Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 opinjoni IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 • illum Bużżieqa li qed tintnefaħ. Imma f'wiċċ ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Mill-ġdid din il-ġimgħa fuq l-aħbarijiet iddominaw l-allegazzjonijiet taż-żewġt aħwa akkużati illi esegwew l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia fuq il- Ministru Carmelo Abela. Huma qed jisħqu illi Abela kien involut b'xi mod fl-attentat ta' serqa li seħħet fil-kwartieri tal-HSBC f 'Ħal Qormi, liema serqa spiċċat vjolenti. Dak iż-żmien Abela kien impjegat fil-bank. Imma ejja nagħtu ħarsa lejn l-implikazzjonijiet politiċi fuq Abela, u fuq iż-żewġ partiti b'dak li nafu sa issa. Kif dan il- każ huwa differenti minn oħrajn? Il-każ tal-allegazzjonijiet fuq il-Ministru Carmelo Abela huma kemmxejn differenti minn oħrajn li kien hemm fuq diversi Ministri jew persuni fil-Gvern Laburista, l-aktar immexxi minn Muscat, imma anke dak li huwa mmexxi minn Robert Abela. U kif? Fil-każ tal-kumpaniji tal-Panama - l-akbar għerq ta' għawġ fil-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat - l-eżistenza ta' dawn il-kumpaniji inkixfet mill-ICIJ, konsorzju ta' ġurnalisti investigattivi li prattikament kixfu dawn l-istrutturi finanzjarji fil-Panama, li kienet fetħet il-kumpanija Mossack Fonseca. Minn hemmhekk imbagħad saru diversi akkużi, ħarġet ħafna informazzjoni - it minnha, sal- lum mhux issostanzjata, bħal li kienu se jgħaddu miljuni minn 17 Black għal kumpaniji ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi (għax dawk il-flus qatt ma għaddew) u informazzjoni oħra li hija fatt - bħal li 17 Black kienet kumpanija fid- Dubaj, kienet ta' Yorgen Fenech, li fiha kien hemm madwar $1.6 miljun u li kienet parti mill-pjan ta' negozju ta' Keith Schembri. Jekk inħarsu lejn il-VGH imbagħad - il-fatti miġjubin 'il quddiem mill-midja, l-Oppożizzjoni, l-Awditur Ġenerali u anke mill-Gvern innifsu huma inneggabbli. Li l-VGH ma kellha ebda esperjenza, li wiċċ il-VGH f 'Malta (Ram Tumuluri) kien instab ħati li ffroda klijenti ta' lukanda li kien qed imexxi fil-Kanada u li ma sarx due diligence fuqu, li ingħataw eluf u eluf ta' flus u ma għamlu kważi xejn - lanqas ħallsu lill-ħaddiema tal-IT u l-kuntratturi - dawn huma fatti, mhux suppożizzjonijiet. Jekk huwa flus minn senserija li suppost għaddiet għand Rosianne Cutajar, is-sors tal-akkużi huwa sid il-proprjetà in kwistjoni. Ma jfissirx li l-allegazzjoni hija minnha żgur, imma jfisser li hemm sors li xi it jew wisq jista' jkun kredibbli. Is-sors ta' din l-allegazzjoni fuq Carmelo Abela huma tnejn minn nies akkużati bl-assassinju ta' ġurnalista fl-2017 - l-aktar reat jaħraq u politikament dannuż għal Malta fi snin twal. B'każ kontrihom li jidher b'saħħtu u biċ-ċans ta' snin twal ħafna ta' priġunerija jidher li kif jingħad bl-Ingliż 'e stakes are very high' għalihom. Dan ma jfissrix li dak li qed jgħidu żgur mhuwiex minnu, iżda naturalment is-sodezza tas-sors huwa ħafna aktar dgħajjef u jqajjem ħafna aktar mistoqsijiet u allura jittieħed b'ħafna aktar kawtela milli kieku intqal minn ġurnalist investigattiv jew minn xi entità bħall-Awditur/Ombudsman. Għalhekk il-gazzetta ILLUM ħarset lejn tliet xenarji. L-ewwel xenarju huwa dak li fih jirriżulta li dak li qed jallegaw l-aħwa Degiorgio huwa minnu, it-tieni li ma jirriżulta xejn minn dan u finalment li l-kwistjoni kollha tibqa' f 'limbu ta' akkużi u allegazzjonijiet li ma jkunux jistgħu jiġu ppruvati, f 'kelma oħra: Il-kelma ta' Abela kontra tad-Degiorgijiet. Jirriżulta minnu, bi provi kkoraborati L-ewwel xenarju huwa dak li fih jirriżulta permezz