Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 analiżi IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 • illum STORJA MIKTUBA BID-DEMM: IL-QAWMIEN TAL-HAMAS U DAK LI JRIDU L-LHUD HEKK KIF L-ISTATUS QUO JITHEŻŻEŻ F'din it-tieni parti ta' dan l-artiklu l-gazzetta ILLUM tkompli tanaliżża l-kunflitt Iżrael-Palestina, b'ħarsa lejn il-qawmien tal- Hamas u titkellem mal-Professur Universitarju James Sater ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Nhar il-Ħadd li għadda din il- gazzetta tat ħarsa lejn l-istorja mdemmija tal-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina bi snin fuq snin ta' ġlied, irvellijiet u snin ddominati minn nies bħal Yasser Arafat fuq il- naħa tal-Palestinjani, f 'isem l-Organizzazzjoni għal- Liberazzjoni Palestinjana (PLO) - illum magħruf bħala Fatah - u Yitzhak Rabin fuq in-naħa l-oħra li kien ġie assasint f 'Tel Aviv. Illum din il-gazzetta se tagħti ħarsa lejn il-Hamas - ħafna drabi r-raġuni li l-Iżrael jġib għall- ibumbardjar tal-istrixxa ta' Gaza li l-istess Hamas ilha tikkontrolla mill-2007. Imma apparti minn hekk il- gazzetta ILLUM tkellmet ma' James Sater, Kap tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università ta' Malta u li jispeċjalizza wkoll fil-politika tal- Lvant Nofsani. Imma qabel, ejja nagħtu ħarsa qasira lejn ir-realtà tal-Hamas. Saret elezzjoni u telgħu dawk li l-punent jara bħala 'Ġiħadisti u terroristi' Il-Grupp tal-Hamas ġie wara snin illi matulhom il-PLO kienet tiddomina il-politika Palestinjana u li kienet ukoll mexxiet in- negozjati li wasslu għal-ehim storiku ta' Oslo fl-1993 li dħalna it fid-dettalji tiegħu l-Ħadd li għadda. Fih Arafat kien għamel dikjarazzjoni illi hu jirrikonoxxi d-dritt tal-Iżrael li jkun stat għalih. Din hija xi ħaġa li l-Hamas assolutament ma taċċettax u li diversi ċittadini tad-dinja Għarbija għadhom jirreżistu wkoll minkejja li xi pajjiżi Għarab innewtralizzaw id-diskors tagħhom lejn l-Iżrael. Il-Hamas twaqqaf bħala forza politika u għandu l-oriġini tiegħu fil-Fratellanza Musulmana fl- Eġittu. Twaqqaf fl-1987 u fl-2006 rnexxielu jirbaħ elezzjoni li rat lil PLO (Fatah) jitlef Gaza, xi ħaġa li ma niżlet assolutament xejn tajjeb ma' diversi forzi tal-punent. Fil-fatt tajjeb wieħed ifakkar illi l-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea, il- Ġappun u l-Kanada ddikjaraw lil Hamas bħala terroristi. Għalhekk id-dinja tal- punent qalet lil Hamas li dan għandu jaċċetta li jiddiżarma u jiddimilitarizza lilu nnifsu kif ukoll li jaċċetta lill-Iżrael bħala Stat, xi ħaġa li Hamas irriutaw u li ddeskrivew bħala talba inġusta. L-appoġġ lejn il-Palestinjani ġie minn diversi bnadi, fosthom mill- Prinċep tas-Sawdi Għarabja Saud al-Faisal li rrimarka illi l-ewwel l-UE u l-Istati Uniti riedu elezzjoni fil-Palestina u għax ir-riżultat ma ġiex kif xtaqu, iddeċidew li jagħmlu diversi kundizzjonijiet. Diversi pajjiżi, waqqfu l-għajnuna finanzjarja