma kien isir xogħol ta' fejda kbira minn nies li tista' ssejħilhom qaddisin. Fl-esperjenza tiegħi ltqajt ma' min kien jabbuża u ltqajt ukoll ma' ħafna li kienu qaddisin. Iċ-ċirkustanzi ta' ħajti mbagħad mexxewni fi triqat fejn ma stajtx nibqa' daqshekk midħla tal-Knisja. Ħassejtni ġġudikat minn min forsi jaħseb li l-bieb tal-Ġenna kien magħmul għalih biss. Ħasra, għax bħali hemm ħafna oħrajn li setgħu jkomplu dak ix-xogħol mibdi min- nies qaddisa li semmejt qabel. Kultant ikun hemm xi forma ta' sinjal ta' bidla imma nħoss li spiss ikun it wisq u tard wisq. Għalhekk imbagħad ma nibqax interessat. Ma nistax niem lanqas kif f 'isem l-istess Alla ta' Abraham, Ġesù u Mawmettu għadna niżbranaw lil xulxin bi ħruxija annimaleska. KS: Fl-istess intervista ma' Deguara sħaqt illi bħal kull poplu ieħor aħna l-Maltin għandna dika x-xorta ta' mexxejja politiċi li jixirqilna. Rimarka bħal din terġa' teħodna lura għall-kummenti preċedenti kwantu ċerti mentalitajiet dominanti tagħna bħala poplu. Fl-istess nifs iddeskrivejt lill-Maltin bħala "poplu tal-ħabba gozz" u osservajt illi għaldaqstant m'għandniex għalfejn niskantaw wisq bin-nuqqasijiet gravi tal-mexxejja li naħtru. Għax tgħid ftit tas-snin ilu kien hemm bosta ċittadini li ħasbu li bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-influwenza tal-politiċi fuq il-poplu tagħna kien ser tbatti. Oħrajn bassru li għaldaqshekk kellhom jiżvolġu wkoll progressi liema bħalhom fil-kuxjenza kollettiva tagħna. Hekk kont taħseb int? Għandi nifhem illi bħali llum jidhirlek illi għall- inqas s'issa dan kollu fil-biċċa l-kbira għadu ma ġarax. Hu x'inhu, temmen illi għada pitgħada għad iddur il-folja? Kemm-il darba avveniment storiku bħal dak xorta waħda donnu ma bbastax, x'taħseb li jista' jissuċċiedi biex forsi ma tafx kif ninfatmu minn dawk it-tendenzi xejn fejjieda li baqgħu magħna? Tgħid it- twettiq ta' xi revoluzzjoni nobis minn ġewwa bħal dik illi ttanta jniedi l-Papa Aħmed? JP: Inħobb ngħid li l-poplu mhux biss ikollu l-politiċi li jistħoqqlu imma anke t-tobba, l-għalliema, l-isportivi, l-atturi, il- ġenituri u l-awturi li jistħoqqlu. Jekk il-motto nazzjonali huwa "U iva mhux xorta!", ma nistenniex imbagħad li nara poplu jistinka biex jilħaq xi riżultat superjuri. Kollox jgħaddi u ħadd qatt ma jinżamm responsabbli għal dak li jipproduċi jew jagħmel. M'hemm konsegwenza ta' xejn għal ħadd. U jekk kollox jgħaddi, allura l-poplu huwa tal-ħabba gozz. Imbagħad nistennew dejjem il-mirakli: le, mhux nistinka jien imma noqgħod nistenna li jiġi xi salvatur (pirkażu l-Unjoni Ewropea) ħalli jirranġali kollox f 'ħakka t'għajn. Basta nista' ngħawweġ u nirranġa kif irrid biex nibqa' nagħmel xogħol ta' kaaf. Imma nistaqsi jien: jekk li tagħmel xi ħaġa sew u li tagħmel xi ħaġa ħażin huma t-tnejn "xorta", mela allura għaliex ma tagħmilhiex sew? Ngħid dan kolu filwaqt li niskuża ruħi ma' dawk il-it eċċezzjonijiet li jagħmlu xogħol tassew superlattiv. Ngħid għalija kont (u għadni) nemmen li l-Unjoni Ewropea kellha sservi biss ta' brejk biex il- karozza ma tibqax nieżla rrankata għan-niżla. Ma stennejtx mirakli imma għall-inqas bis-sħubija issa hemm xi ħaġa li sservi ta' kuxjenza għal min forsi jitħajjar ikompli jabbuża. Imma mbagħad biex titwettaq bidla, rivoluzzjoni, jekk trid, qabelxejn jenħtieġ ikollok preparazzjoni tajba. Trid tkun tgħallimt u qrajt u xtarrejt. Ma tridx toqgħod taħseb illi int iċ- ċentru tal-univers. UE u mhux, dan it għandna ħeġġa nagħmluh. Iżda f 'dar-rigward nistaqsi żewġ mistoqsijiet: dawk li fl-2003 għamlu kampanja sħiħa biex ma nidħlux fl-UE, kif issa għandhom il-wiċċ jippuppaw sidirhom quddiem xi proġett li sar bi flus li ma riduniex nieħdu? U kif il-poplu jerħiehom jippuppaw sidirhom qisu xejn mhu xejn?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021