ta' xhieda u provi kkoraborati minn xhieda kredibbli (per eżempju ħaddiem jew eks ħaddiem tal-bank), li huwa minnu li l-Ministru Abela huwa involut b'xi mod f 'din is-serqa, li l-pulizija dejjem sostnew illi ġrat bl-għajnuna ta' xi ħadd minn ġewwa. Jekk jirriżulta hekk, tkun daqqa enormi għall-Partit Laburista, għall- karriera politika ta' Carmelo Abela u anke tal-Prim Ministru. Kif? Żgur li tkun daqqa kbira għaliex l-akkuża hija waħda gravi ħafna. Li politiku li huwa Ministru jirriżulta li jkun imdaħħal f 'hold up tal-post tax-xogħol tiegħu, tista' biss titqies bħala gravità u tradiment tal-fiduċja li wera' l-istess post tax-xogħol, li wrew il-votanti ta' Carmelo Abela u li wera' l-poplu u l-Gvern fih bħala Ministru. Dan żgur ikun tmiem inglorjuż għall-karriera politika ta' Abela. Pero' xi ħaġa bħal din tagħti impressjoni illi fil-PL "kulħadd imċappas" għaliex Abela huwa probabbilment l-inqas persuna li wieħed jimmaġina illi jista' qatt ikun imdaħħal f 'hold up. Hija perċezzjoni mibnija fuq l-immaġini tiegħu, il-kalma u s-sens ġenerali ta' bilanċ u moderazzjoni li jagħti l-istess Abela. Allura kieku jkun minnu, l-idea u l-perċezzjoni li l-Gvern Laburista huwa "mimli nies dubjużi/kriminali" tissaħħaħ sew! U naturalment l-Oppożizzjoni Nazzjonalista mhux se toqgħod lura milli tuża dan għal vantaġġ tagħha! U dan ikun daqqa għal Robert Abela. Pero' mhux dan biss! Il- Prim Ministru, jew għax jaf xi ħaġa li għadna ma nafux jew għax iddeċieda li jaqbeż għan-nies fil- kabinett tiegħu jiġri x'jiġri (bħal Muscat b'Keith u Konrad) qed jibqa' jorbot dan kollu ma' konfoffa bejn kriminali u esponenti tal- PN. Dan ifisser li kważi qed jgħid l-istess kliem tal-Ministru u allura effettivament qed jaqbeż għalih. Dan ifisser li bħal Muscat qablu huwa qed jintrabat ma' Abela u l-fortuni tiegħu u jekk jirriżulta dan ix-xenarju jkun ifisser li Abela żammu fil-kariga minkejja li hemm xi forma ta' provi dannużi kontrih. Anke jekk ikeċċieh dak il-ħin, xorta jibqa' fatt li l-perċezzjoni hija li qabeż għalih. Pero' aktar minn hekk f 'dan ix- xenarju, Robert Abela jiaħ lilu nnifsu beraħ għall-kritika li hu u l-Kabinett tiegħu ma tax il-maħfra Presidenzjali lill-aħwa Degiorgio propju għaliex huma kienu se jikxfu lil Carmelo Abela. Din tkun sitwazzjoni tossika għall-Partit Laburista u l-effetti jafu jkunu detrimentali sew, jekk Abela ma jinqatax minn kull rabta mill- Gvern u l-Partit Laburista u ma jittiħdux passi oltrè. Mill-esperjenza politika li kellna sa issa tal-Prim Ministru Abela, bi tneħħijiet u tkeċċijiet u tibdiliet f 'diversi livelli, jidher improbabbli li huwa t-tip ta' politiku li jorbot il- fortuni tiegħu ma' bastiment li jista' jkun jegħreq. Jiġifieri jew huwa ċert li Carmelo Abela huwa innoċenti, jew ċert li ma hemm ebda prova kontrih jew inkella adotta strateġija li jaf - bħal bużżieqa - tinfaqa' f 'wiċċu! Jirriżulta li l-allegazzjoni huma bla bażi jew mhux veri Minn naħa l-oħra jekk jirriżulta li dawn l-allegazzjonijiet huma bla bażi - jiġifieri li ma hemm ebda provi biex jiġu sostnuti - u sa issa ma ġew ippreżentati ebda provi - id-daqqa jeħodha l-Partit L-akkużi li Ministru kien imdaħħal f'hold up 11-il sena ilu huma gravi ħafna. Il-mistoqsija imma hija: Dawn l-akkużi huma veri jew le? L-aħwa Degiorgio huma kredibbli jew le? U jekk huma veri fejn iħallu lill- PL? U jekk mhumiex, fejn iħallu lill-PN? Abela huwa probabbilment l-inqas persuna li wieħed jimmaġina illi jista' qatt ikun imdaħħal f'hold up...Allura kieku jkun minnu, l-idea u l-perċezzjoni li l-Gvern Laburista huwa "mimli nies dubjużi/kriminali" tissaħħaħ sew!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021