Illum previous editions

ILLUM 30 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1378864

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 opinjoni illum • Il-ĦADD 30 TA' MEJJU 2021 M inn meta' faqqet il-pandemija tal-COVID-19 id-dinja kollha għaddiet minn sitwazzjonijiet li ħadd qatt ma kien jobsor li jistgħu jissuċċedu. Fost dawn is-sitwazzjonijiet ġodda kien hemm dik ta' kif normalment issir ix-xogħol. F'ħafna każi kellhom jinbidlu xi proċeduri ta' kif wieħed normalment kien iwettaq ħidmietu, per eżempju b'teħid ta' miżuri ta' protezzjoni; bħal bżonn li persuna żżomm id-distanza minn ħaddieħor jew bl-ilbies ta' maskli u ħejjeġ prottettivi. Miżuri li wieħed kien ikollu jieħu biss f 'ċerti sitwazzjonjijiet jew tip ta' xogħol partikolari. Żgur iżda li l-ikbar bidla drastika kienet dik marbuta mal-post minn fejn wieħed seta ikompli jwettaq ħidmietu. Kif nigħdu, jagħti il-ġurnata tax-xogħol tiegħu. Kif esperjenza, fejn kien possibli ix-xogħol beda jsir mid-dar minnflok mill-uffiċċju. Żdied bil-kbir it-teleworking. Fejn qabel wieħed kien irid jitlob permess għal dan it-tip ta'xogħol, waqt il-pandemija f 'ħafna każi sar mandatorju li wieħed joqgħod il-bogħod mill-post tax-xogħol u jwettaq ħidmietu mid-dar. Esperjenza oħra bla mistennija kienet dik ta' perjodi ta' lockdowns li minn żmien għal żmien bdew jiġu implimentati bħala parti mill-miżuri biex tiġi miġġielda l-pandemija tal- COVID-19. B'riżultat ta' dan kollu żdied b'mod qawwi il-ħin li kull wieħed u waħda minnha kellna nqattgħu ġewwa djarna u f 'ċirkustani minnhom għal ġranet sħaħ. Sitwazzjoni li kellha kemm effetti pożittivi kif ukoll f 'xi każi anke effett negattivi. Għaliha personali dan iż- żmien serva biex niddedika iktar ħin għall-passatemp tiegħi. Dak tal-filatelija jew kif ħafna jirriferu għalih, bħala l-ġbir tal-bolli. Ix-xhur li għaddew servew biex jien sibt iktar ħin x'niddedika biex norganizza iktar l-kollezzjoni tiegħi kif ukoll biex nqalleb fil-kollezzjoni u b'hekk ingawdi iktar dak li rnexxieli niġbor u nakkwista matul snin sħaħ ta' dedikazzjoni għal dan il-passatemp. Minn dak li qed nisma, jidher li din l-esperjenza tiegħi ma kinetx waħda unika għax waqt il-pandemija COVID-19 rajna żieda qawwija fl-interess lejn il-filatelija, kif donnu ġara wkoll għall-passatempi ohra. Jidher li mhux jien biss sibt iktar ħin biex niddedika għall-passatemp tiegħi, iżda ħafna oħrajn. "In-nies huma mwaħħla d-dar, huma mdejqa" qalli ħabib tiegħi. In-nies ilhom magħluqin għal xhur sħaħ jistennew li kollox jispiċċa b'wiċċ il-ġid. Għalhekk mhux ta' b'xejn li matul dawn ix-xhur rajna żieda sinifikanti fl-applikazzjonijiet ta' sħubija f 'għaqdiet tal-filatelija fosthom il-'Gozo Philatelic society' Forsi b'iktar ħin id-dar, sibna mod ieħor kif ta' kif nivvjaġġaw? Forsi il-passatemp tal-filatelija serva biex ibqa' ikollna tieqa miuħa fuq id-dinja, u li issa ma stajniex nżuru fiżikament, minħabba