Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 • illum Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu jisħaq li servizz bl-ajru, flimkien mal- fast ferry u r-raba' vapur ikun ifisser qabża kbira għall-konnettività bejn il-gżejjer YENDRICK CIOFFI Il-Kap Eżekuttiv tal- Assoċjazzjoni Għawdxija għat- Turiżmu (GTA), Joe Muscat, saħaq mal-gazzetta ILLUM li wara l-introduzzjoni tas- servizz tal-fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr, il-pass li jmiss issa huwa servizz bl-ajru bejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-gżira Għawdxija bil-għan li tkompli tissaħħaħ il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer. Muscat insista mal-gazzetta ILLUM li bħalma kien hemm ir-rieda politika li jitwaqqaf is- servizz tal-fast ferry, jekk ikun hemm ir-rieda politika, anke dan is-servizz bl-ajru jseħħ. Mistoqsi eżatt x'qed tipproponi l-GTA, Muscat insista li mhux qed jirreferu għas-servizz tal- ħelikopter li kien għoli wisq u li żgur qatt ma seta' jkun vijabbli. Spjega kif l-Assoċjazzjoni ilha snin tisħaq li għandu jkun hemm servizz ta' ajruplan żgħir, li jkun jiflaħ iġorr 20 passiġġier u l-bagalji tagħhom u li jgħaqqad direttament lil Għawdex mal- Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Insista li dan is-servizz bl-ajru, flimkien mas-servizz tal-fast ferry u tar-raba' vapur li qiegħed jopera wkoll, ikun ifisser qabża kbira għall-konnettività bejn il- gżejjer. "Ejjew ngħidu li hija realtà li l-mina se tkun qed issir fl- għaxar snin li ġejjin, sadanittant se noqogħdu nittewbu? Dawn huma soluzzjonijiet li jistgħu jiġu implimentati issa jew fil-futur qrib u jagħmlu differenza kbira fil-ħajja tal-Għawdxin u għas- settur turistiku f 'Għawdex," insista Muscat. Saħaq li mhux qed jippretendu li f 'Għawdex ikun hemm ajruport, iżda sempliċiment runway biżżejjed għal dan it-tip ta' ajruplan. Mistoqsi jekk dwar dan sarux studji, Muscat wieġeb fil-pożittiv. Mistoqsi wkoll jekk ikunx vijabbli, Muscat irrefera għal dak li għamel il-Gvern fil-każ tal-fast ferry, fejn filwaqt li offra l-infrastruttura neċessarja, illiberalizza s-servizz u ma ħallihx f 'idejn il-Gozo Channel, imma f 'idejn l-operaturi li lest jidħlu għal dan l-investiment. "Ir-riskju ħallih f 'idejn il- privat li kien lest jidħol għalih," insista. Saħaq li l-GTA minn dejjem emmnet u dejjem saħqet dwar l-importanza li jkun hemm mezzi differenti ta' konnettività bejn il-gżejjer. "Jekk destinazzjoni ma tkunx konnessa tajjeb mal-art prinċipali, f 'dan il-każ gżira oħra, allura hemm problema," kompla jisħaq Muscat. Fast Ferry: 'Huwa ċar li l-operaturi żammew quddiemhom għajnejhom lil Għawdxin' L-ILLUM tkellmet ma' Muscat dwar is-servizz tal-fast ferry, il- prezzijiet u anke l-fatt li abbord il-katamarani mhux se jkunu qed jittellgħu vetturi. Dan jagħmel is-servizz vijabbli? Muscat ftit li xejn deher inkwetat dwar dan. Għall- kuntrarju saħaq li kemm mill- prezzijiet li tħabbru miż-żewġ kumpaniji li se joffru dan is- servizz u anke mill-iskeda, jidher biċ-ċar li l-operaturi żammew quddiem għajnejhom lill-Għawdxin. Fakkar kif hemm aktar minn 3,000 ħaddiem Għawdxi u anke 'l fuq minn 1,200 student li kuljum ikollhom jaqsmu għal Malta. Insista li prezzijiet orħos għall-Għawdxin u ħinijiet aktar frekwenti tas-servizz kmieni filgħodu u tard waranofsinhar, jikkonfermaw li l-aspett soċjali tal-Għawdxin ingħata prijorità. Tal-istess fehma kienu l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija u anke l-GUG, il-Grupp li jirrappreżenta lill-istudenti universitarji Għawdxin. 'Opportunità għal swieq ġodda ta' turiżmu...' Bħala Kap Eżekuttiv tal- GTA, ma setax jonqos li Muscat jirrifletti dwar l-impatt fuq it- turiżmu f 'Għawdex. Insista li s-servizz ta' fast ferry jista' joffri opportunità għal swieq ġodda, fosthom biex Għawdex jattira aktar "il-viżitaturi tal-ġurnata," inkluż dawk it-turisti li jiġu Malta bil-cruiseliners. Apparti dawn, fakkar li ħafna turisti llum qed jagħżlu akkomodazzjoni fil- Belt Valletta, Tas-Sliema u l-Kottonera. "Ma tridx tara l-fast ferry waħdu. Hemm ukoll il- laneċ bejn il-Kottonera, il-Belt u Tas-Sliema u l-lift tal-Barrakka," kompla jisħaq. Insista li l-viżitaturi tal- ġurnata huma importanti anke għar-reklamar tal-gżira, għax ikun hemm turisti li wara li jqattgħu ġ u r n a t a f 'Għawdex, jagħżlu li jerġgħu jirritornaw darb'oħra għal btala itwal. Qal li f 'sena normali, mingħajr pandemija, Għawdex ikollu madwar 1.3 miljun viżitatur tal- ġurnata li sal-lum jużaw biss il-Gozo Channel. "Issa jistgħu jibdew jużaw dan is-servizz ukoll," kompla jisħaq. 'Biex turist jitla' ċ-Ċirkewwa xorta jrid iħallas...' Mistoqsi jekk it-turist hux se jaqbillu, anke għax il-prezzijiet għalihom u l-Maltin huma aktar għolja, Muscat fakkar li biex turist jitla' ċ-Ċirkewwa xorta jrid iħallas għat-trasport pubbliku jew taxi. Apparti l-flus, kompla jisħaq, fi tliet kwarti, mill-Belt se tasal Għawdex. Biex mill-Belt titla' saċ-Ċirkewwa, għandek minn tal-inqas tliet kwarti u mbagħad ikun għad fadal il-vapur. "Nittamaw li dan kollu se joħloq tip ġdid ta' viżitatur li se jasal lejn Għawdex b'mod aktar faċli," temm jisħaq. 'Wara l-fast ferry il-pass li jmiss huwa s-servizz b'ajruplan bejn l-Ajruport u Għawdex' Joe Muscat - President tal-GTA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021