Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 'Dekriminalizzazzjoni waħedha toħloq konfużjoni u tħalli lin-nisa fejn huma llum' L-avukat Desiree' Attard tisħaq mal-ILLUM illi minkejja li dak ta' Marlene Farrugia kien pass tajjeb, dekriminalizzar tal-abort waħdu jġib konfużjoni u free-for-all... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM " I d - d e k r i m i n a l i z z a z z j o n i mingħajr ma tirregola se toħloq free-for-all u ħafna konfużjoni. Billi tneħħi l-artiklu tad- dekriminalizzazzjoni u m'għidtlix x'se nagħmel minflok, ħallejtni fejn kont." Hekk sostniet mal-gazzetta ILLUM Desiree' Attard, avukata, eks Kunsilliera Laburista u persuna li dejjem esprimiet opinjoni favur id-dħul tal-abort. Hija qalet illi filwaqt li tapprezza l-pass li għamlet id- Deputat Marlene Farrugia (Ara paġni 12 u 13) Attard qalet li kif inhi l-liġi, din ma tagħtix linji gwida, la lin-nisa u lanqas lit-tobba u l-professjonisti. "Mingħajr linji gwida n-nisa se jibqgħu jixtru l-pilloli u jibqgħu jfittxu l-abort onlajn." Hija qalet illi jekk il-liġi kellha tgħaddi kif inhi, it-tabib xorta se jfakkar lil mara illi l-abort huwa att illegali u għalkemm hu ma jmurx il-ħabs, xorta jibqa' l-fatt li hu jkun qed jagħmel xi ħaġa illegali jew iwettaq jew jiffaċilità l-abort. Għalhekk, tispjega Attard, bid-dekriminalizzazjoni t-tobba xorta se jagħlquhom il- bieb f 'wiċċhom lin-nisa. " D e k r i m i n a l i z z a z z j o n i mingħajr legalizzazzjoni mhux se taħdem," saħqet l-avukat Attard. "Kulħadd irid ikun jaf il- parametri tal-liġi." 'L-abbozz huwa difettuż ...' Hi tkompli tgħid, filwaqt li tfakkar dejjem li dan kien pass pożittiv, li iżda l-abbozz minnu nnifsu huwa "difettuż" u tispjega għaliex. Attard qalet illi fl-abbozz 'abort sfurzat' kien innumerat minflok 'żwieġ sfurzat', wieħed minflok l-ieħor. "Żball tekniku veru, imma juri illi forsi nkiteb wisq b'għaġġla dan l-abbozz." Hija qalet ukoll li l-abort b'negliġenza - jiġifieri meta jsir abort imma ma jkun hemm ebda intenzjoni li jsir - bħal per eżempju meta tabib jagħti xi tip ta' mediċina li twassal biex it-tarbija titlef ħajjitha, b'emenda qed jitneħħa. Attard qalet illi abort b'negliġenza jeħtieġ dejjem jibqa' kriminalizzat, ladarba l-omm qatt ma riedet tagħmel l-abort. Hija qalet illi ma tistax tiem kif qed jingħad, li l-abort b'negliġenza m'għandux jissemma' fl-abbozz għax Malta għandha liġijiet li jitrattaw qtil involontarju. Dan - skont Desiree' Attard - jiaħ preċedent li jpoġġi lit-terminazzjoni tat-tqala fuq l-istess binarju ta' qtil ta' persuna adulta, meta Attard tgħid li l-liġi tal-1856 diġà qed tagħmel din id-differenza. "Din l-emenda qed tagħmel t-terminazzjoni ta' tqala involontarja u l-omiċidju involontarju daqslikieku huma l-istess ħaġa." 'Ma tistenniex aħjar mill-PN' U x'taħseb Attard dwar ir- reazzjonijiet tal-PN, il-PL u l-ADPD? Dwar il-PN, Attard tgħid li l-pożizzjoni li ttieħdet bla diskussjoni interna, "kienet mistennija. Ma tistenna xejn aħjar! Hija ħasra li wrew disservizz lil dawk il-kandidati tal-istess partit li huma pro- choice." Il-Kap tal-PN ħareġ kontra d-dikriminalizzazzjoni, bla ebda forma ta' diskussjoni fil-partit. Dwar l-ADPD hija esprimiet opinjoni pożittiva, għalkemm qalet li l-Ħodor fl-Ewropa huma aktar liberali. L-ADPD ħareġ favur id-dikriminalizzazzjoni u l-abort f 'ċikostanzi partikolari bħal każi ta' stupru, abbuż, vjolenza u tqala detrimentali għas-saħħa tal-mara. Fil-każ tal-Partit Laburista hija qalet illi tifhem il- pożizzjoni minħabba li fil- Grupp Parlamentari hemm min hu liberali ħafna u min hu konservattiv ħafna. "Pero' jiena xorta inħossni komda b'din il- pożizzjoni u nifhem li hemm ħafna diskussjoni li għad trid issir." Il-Partit Laburista ħareġ kontra l-mozzjoni, fakkar li l-PM Robert Abela dejjem esprima ruħu kontra l-abort, imma ma kkommettiex lilu nnifsu kontra d-dikriminalizzazzjoni. Desiree' Attard: Avukat, eks Kunsilliera tal-PL u favur l-legalizzazzjoni tal-abort

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021