lill-Palestinjani, biex l-istrixxa ta' Gaza bil-mod, il- mod saret l-aktar art politikament iżolata fir-reġjun. Wara xhur ta' ġlied u ehim għal Gvern ta' Għaqda li kellu ħajja qasira, il-Hamas ħatfu l-kontroll ta' Gaza u minn hemm bdiet gwerra ta' tfigħ ta' missili u bombi minn u lejn kull naħa. Il-Hamas baqa' jinsisti dejjem li l-Iżrael m'għandux dritt jeżisti bħala stat, punt ta' prinċipju li qatt ma telqu minnu u li wassal għal tensjoni kontinwa bejn l-Iżrael u l-Istrixxa ta' Gaza. Fl-2011 sar ehim ta' rikonċiljazzjoni bejn iż- żewġ naħat politiċi tal-Palestinjani li wkoll kienu mifrudin, il-Hamas f 'Gaza u l-Fatah fix-Xatt tal- Punent - bejn Mahmoud Abbas u Khaled Meshaal. Il-Hamas hija organizzazzjoni Iżlamista u li tgħid ċar illi l-Iżrael tibqa' teżisti sakemm id-dinja Musulmana teqridha u jgħidu f 'Artiklu 11 fil-qafas tat-twemmin tagħhom illi l-Iżrael hija art Musulmana u li allura huwa xogħol kull Musulman li jara u jaħdem biex dan iseħħ. F'Artiklu 15 għalhekk jappellaw għal Jihad - jew gwerra qaddisa. 'Il-Fatah mhumiex eżattament id-difensuri tad-drittijiet tal- bniedem li xi kultant jitpinġew li huma' L-argument tal-punent huwa li kull attakk huwa kważi ġustifikat proprju minħabba l-Hamas u l-fatt li minkejja diversi appelli, anke minn stati Għarab, il-Hamas jibqa' jirriuta li jinħolqu żewġ stati separati għal Lhud u l-Palestinjani. Il-Professur Sater ma jaħsibx li l-Hamas jista' jkun li qed jispara f 'saqajn l-istess ġlieda ta' ħafna palestinjani għal-libertà, propju minħabba n-natura fundamentalista tiegħu? Sater jgħid lil din il-gazzetta illi huwa minnu li ħafna mill-attakki li jsiru mill-Iżrael dejjem isiru fuq l-argument illi l-attakk huwa fuq il-Hamas mhux Gaza. "Il-Hamas ilhom popolari mid- 90ijiet għal diversi raġunijiet. Filwaqt li kien hemm il-proċess ta' Oslo, il-PLO kienu saru forza ta' awtoritarjaniżmu. Ma kinux il-protetturi tad-drittijiet tal- bniedem daqs kemm jiġu pinġuti, xi drabi," jibda jispjega Sater mal- ILLUM. Huwa jfakkar li l-Hamas tara illi l-proċess ta' paċi f 'Oslo huwa fundamentalment żbaljat għaliex kienu l-Palestinjani biss li rrikonoxxew lill-Iżrael u mhux il- kontra. Huwa jfakkar ukoll illi filwaqt li l-Iżrael kellha ħafna żoni residenzjani (settelments) fix-Xatt tal-Punent hija kienet saħansitra "għaddiet armi lill-PLO, liema armi intużaw kontra l-Palestinjani." Ifakkar ukoll li l-Hamas kienu ġew arrestati u mbagħad meħlusin fit- tieni intifada fil-bidu tas-sena 2000 (tajna ħarsa lejha fl-ewwel artiklu). "Huma kienu meqjusin bħala forza popolari kontra l-awtoritajiet korrotti Palestinjani," qal Sater. Minkejja dan huwa qal ukoll li 15-il sena ta' azzjonijiet tagħhom waslu biex "il-Palestinjani saru ħabsin f 'Gaza." Huwa hawnhekk ifakkar li hemm żewġ argumenti dwar is-sitwazzjoni li fiha jinsabu n-nies f 'Gaza: Min iwaħħal fil- Ġemgħa ta' partitarji tal-Hamas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021