Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864
09 illum • IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 aħbarijiet fil-ħabs'; L-ILLUM tanalizza l-proposti tal-PN 'Ripatrijazzjoni ta' priġunieri barranin ... 'Hemm kwistjonijiet loġistiċi u ta' drittijiet umani' L-ILLUM tkellmet ukoll mal-krimino- logu Saviour Formosa, partikolarment dwar il-proposti fuq l-estensjoni tal-ħabs u r-ri- patrijazzjoni tal-priġunieri barranin. Fl-aħħar rapport annwali dwar il-krimi- nalità f 'Malta, Formosa kien spjega kif sal- 25 ta' Diċembru 2020, fil-ħabs kien hemm 868 priġunier u sa it ġimgħat qabel, jiġifie- ri sas-27 ta' Novembru, kien hemm numru rekord ta' 908 priġunieri. 62% tal-priġunieri kienu barranin. Formosa beda jisħaq li mhux qiegħed jistenna li n-numru ta' residenti fil-ħabs jonqos u dan mhux għax il-kriminalità qed tiżdied. Se jiżdiedu, saħaq Formosa għax aktar mal-Prosekuzzjoni, il-Pulizija u l-Qorti jsi- ru effiċjenti, aktar se jingħataw sentenzi u għalhekk aktar hemm ċans li jkun hemm sentenzi ta' priġunerija effettiva. Apparti minn hekk, kompla Formosa, aktar ma tikber il-popolazzjoni u aktar ma jkun hawn opportuntajiet, aktar se jkun hawn kriminalità, kif jiġri meta jiżdiedu t-turisti. Favur l-estensjoni tal-ħabs u tagging elettroniku Għalhekk saħaq li hemm żewġ soluzz- jonijiet u t-tnejn li huma qiegħed jippro- ponihom il-PN. L-ewwel waħda hija li jkun hemm estensjoni tal-ħabs preżenti jew tipi differenti ta' ħabs u t-tieni waħda hija li jkun hemm sentenzi alternattivi, bħalma huma s-sentenzi sospiżi jew inkella t-tagging elet- troniku. Fakkar kif il-proposta tat-tagging elet- troniku kien proponiha għall-ewwel darba hu snin ilu, meta fil-Gvern kien għad hemm il-Partit Nazzjonalista u fil-ħabs kien hemm madwar 200 priġunier. 'Għandu jkun hemm deterrent ... ħabs ma għandux jagħlaq' Minkejja dan, Formosa jisħaq li għandu jkun hemm deterrent u għalhekk ma jaq- bilx ma' min jargumenta li l-ħabs għan- du jagħlaq. Insista li ma tistax taqta' linja għall-kriminali kollha. Anke jekk ma jaqbilx li jispiċċa l-ħabs, insista li hemm alternattivi oħra, bħalma huma l-Programm tar-RISe jew inkella sis- temi ta' 'open prisons' bħal fil-każ tal-Ġer- manja u l-Fillandja (ara l-kumment ta' Charles Mifsud), li jistgħu jkunu ta' bene- fiċċju. 'Ripatrijazzjoni ta' priġunieri barranin ... fejn se taqta' linja?' Dwar il-proposta tal-PN għar-ripatrijazz- joni tal-priġunieri barranin, Formosa kien xi it jew wisq xettiku. Saħaq li mhux faċli taqbad u taqta' linja mhux biss minħabba kwistjonijiet loġistiċi imma anke minħabba kwistjonijiet ta' drit- tijiet umani, fost oħrajn. Beda jistaqsi x'deterrent se jkollu kriminal barrani milli jwettaq reat f 'Malta, jekk jaf li jekk se jinqabad, se jintbagħat f 'pajjiżu fejn forsi, dak li jkun wettaq f 'Malta, ma jgħoddx bħala reat. Filwaqt li rrikonoxxa li hemm qbil bejn ċertu pajjiżi dwar dan, saħaq li pajjiż jeħtieġ ikun ċert li fejn se jintbagħat, priġunier ikun se jkompli jiskonta s-sentenza, iżda b'rispett lejn id-drittijiet umani tiegħu. Dawn mhux kullimkien huma mħarsa. Qal li jkun hemm ċirkostanzi wkoll fejn l-awtoritajiet lanqas id-dettalji bażiċi ta' priġunier ma jkollhom. "Lil dan fejn se taqbad tibagħtu?" kompla jistaqsi. 'Qabel irid ikun hemm diskussjoni mal-esperti' Kien hawn li staqsa wkoll fejn se tinqa- ta' l-linja. "Se tibgħat lil kulħadd. Lil kull min wettaq reat serju jew reat minuri? U min weħel sentenza sospiża, x'se tagħmel bih?" Temm jisħaq li dwar din il-propos- ta hemm ħafna mistoqsijiet li jridu jiġu mwieġba. Appella biex qabel jinħarġu proposti bħal dawn, ikun hemm diskuss- joni mal-esperti. 