Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 mingħajri, għax ħassejt li l-attakk fuqi kien qed isir fuq partit li qed jipprova jsib saqajh," saħqet Farrugia. George Abela u Robert Abela: L-istess jew differenti? Fl-2008 Marlene Farrugia kienet appoġġjat bil-kbir lil George Abela għal Mexxej ġdid Laburista. Kif tara li huma simili u differenti George Abela u llum ibnu Robert Abela fit- tmun tal-pajjiż bħala Prim Ministru? "Iva kont ħdimt għal George Abela, li nirrispettah ħafna. Naħseb li dak iż-żmien Abela seta' jaġixxi u jpoġġi l-programm tiegħu b'mod aktar ħieles minn Robert Abela, forsi minħabba li l-PM tal-lum huwa marbut xi it, b'irbit li ma nistgħux naraw." Imma taċċetta l-fatt li fl-aħħar sena u nofs saru riformi ġudizzjarji, riforma fil-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal- Pulizija, għaddejna mit-test tal-moneyval dwar il-ħasil tal-flus u aktar? Tasal tgħid li sar progress konsiderevoli minn meta kien Prim Ministru Joseph Muscat? "Uh baħar jaqsam hemm bejn Muscat u Abela - u f 'kollox!" wieġbet Farrugia Hi qalet illi qed joħroġ ċar illi hemm attentat, li tgħid illi "qed jagħti riżultati", biex l-affarijiet jitranġaw fil-qasam tas-saltna tad- dritt. Qalet ukoll iżda illi f 'aspetti oħrajn il-bidla għadha mhix qed iseħħ, fosthom fl-ippjanar u l-iżvilupp. "Il-ħerba għadha għaddejja, forsi it inqas, imma għadha għaddejja," sostniet id-Deputat. Hi qalet ukoll li l-kontroll li għad hemm fuq id-Deputati tal- Gvern hemm għadha. "Meta wieħed iqis li Abela mill-ewwel sab pandemija u xorta inidirizza kwistjonijiet tas-saltna tad-dritt, naħseb li hemm baħar jaqsam bejnu u Muscat." Covid: Ninża l-kappell lil Fearne u ta' madwaru Induru fuq il-Covid-19. Ħafna huma dawk li jemmnu illi l-Gvern mexxa tajjeb f 'dak li jitratta Covid-19, speċjalment f 'dak li jirrigwarda vaċċinazzjoni, meta kkumparati mal-bqija tad-dinja. Tagħtihom tort lil dawn in-nies li ddeċidew għalhekk li jerġgħu jivvutaw lill-Partit Laburista? Hija bdiet billi qalet li tinża l-kappell lil Fearne u t-tim tiegħu u li kieku "Abela dejjem sema' minn Fearne u ta' madwaru konna nkunu aħjar illum." Hija qalet illi l-akbar żbalji ta' Abela kienu ċerti stqarrijiet dwar il-mewġ fil-baħar u meta ħafer il-multi. "Imma issa Abela jidher li tgħallem mill- iżbalji tiegħu stess u qegħdin dejjem resqin lejn normalità. Issa dwar il-perċezzjoni tan-nies - jiena ngħid illi l-ewwelnett m'għandniex ninsew il-propoganda l-ħin kollu. It-tieninett il-perċezzjoni ta' kemm mexxa tajjeb il-Gvern tvarja. Jekk huwa sid ta' ħanut li kellu jagħlaq u forsi ma reġax fetaħ - jaraha mod u xi ħadd li l-paga baqgħet dieħla normali, jaraha mod ieħor," spjegat Farrugia. Hija qalet iżda li ma tħossx li ż-żmien li l-pajjiż kien magħluq intuża tajjeb biżżejjed għal titjib infrastrutturali speċjalment tisbiħ u tindif. U fuq dan l-aħħar punt Farrugia tikkritika s-sitwazzjoni ta' ndafa fil-pajjiż. "Hawn ħmieġ kbir. Bħall-antik erġajna ġejna," sostniet mal-ILLUM. Ipproponiet li nduru dawra mal-pajjiż għal tindif u aktar tisbieħ, "mhux mort Birżebbuġa kien hemm qisu ġnien kien hemm ħmieġ u żibel miuħ u mort sa San Tumas bdejt nara cookers u fridges." 'The devil they know' U ngħalqu bil-PN. Taħseb li Bernard Grech huwa progress minn Delia? Hi tibda billi tgħid li temmen illi Grech huwa Kap "kredibbli" imma ssostni illi biex il-PN jidher bħala alternattiva jeħtieġ il-bidliet neċessarji. Imma liema? "Per eżempju jkun trasparenti fuq is- sitwazzjoni finanzjarja tal-partit stess, anzi jekk irid ikun sejru għandu jmexxi 'l quddiem il-finanzjament tal-partiti mill- istat, ħalli l-partiti ma jibqgħux jiddependu mill-kuntratturi. L-emenda tal-kwoti tan- nisa - li hija diskriminazzjoni lampanti kontra nisa li ma joħorġux mal-PN jew mal-PL - il-PN qatt ma messu qabel magħha..." L-ILLUM tfakkarha li huwa proprju fuq dan li l-PN jiġi kkritikat - in-nuqqas ta' pożizzjonijiet ċari, bħal fil-każ tal- Liġi dwar il-Kannabis, fejn sal-lum il-PN huwa kważi l-unika entità li ma ħarġitx b'opinjoni. Farrugia taqbel u tgħid li Bernard Grech għandu bżonn juri l-PN iex jemmen. "Wisq nibża' li hemm wisq komuni bejn il-PN u l-PL. hemm wisq silenzju mill-PN, fuq l-ippjanar per eżempju u fuq l-iżvilupp bla rażan u l-kruhat li qed iseħħu fil-pajjiż. M'aħniex nisimgħu partit kbir fl-Oppożizzjoni jwiegħed bidliet fil- policies!" Għalhekk Marlene Farrugia temmet din l-intervista tgħid li "sakemm in-nies mhux se jaraw id-differenza bejn il-PN u l-PL se jagħżlu 'the devil they know'. differenza bejn il-PN u l-PL se jagħżlu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021