Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864
17 analiżi illum • IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 Hamas għal nuqqas ta' rieda u min iwaħħal fis-sanzjonijiet tal-Iżrael kontra Gaza. 'Pożizzjonijiet iebsin mhux se jwasslu għal paċi u s-sigurtà' Fid-dawl ta' dan kollu l-Professur Sater jgħid illi l-faqar fl-Istrixxa ta' Gaza huwa "estrem", il-qgħad huwa aktar minn 50% u ma hemmx opportunitajiet ta' xogħol, ħlief dawk marbutin ma' għajnuna umanitarja. "F'Gaza, it-toroq, l-ajruport, l-iskejjel ... kollox huwa imkisser," qal Sater illi fakkar ukoll li f 'din l-art mhux wisq differenti mid-daqs ta' Malta jgħixu żewġ miljun persuna u li minnha l-Palestinjani ma jistgħux jidħlu jew joħorġu. Sostna illi minkejja l-inazzjoni tal-komunità internazzjoni s-saħħa kbira li kisbet l-Iżrael qed tonqos, hekk kif il-Palestinjani qed jingħataw rappreżentanza fl-Organizzazzjoni Dinijija tas-Saħħa kif ukoll fil-Ġnus Magħquda. Xi ħaġa li James Sater jgħid li seħħet "kontra x-xewqa tal-Iżrael." "L-Iżrael issa trid tirreaġixxi għal dan. Jew tippreżenta l-missjoni tagħha kontra Gaza b'mod differenti, jew inkella tibda diskussjoni vera u profonda fuq is-soluzzjoni ta' żewġ stati. Imma biex dan iseħħ irid ikun hemm imsieħba kredibbli," jisħaq. Huwa jgħid li l-Iżrael mhuwiex kredibbli għaliex jgħid li kien forna lil Fatah bl-armi biex dan jegħleb lil Hamas. Sater qal li issa anke ħafna Lhud u partiti politiċi Lhud qed jintebħu li l-mod kif il-Gvern qed jitratta dan il-kunflitt u l-mod kif qed jiffoka fuq Gaza "mhux qed jissodisfa l-bżonn tal-paċi." Jgħid ukoll li l-kunflitt huwa wisq qrib fejn jgħixu miljuni ta' Lhud, bħal f 'Tel Aviv u anke Ġerusalemm. "Pożizzjonijiet iebsin waħedhom mhumiex se jwasslu għal paċi u s-sigurtà li l-Lhud jixtiequ u qed jappellaw għalih." 'Ħadd ma jrid li dan il-kunflitt jitwal wisq aktar' Imma fit-toroq u l-pjazez in- nies miż-żewġ naħat xi jridu? Iridu r-retorika tal-lemin? Iridu aktar tpattija? Hemm rieda għal rikonċiljazzjoni? Il-Professur James Sater beda bil-Palestinjani: "Il-Palestinjani huma ċari dwar xi jridu. Li jistgħu jgħixu fl-istat tagħhom, b'elezzjonijiet mingħajr ebda forma ta' indħil mill-Iżrael. Apparti dan iridu wkoll li l-kapitali tagħhom tkun in-naħa tal-lvant ta' Ġerusalemm," li kif rajna fl-ewwel artiklu tibqa' waħda mill-għeruq tal-għawġ kollu li nqala' mas-snin. Imbagħad idur fuq il-Lhud. "Il-Lhud huma aktar mifrudin. Settur żgħir u li ċkien mas-snin jemmnu f 'soluzzjoni, bħal dak li ġie mifthiem f 'Oslo." Huwa jgħid illi dan is-settur tal-poplu Lhudi ċkien minħabba diversi raġunijiet fosthom l-attakki mill-Palestinjani. Huwa qal li l-maġġoranza "jridu l-istatus quo. Mhux għax iridu li l-Gvern jattakka lil Gaza jew għax jaħsbu li t-tensjoni mal-Palestinjani hija xi ħaġa tajba, inkluż fi bliet fl-Iżrael stess fejn hemm kemm Lhud u anke persuni Għarab, imma għax tat l-istabilità. Dik l-istabilità issa qed tkun imminata." J g ħ i d i l l i m i n k e j j a li hemm Lhud ortodossi (u allura ħafna aktar estremisti) li ma jridux jgħixu mal-Palestinjani hemm oħrajn li jridu ftehim, speċjament fid- dawl tal-fatt li apparti l-madwar żewġ miljun Palestinjan f 'Gaza hemm maż-żewġ miljuni oħra fil-bqija tal-Iżrael li jinkludi x-Xatt tal-Punent, li huwa mmexxi mill-Palestinjani wkoll, u komunitajiet fi ftit bliet bħal Tel Aviv (F'Jaffa l-aktar - fejn l-Għarab qed jakkużaw lil- Lhud b'ġentrifikazzjoni biex jimbuttawhom 'l barra). H u w a qal illi dak li seħħ f 'Gaza u anke f 'toroq fl-Iżrael huma "atroċitajiet" u jisħaq li l-gwerra hija assimetrika u "allura ħafna iktar Palestinjani tilfu ħajjithom, inkluż tfal, familji u ċittadini normali." Huwa qal li dawn l-atroċitajiet huma prezz wisq għoli "għar- rieda tal-Iżrael li jissopravivi." Il-Professur James Sater temm jgħid mal-ILLUM li fl-aħħar mill-aħħar iżda ħadd ma jrid li dan il-kunflitt, bl-atroċitajiiet u tbatijiet kollha li qed jikkawża, jibqa' għaddej għal wisq żmien aktar. Ġemgħa ta' partitarji tal-Fatah Il-Profs. James Sater