Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 opinjoni illum • IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 f'wiċċ min se tinfaqa'? Nazzjonalista, Bernard Grech u d-Deputat Jason Azzopardi. Kif? Il-PN, anke jekk ma xtaqx li jidher hekk, qed jagħmel xi it jew wisq tiegħu dawn l-allegazzjonijiet. Dan għaliex dakinhar stess li l-aħwa Degiorgio kitbu ittra lill- Kummissarju Ewropew Didier Reynders - li fiha qed jagħmlu l-istess akkużi b'rabta mat-talba għall-maħfra Presidenzjali (li l-Gvern ma tahomx) għamel konferenza li fiha intalbet it-tkeċċija ta' Carmelo Abela - ibbażata propju fuq dak li qed jgħidu dawn iż- żewġ akkużati. Din il-konferenza indirettament tat element ta' piż u kredibilità lill-akkużi ta' George u Alfred Degriogio, daqslikieku s-sors tal-akkużi huwa ugwali għal rapport f 'artiklu investigattiv miktub minn ġurnalisti investigattivi - li mhux! Il-PN jeħtieġ joqgħod attent li ma jispiċċax pupu fin-nofs bejn interessi partikolari ħafna. Bernard Grech ma jistax jidher li qed jitratta dawn l-allegazzjonijiet daqslikieku ġejjin mill-ICIJ, mid- Daphne Project jew inkella li ġejjin mill-midja indipendenti lokali jew internazzjonali - bħal ma kellna fil-każ tal-Panama/Powerstation! Għaliex jekk l-allegazzjonijiet ma jkunux minnhom l-effett kuntrarju (backfire) ikun ħafna ikbar! F'xenarju fejn jirriżulta li dawn l-allegazzjonijiet huma bla bażi jew saħansitra foloz, l-akkuża instantanja mill-Labour lejn il-Kap tal-PN tkun li hu ried li Ministru jirriżenja fuq gidba ta' persuni assoċjati mal-kriminalità u akkużati b'reati mill-aktar gravi - xejn inqas milli qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Jekk wieħed jinnota n-narrattiva jirrealizza kif dik tal- Gvern diġà hija fuq din il-linja, jiġifieri li esponenti tal-PN jinsabu f 'konfoffa mal-kiriminali "biex (Id- Degorgijiet) jixtru l-maħfra." Dan ikun diżastru għall-PN għax jpinġi lill-partit daqsilkieku huwa ddisprat għall-poter, tant li lest jemmen persuni assoċjati mal- kriminalità basta "jweġġa" persuna fil-Gvern. Ipoġġi wkoll lid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi f 'qagħda antipatka ħafna, hekk kif l-implikazzjonijiet tiegħu fil- konfront ta' Abela kienu ċari. Anke jekk legalment hemm dubji, ladarba huwa qatt ma akkuża lill-Ministru Abela b'mod dirett, politikament il- perċezzjoni hija li hu għamel dawn l-akkużi u allura bbaża kliemu fuq dan is-sors biss. Limbu L-aħħar xenarju huwa wieħed li huwa limbu. Jiġifieri la l-allegazzjonijiet ikunu sostanzjati, pero' lanqas ikunu jistgħu jiġu kompletament miċħudin. Per eżempju, l-aħwa jagħtu ċerti dettalji u partikolaritajiet li jagħtu l-impressjoni illi għandhom każ sod u li jafu sew xinhuma jgħidu, pero' li dawk id-dettalji huwa diffiċli li tippruvahom issa, 11-il sena wara li seħħet din is-serqa. Din tibqa' sitwazzjoni ta' akkużi bla waqfien u kulħadd jemmen dak li jaqbillu jew skont x'jaqbel lill- partit li miegħu jżomm. Fir-realtà din is-sitwazzjoni mhix waħda sostenibbli wisq għal Carmelo Abela fuq bażi personali u politika, għax se jibqa' għal tul ta' żmien taħt sħaba sewda ta' dubji u mistoqsijiet serji. L-arloġġ fil-fatt diġà beda għaddej u huwa fl-interess ta' Abela li jekk huwa innoċenti u li l-allegazzjonijiet huma bla bażi, dan jirriżulta malajr kemm jista' jkun. Imma xorta tibqa' probabbilità li l-istatus quo f 'dan il-każ tagħti vantaġġ żgħir lill-Partit Laburista, primarjament minħabba s-sors tal- allegazzjonijiet. Dan il-fatt jibqa' jħasseb u jżomm lil bosta kawti (anke fil-PN) qabel jiddeċiedu jew jippronunzjaw ruħhom. U bil-PL jistrateġiżża diġà din il-kwistjoni bħala l-verità versus il-kriminali, iktar u iktar dak li jkun jibqa' lura milli jesprimi ruħu. Il-ħsara politika tkun saret, imma mhux daqs il-ħsara kbira potenzjali jekk jirriżulta li l-allegazzjonijiet huma minnhom. F'wiċċ min se tinfaqa' l-bużżieqa? Iż- żmien li ġej forsi jagħtina indikazzjoni. Jekk jirriżulta li dawn l-allegazzjonijiet huma bla bażi...l- akkuża instantanja mill-Labour lejn il-Kap tal-PN tkun li hu ried li Ministru jirriżenja fuq gidba ta' persuni assoċjati mal-kriminalità u akkużati b'reati mill-aktar gravi ... ikun diżastru għall- PN'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021