Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 letteratura IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Poplu tal-ħabba gozz Joe Pace dwarna l-Maltin KS: Qabelxejn nifraħlek talli ir-rumanz tiegħek Papa Aħmed wasal sal-lista l-qasira mħejjija għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura (PUEL). Kif taf din l-edizzjoni għamlet ferm iżjed ħoss minn dawk preċedenti, l-iżjed kaġun tal-kontroversji li nqalgħu rigward ir-rumanzi li tqiesu ineleġibbli għal dan il-konkors. Minn banda episodju bħal dan żgur kapaċi jiġġenera l-pubbliċità għall-kittieba inkwistjoni u għaldaqstant minkejja kollox jista' wkoll, almenu sa ċertu punt, jingħadd b'sitwazzjoni pożittiva. Mill- banda l-oħra nifhem ukoll illi kontroversja bħal din tista' tikkawża ċertu fastidju u ttellef mis-sodisfazzjon tal-finalisti u tar-rebbieħa. Biss, jidher illi l-biċċa l-kbira ta' dawk illi kkummentaw kwantu l-esklużjoni ta' ċerti rumanzi m'għamlux dan b'malafidi. Barra dan, nemmen illi bosta mir-riżervi mistqarra minn Alfred Sant u minn oħrajn dwar dan il-każ – kemm-il darba issa jingħataw widen – jistgħu jtejbu qatigħ l-livell tal-PUEL u saħansitra jżidulu l-prestiġju. Ġimgħa ilu staqsejt dan lir-rebbieħa Lara Calleja: x'inhuma l-veduti tiegħek dwar din il-kwistjoni? Taħseb li ċerti ilmenti li tqajmu kienu ġġustifikati? JP: Nemmen li kull diskussjoni li ssir b'mod kostruttiv twassal għal titjib. Sa ċertu punt, ktieb miktub tajjeb ukoll jista' jitqies bħala diskussjoni. Kont ninkwieta biss kieku wara dik id-diskussjoni kien hemm xi skop moħbi. Nemmen li f 'din il-kontroversja ma kienx il-każ. Jekk niġu f 'dan, jista' jkun hemm ukoll skop moħbi wara ktieb. Għalhekk trid toqgħod attent: trid tiem, tixtarr, tirriċerka u tistaqsi. Riċerka ma tfissirx ġirja ta' malajr fuq Google u Facebook. Fil-każ speċifiku tal-PUEL ta' din is-sena, naħseb li kien hemm xi it miżinformazzjoni u xi gazzetti saħansitra xerrdu ideat ħżiena. Kont nistenna li l-organizzaturi jiċċaraw mill-ewwel ir-regoli ta' din l-edizzjoni kif ukoll l-istadju li kienet waslet fih. Xi ħadd anke ħareġ jgħid li l-premju kien diġà ngħata lil xi awtur u mbagħad itteħidlu, tant li mbagħad jien u Lara Calleja ġejna nidhru koroh jew tat-tieni klassi. Dwar jekk kotba ta' pubblikaturi assoċjati ma' partiti politiċi għandhomx jiġu esklużi mill- premju, ngħid għalija nippreferi li jkunu inklużi wkoll u mbagħad l-udjenza titħalla tasal għall- konklużjonijiet tagħha dwar xi jgħidu dawk il-kotba. Ovvjament, dan kollu irridu narawh mil- lenti wiesgħa tal-Unjoni Ewropea (bil-partikularijiet ta' kull pajjiż) u mhux biss mil-lenti tagħna l-Maltin. Hu x'inhu din hija biċċa xogħol kumplessa. KS: F'kumment li tajt lill- gazzetta The Times of Malta s-sajf li għadda stqarrejt bla kantunieri li wieħed mill- mottivi ewlenin illi nebbħuk tikteb dan ir-rumanz kien l-osservazzjoni tiegħek li aħna l-Maltin donnu naħsbu li aħna l-akbar nazzjon illi qatt inħoloq. Tant hu hekk li anke bħala Kattoliċi – dejjem jekk filfatt għadna nistgħu nissejħu hekk – spiss saħansitra rriduha wkoll ta' "Kattoliċi iżjed mill-Papa" nnifsu. Din il-perċezzjoni mhux biss imbagħad welldet fl- immaġinarju tiegħek il-karattru