l-miżuri ta' restrizzjoni fl-ivvjaġġar? Li hu żgur hu li jekk għalina l-ivjaġġar ma kienx daqshekk faċli, ħadd ma żamm il-bollol bit-timbri fuqhom flimkien mal-ittra b'kollox milli jivjaġġaw minn pajjiż għal ieħor. U meta nirċievu xi ittra u aqbduha f 'idejna, d-dinja, litteralment, tiġi dritt fuq ponot subgħajna, permezz tal-istampi li jkun hemm fuq il-bollol jew stampi fuq il-kartolini. Jien personalment ġejt introdott għal dan il-passatemp meta bħala tfajjel ta' ħdax-il sena kont nara n-nannu tiegħi jgħaddi ħin twil jilgħab bil-bolli u jpoġġiħom f 'posthom fl- albums. Minn dakinhar l'hawn qatt ma waqa. Illum wkoll nokkupa diversi pożizzjonijiet ta' tmexxija f 'organizzazzjonijiet li huma konnessa ma dan id- delizzju tal-filatelija. L-interess partikolari tiegħi huwa fil- perjodu ta' wisq qabel minn meta bdew jiġu wżati l-bollol. Żmien fejn kienu jintbatu ittri, li minflok xi bolla, kien jkollhom biss xi forma ta' timbru jew sinjal partikolari bħal dawk misjuba fuq korrispondenza ta' żmien meta Malta kienet taħt il-kavallieri ta' San Ġwann. Hu x'inhu d-delizzju tiegħi tal-ġbir tal-bolli ma' kienx biss mezz ta' kif inqatta' il-ħin tiegħi b'mod tajjeb, iżda wkoll mezz ta' kif fi tfuliti, u anke sallum, nkun nista' nitgħallem iktar u nsalpa, tal-inqas mentalment, iktar il-bogħod mill-konfini ta' madwari. Huwa sewwa li kieku nkomplu nintroduċu lit-tfal tagħna fuq lejn dan id-delizzju tant edukativ li minnu nnifsu jżjommok ukoll aġġornat speċjalment fuq storja ta' pajjiżna u lil hinn minhu . Kull min huwa interesat li jkun jaf iktar fuq dan il- passatemp, għandu jibgħat email lis-Segretarju tal-Gozo Philatelic Society fuq: secretary@stamps- gozo.org Jesmond Borg Il-Filatelija – Baqa' skop għal passatemp bħal dan? Jesmond Borg, l-awtur tal-artiklu huwa l-President tal-Gozo Philatelic Society. L-artiklu tallum huwa it-tielet artiklu f 'sensiela li qed tinkiteb minn uffiċċjali/opinjonisti attivi fis-settur tal-volontarjat Għawdxi. Din is-sensiela ta' artikli hija iffaċilittata b'arranġament milħuq bejn id-direzzjoni tal-ġurnal ILLUM u l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin (Gozo NGOs Association). Permezz ta' dan l-arranġament il-ġurnal ILLUM qiegħed jipprovdi pjattaforma għall-vuċi tas-settur tal-volontarjat u l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) Għawdxin. Settur, hekk imsejjaħ bħala it-tielet settur, importanti ħafna f 'kull kommunità, iktar u iktar f 'dik Għawdxija. L-ewwel artiklu f 'din is-sensiela kien dak miktub minn Alex Torpiano, President Eżekuttiv tal-għaqda Din l-Art Ħelwa, li ġie ippubblikat nhar il-Ħadd, 28 ta' Marzu 2021. It-tieni artiklu, miktub minn Noel Xerri, CEO tal- Fondazzjoni OASI deher fil-ħarġa tal-ILLUM ta' nhar il-Ħadd, 25 ta' April 2021. L-artiklu li jmiss, jiġi ippublikat fil-ħarġa tal-aħħar Ħadd ta' Ġunju tal-ILLUM.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 May 2021