Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656
16 litteratura IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Għotjiet b'riżq il-pubblikaturi u t-tradutturi letterarji Is-Centre national du livre u l-Institut Français Fiċ-ċrieki traduttoloġiċi tagħna ilna snin nisimgħu bosta ilmenti dwar id-diffikultajiet illi l-pubblikaturi u b'mod speċjali t-tradutturi letterarji spiss isibu ruħhom fihom biex jipproduċu u mbagħad ipoġġu fis-suq f 'għamla stampata – mingħajr almenu ma jġarrbu telf finanzjarju – traduzzjonijiet ta' materjal letterarju għall- Malti. Iċ-ċiklu tal-ħajja ta' traduzzjoni letterarja maħsuba biex tilħaq il-ħwienet tal-kotba s-soltu jeżiġi kemxejn iżjed żmien u jiġi jqum ukoll iktar flejjes minn dak ta' kull materjal ieħor mhux tradott. Dan iċ- ċiklu partikulari jinvolvi għadd ta' kwistjonijiet – fil-biċċa l-kbira marbuta mal-liġijiet tal-proprjetà intellettwali fis- seħħ – li l-kittieba l-oħra u l-pubblikaturi tagħhom ma jkollhomx għalfejn jidħlu fihom. Ċerti aspetti legali ta' proċessi kummerċjali bħal dawn akkont kapaċi jirrikjedu aktarx iżjed żmien u żgur iżjed flus. Dawk kollha li b'xi mod jew ieħor huma midħla tat- traduzzjoni letterarja żgur konxji minn dan. Min-naħa tagħhom it-tradutturi sikwit jilmentaw li l-ispejjeż li bilfors jeħtiġilhom jidħlu fihom 'qas biss ikopru x-xogħol tant iebes – ġaladarba t-traduzzjoni ta' xogħol letterarju mhix ċajta – li jkunu għamlu. Biex tgħaqad, il-pubblikaturi mill-banda l-oħra ħafna drabi ma jkunux f 'qagħda soda biżżejjed biex jirremuneraw lit-tradutturi tagħhom b'mod xieraq, l-iżjed meta tqis il-flejjes illi minn daqqiet jintalbu jġorru biex jikkonkludu bis-sħiħ in-negozjati meħtieġa dwar id-drittijiet tal- awturi tat-test-sors u l-barka aħħarija mill-pubblikaturi barranin tagħhom. Uħud mill- entitajiet ewlenin interessati fl-industrija tal-ktieb, l-iżjed f 'dik tat-traduzzjoni letterarja, jidhru konxji minn dawn il- limitazzjonijiet. Il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura u iżjed u iżjed il-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb issa ilhom snin, b'mod regolari, joħorġu skemi ta' sussidji monetarji biex itaffu l-piżijiet spiss pjuttost projbittivi li jkollha ġġorr l-industrija tat- traduzzjoni biex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet vinkolanti tal-liġijiet tal-proprjetà intellettwali. Kull sena preċett il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb joħroġ skema ġenerali t'għajnuna għall-kittieba li minnha jistgħu jibbenefikaw anke t-tradutturi li jittraduċu xogħlijiet letterarji minn ilsna barranin għall-Malti. M'ilux beda joħroġ ukoll oħra simili b'riżq dawk illi jroddu xogħlijiet Maltin f 'lingwi barranin. Madankollu l-ammont massimu offrut minn dawn l-iskemi mhux dejjem jibbasta tajjeb biex jinfdew l-ispejjeż kollha meħtieġa, l-iżjed meta x-xogħlijiet letterarji barranin inkwistjoni ma jkunux għadhom saru – skont il-liġijiet tal- copyright rispettivi tal-pajjiż inkwistjoni – parti mid-dominju pubbliku. F'każi bħal jenħtieġ illi qabelxejn il-pubblikatur iħallas somma miehma lis-sidien tad- drittijiet tal-awtur. Ħafna drabi l-ammont mitlub ma jkunx sold jew tnejn. Ħaġa ċara li das-suq tal-kotba ċkejken tagħna – b'xorti ħażina