'Qegħdin inkunu ta' leħen għall-priġunieri, għall-familji tagħhom, u anke għall- ħaddiema tal-ħabs' Ibbażati fuq ir-reazzjonijiet li rċieva, il-gazzetta ILLUM bagħtet ukoll sett ta' mistoqsijiet lill-kandidat tal-PN Dar- ren Carabott li huwa wkoll membru tal-clustes li ħareġ b'dawn il-proposti: Waħda mill-aktar proposti interessanti hija dik dwar ir-ripatrijazzjoni tal-priġunieri barranin. Imma effettivament il-PN fejn se jaqta' linja? Kif se jassigura li dawn ikomplu jiskontaw is-sentenza u f'ambjent dinjituż? Ir-realtà hi li fil-ħabs għandna mad- war nofs il-ħabsin mhumiex ta' nazz- jonalità Maltija. Għalhekk il-proposta tal-PN hi sabiex dawk eliġibbli, jiġu ripatrijati u jiskontaw is-sentenza f 'pajjiżhom – dejjem b'rispett lejn id-drittijiet umani u l-liġijiet internazz- jonali, u kif ukoll b'kollaborazzjoni ma' pajjiżi oħra. Bħalissa għandna 67 priġu- nier li jistgħu jiġu meqjusa bħala ċit- tadini ta' pajjiżi fejn is-saltna tad-dritt tirrenja. B'hekk inkunu nistgħu ntaffu l-problema tal-iffullar fil-ħabs. Il-PN jipproponi estensjoni strutturali tal-Faċilità eżistenti. Se nnaqqsu l-priġunieri jew inkabbru l-ħabs? Fejn qed tipproponu li dan iseħħ? Il-ħabs qed jilqa' fih aktar minn 800 priġunier, id-doppju ta' kemm suppost jiflaħ. Din mhijiex sitwazz- joni aċċettabbli. Għalhekk saret kon- sultazzjoni ma' nies tekniċi u esperti fis-settur – u qegħdin inpoġġu 'l quddi- em proposta ta' estensjoni strutturali tal-faċilità attwali f 'Kordin billi jiżdiedu 125 ċella oħra b'investiment ta' madwar €3.25 miljun. Il-PN jipproponi half-way houses u akkomodazzjonijiet li jkunu maħsuba għall-priġunieri li jkunu waslu fl- aħħar tas-sentenza tagħhom, anke għall-integrazzjoni mill-ġdid aħjar fis-soċjetà. Ma taħsibx li l-integrezzjoni għandha tibda mill-bidu nett u mhux malli persuna tkun waslet biex toħroġ mill-ħabs? F'sistema korrettiva wieħed irid jaf- faċċja l-konsegwenzi tar-reat li jkun wettaq, però wkoll trid tingħata impor- tanza għar-rijabilitazzjoni tal-persuna. Għalhekk fil-proposti nkludejna rifor- ma fil-parole biex priġunieri li jkollhom imġieba tajba jkunu jistgħu jiskontaw l-aħħar parti tas-sentenza barra mill- ħabs. Ressaqna proposti dwar it-tag- ging elettroniku, dwar trattament aħjar għall-vizzju tad-droga u kif ukoll biex l-ar- r e s t pre- ventiv isir l-e ċċe zzj oni u mhux ir-regola. Ħarisna lejn l-importanza tal-familja, billi pproponejna child-parent units biex it-tfal ta' priġunieri jkunu jistgħu jintaqgħu 'l bogħod mill-istigma tal- ħabs. Dawn kollha huma proposti li jħarsu l-integrazzjoni. Biżżejjed il-proposti? Il-PN kif se jaħdem biex l-ewwel u qabel kollox ikun hawn bidla fil-kultura u tonqos l-istigma? Bis-saħħa ta' dawn il-proposti, il-ħabs reġà tpoġġa fuq l-aġenda nazzjonali. Qegħdin inkunu ta' leħen għall-priġu- nieri, għall-familji tagħhom, u anke għall-ħaddiema tal-ħabs. Bħala PN, ħarisna lejn sistemi effettivi li qegħdin jitħaddmu f 'pajjiżi oħra, u addattajna dawk l-ideat għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiż- na sabiex ikollna sistema aktar rifor- mattiva. Iżda dan hu proċess kontinwu. Nistieden lill-qarrejja biex jekk għand- hom aktar ideat ikellmuna. Id-disa' proposti tal-PN Estensjoni strutturali tal-faċilità attwali ta' Kordin Arrest preventiv għandu jkun l-eċċezzjoni għar-regola u jintuża biss f 'każijiet mill-aktar serji Postijiet aktar adegwati ta' half-way houses u akkomodazzjoni b'superviżjoni li jkunu maħsuba għall- priġunieri li waslu fl-aħħar tas-sentenza tagħhom, anki għal intergazzjoni mill-ġdid aħjar fis-soċjetà Trattament aktar xieraq lill-vittmi ta-vizzju tad- droga, 'l bogħod mis-CCF, simili għal 'Prison Inmate Programme' li tmexxi l-Caritas Ripatrijazzjoni tal-priġunieri barranin lejn pajjiżhom Leġiżlazzjoni dwar it-tagging elettroniku li permezz tagħha l-priġunieri jkunu jistgħu jservu s-sentenza tagħhom band'oħra minflok fis-CCF; dan jgħodd ukoll għall-persuni miżmuma b'arrest preventiv. Unitajiet għall-ulied u l-ġenituri, simili għall-kunċett imħaddem fir-Renju Unit u fl-Italja biex jintlaqgħu l-priġunieri ġenituri u tingħata attenzjoni lill-ħtiġijiet ta' ulied dawn il-priġunieri barra mill-Faċilita tas-CCF, anke għall-ġid ta' dawk l-ulied. Riforma tas-sistema tal-parole biex aktar priġunieri jitħallew jagħżlu li jagħmlu riabilitazzjoni u riforma Kunċett ta' parole abbażi ta' anzjanità u saħħa fiżika, maħsuba għall-priġunieri li qed iġarrbu kundizzjonijiet serji.