ta' Papa Aħmed iżda wkoll – biex nerġa' lura għat-tendenzi tagħna l-Maltin – narrattiva li tikkummenta rigward l-insularità tipika tagħna. Kemm taħseb illi din l-idea minfuħa tagħna bħala nies hija filfatt il-frott tal-insularità tagħna? Jista' jagħti l-każ illi – bil-maqlub – hija pjuttost l-insularità tagħna li taħti l-iżjed għal din il-grandjożità xejn f'lokha tagħna? Jew forsi dat-tnejn ormaj issa saru jirrinforzaw lil xulxin? JP: Jekk aħna nafu biss dal-erba' mili li ngħixu fuqhom ser naħsbu li kollox huwa rappreżentat fihom. Moħħna, li hu mdorri jkejjel minn Marsaxlokk sal-Mellieħa, lanqas jibda jiem x'inhu l-veru kobor u bogħod; xi tfisser li ssuq tul tlett sigħat u tibqa' fl-istess pajjiż; li taqsam pont bejn żewġ pajjiżi u f 'nofsu jkollok taqleb is-siegħa. Fil-passat konna neqsin mis-safar u allura ma kellniex idea tajba ta' x'hemm fid-dinja. Is-sugu kien biss f 'dak il-it li għandna f 'pajjiżna u għalhekk konna niġġieldu għalih kull żewġ sekondi, għax dak biss kien hemm u kien u għadu it wisq biex jitma' lil kulħadd. Mela aħtaf Ġuż! Żid ma' dan kollu in-nuqqas ta' edukazzjoni (għax is-sistema ma tedukax iżda tgħaddi l-informazzjoni biss u għax kulħadd jaf kollox u m'għandux għalfejn jitgħallem) u tispiċċa b'poplu li mingħalih li hu l-pern tad-dinja – dinja li 'qas biss taf fejn hi Malta! U l-it li għallmuna dwar id-dinja kien jinkludi biss Buckingham Palace, Trafalgar Square u l-Eiffel Tower. KS: Fost is-siltiet saljenti tar- rumanz tiegħek Papa Aħmed laqatni ferm il-ftuħ. In-narratur jinsab Ruma fi Pjazza San Pietru josserva l-eżitu finali tal-konklavi. F'ħin minnhom jistaqsi, bħal bejnu u bejn ruħu, jekk kienx possibbli li daqstant nies baqgħu jemmnu fil-Knisja Kattolika. Fil-kapitlu ta' wara jgħidilna li mhux soltu jidħol ġo knisja. Għaldaqstant nifhmu li b'xi mod jew ieħor in-narratur tiegħek huwa apostata li ftit li xejn għandu kont tar- reliġjon. Sintendi mhix ħaġa li nassumu li l-leħen tal-karattri fittizji bilfors jirrappreżentaw bis-sħiħ il-fehmiet ta' min joħloqhom. Iżjed u iżjed fil-każ tiegħek ġaladarba hemm xi jgħid illi b'xi mod jew ieħor għadek interessat qatigħ fi ħwejjeġ ekkleżjastiċi. Ibda biex f'intervista radjufonika ma' Rachel Deguara għas-sensiela Taħt il-Qoxra rrimarkajt illi żort diversi lwiek marbuta mar- reliġjon Kattolika u li tul dawn l-aħħar snin segwejt mill-qrib ukoll il-ħidma pastorali ta' diversi papiet, fosthom Ġwanni Pawlu II u l-Papa Franġisku. Niġu f'dan in-narrattiva tar- rumanz Papa Aħmed tittratta wkoll ir-rapport spiss xejn feliċi bejn it-tliet reliġjonijiet Abramiċi. Kif tiddeskrivi l-interess illi għandek fil-Knisja llum? Kif inbidlu tul is-snin ir-relazzjoni tiegħek mal-Knisja u mal-modi kif din tinterpreta l-Vanġeli u kif imbagħad tislet minnhom il-Katekiżmu tagħha? JP: Semmejt kemm-il darba li jien kont midħla sewwa tal-Knisja. Bqajt abbati sakemm kelli madwar ħmistax-il sena u għal xi żmien kelli wkoll kariga żgħira fil-Kurja. Inħoss ukoll li dawk li jmaqdru lill-Knisja jinsew li sa it għexieren ta' snin ilu ħadd ħliea ma kien jaqbeż għall-batut. Mhux kollox Ir-rebbieħa tal-PUEL Lara Calleja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021