forsi partikularment dak tat-traduzzjoni letterarja – qajla jista' jagħmel tajjeb għal dan l-infiq bil-it kapital li jiġġenera mill-bejgħ tal-kotba. Dawn l-intoppi ma jolqtux biss lill-industrija tal-kotba tagħna. Naf bosta tradutturi barranin, saħansitra minn pajjiżi ferm ikbar minn pajjiżna, li ġieli xorta ltaqgħu ma' barrieri monetarji bħal dawn. Lilna jkidduna iżjed għax is-suq tagħna, apparagun, huwa bil-wisq iżgħar. Fl-aħħar mill-aħħar iċ-ċokon ta' gżiritna jiddettalna naħdmu, anzi naqdfu – ngħiduha ċara u tonda kif inhi – f 'wieħed mill-iżgħar swieq tal- kotba fid-dinja. Xejn ma jgħin imbagħad il-fatt illi qajla għandna possibiltajiet kummerċjali vijabbli biex nesportaw barra xtutna materjal letterarju miktub bil-Malti. Mela ħabat tajjeb għat- tradutturi, l-iżjed għal dawk tagħna, li bosta korpi u entitajiet kulturali fid-dinja f 'dal-aħħar snin – bħall-KNK u l-KMAK – bdew jaqdu wkoll ir-rwol kruċjali ta' intermedjarji kummerċjali bejn il-pubblikaturi. Wieħed mill-iktar katalisti attivi f 'ħidmiet bħal dawn huwa s-Centre national du livre (CNL) ta' Franza. Ibbażat f 'Pariġi taħt il-Ministeru għall-Kultura u l-Kommunikazzjoni Franċiż, is-CNL twaqqaf apposta biex jappoġġja ċ-ċikli tal-ħajja tal- produzzjoni tal-kotba letterarji, l-iżjed ta' xogħlijiet impenjattivi, eżiġenti u ambizzjużi. Sintendi, nafu kif inhuma l-Franċiżi: bosta mill-inizjattivi tiegħu tfasslu biex jagħtu spinta – b'mod speċjali fil-kamp traduttoloġiku – lill-preżenza u lit-tixrid tal- letteratura Frankofona kemm fi Franza u kemm fil-bqija tad- dinja. Hekk għandu jkun. Hu x'inhu, dan iċ-ċentru nazzjonali tal-ktieb donnu jagħti prijorità qawwija lit-traduttoloġija. Mhux biss għax joffri għadd ġmielu ta' skemi ġenerużi t'għajnuna għat-tradutturi letterarji, iżda wkoll għax it tas-snin ilu saħansitra waqqaf ukoll l-iskola traduttoloġika École de traduction littéraire! Waħda mill-iskemi ewlenin tas-CNL li żgur mhux forsi għandha tiġbed l-attenzjoni tat- tradutturi Maltin illi jaħdmu bil- Franċiż hija l-Aide aux éditeurs pour la traduction d'ouvrages français en langues étrangères: għotja maħsuba apposta għall- pubblikaturi li jittantaw jitbgħu f 'format stampat jew diġitali traduzzjonijiet letterarji ta' xogħlijiet Franċiżi. Tistgħu tniżżlu kopja tar-regolamenti li jrieġu dan il-fond traduttoloġiku mis-sit web uffiċjali tas-CNL. Ir-regolamenti disponibbli biss bil-Franċiż. Għaldaqshekk tajjeb illi nagħti it tagħrif kwantu dan il-fond partikulari u l-iżjed kundizzjonijiet bażiċi tal-proċeduri amministrattivi tiegħu. Qabelxejn, it-talba uffiċjali għal dan is-sussidju għandha ssir mill-pubblikatur tax-xogħol Franċiż inkwistjoni bil-Franċiż u mhux mill-pubblikaturi tat- tradutturi Maltin. Il-pubblikaturi lokali jenħtieġ ikunu ilhom attivi fis-suq tul mill-inqas sena, ikunu diġà ħarġu għall-bejgħ fis-suq lokali mill-inqas tliet xogħlijiet u jkollhom f 'idejhom il-kuntratti tad-distribuzzjoni. Importanti wkoll illi l-proġetti mressqa lilu ma jkunu qatt ma ġew ivvalutati qabel mill-bord aġġudikattiv tas-CNL, ma jiġux ippubblikati qabel tintemm il-valutazzjoni u jkunu jaqgħu fl-ambitu tal-isferi letterarji appoġġati miċ-Ċentru. Ir-regolamenti jelenkaw it-tipi Il-bini tas-Centre national du livre ta' Pariġi