Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656
12 intervista IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Tenishia. Ma hemm bżonn l-ebda introduzzjoni. Magħruf lokalment iżda aktar internazzjonalment. Fl-aħħar jiem beda kampanja bil-għan li s-settur tad-divertiment, partikolarment in- nightclubs, jingħataw pjan, anke jekk gradwali, ta' meta u kif se jkunu jistgħu jibdew joperaw. Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM żaret l-istudios ta' Joven Grech. L-ILLUM tibda tistaqsi lil Grech dwar l-irwol tad-DJ. Ħafna jaħsbu li xogħol id-DJ huwa li jaqbad laptop, imur fi club u jdoqq mil-lista li jkun ipprepara. Dan minnu? "Għidt dnub kbir! Id-DJs ta' vera ma jdoqqux bil-laptop. Il-kontra ta' kif jaħdem kulħadd, DJ mhux se jidħol fuq l-Internet, iniżżel il-mużika (xi drabi b'mod illegali) u jmur idoqq," beda jwieġeb Grech. Insista li jekk irid jagħmel isem internazzjonalment, DJ irid jipproduċi l-mużika tiegħu u din mhijiex xi ħaġa li se jagħmilha kulħadd. "Jiena ħadt aktar minn għaxar snin biex għamilt l-ewwel diska tiegħi," spjega. "Dan huwa l-ewwel pass importanti. Toħroġ id-diski, tagħtihom il- labels barranin, idoqquhom DJs oħrajn u tibda tagħmel isem." Imbagħad pass wara pass, sakemm jibdew il-gigs barra minn Malta u minn hemm jibda s-safar. 'Għamilt 13-il sena nsiefer imma kelli nieħu pawża għax għajjejt' "Prattikament l-ivjaġġar ibiddel ħajtek. Jiena għamilt 13-il sena nsiefer u issa kelli nieħu pawża għax tgħejja. Tant għajjejt li bdiet taqbadni anke l-ansjetà. In-nies jaraw il-parties u d-divertiment, imma fil-verità, 40 siegħa ajruplan fil-ġimgħa mhux faċli," kompla jisħaq. Apparti minn hekk, kompla jispjega Grech, matul il-ġimgħa, DJ irid iżomm ruħu aġġornat mal-mużika li joħroġ. Fakkar li biex DJ jagħmel isem, irid ikollu l-ħoss jew l-istil partikolari tiegħu. "Trid tagħmel xows fuq ir-radju, trid tkun attiv fuq il-midja soċjali, laqgħat ma' stabbilimenti u sponsors u tippjana. Huwa xogħol vast. Biex tkun kreattiv trid dejjem toħroġ b'xi ħaġa ġdida. Meta ridt nieqaf mis-safar, ħriġt bl-idea tal-live streaming. Trid tkun innovattiv. Il-midja soċjali dejjem qed tikber u trid iżżomm ruħek aġġornat," kompla jgħid Tenishia. 'DJ tajjeb jibni l-burdata u l-atmosfera ta' club' Imma minn dan kollu, tenna li l-produzzjoni tal-mużika tibqa' l-aktar ħaġa importanti anke jekk mhux faċli. Hu stess spjega kif ġieli jagħmel ġimgħa jaħdem fuq diska u jispiċċa jarmiha għax ma jħossux komdu. "Trid taħdem. Kulħadd jista' jdoqq il- mużika iżda mhux kulħadd jista' jkun DJ. Is-siegħa ta' party hija l-irċevuta ta' dak li tagħmel id-dar. Imma anke f 'dik is-siegħa, mhux kemm tagħmel il-mixing. Trid tkun kapaċi taqra lill-udjenza. Trid iżżomm kuntatt magħha. Irid ikollok preżenza," saħaq Grech. Komplejna nitkellmu aktar fid-dettall dwar dan. Joven Grech spjega li club li jkun jaf x'qed jagħmel mhux se jitfa' DJ "li jaqbad isabbat" fl-10pm, għax ħadd ma jasal fi club u jmur mill-ewwel jiżfen. L-atmosfera tinbena. "Għandek mod kif tibni l-atmosfera tal- club. Jiena ffissat fuqha din. Inkun irrid lil kulħadd fuq livell wieħed. Dak huwa DJ. Ngħid ħa nitfa' waħda vocal biex niġbed it lin-nisa għad-dancefloor, imbagħad inżid it il-pass. Qisek qed tibni. Pass wara pass," spjega Tenishia. "Ħafna nies jiġġudikaw DJ fuq il-mużika li jdoqq. Se tmur fejn idoqq diski l-aktar li jogħġbuk. Imma DJ tajjeb se jdoqq dawk is-siltiet tiegħu, li l-udjenza ma taomx, imma li trid tisma'. Tajthom diska ġdida u daħħaltha tant tajjeb li għoġbithom. Dak huwa xogħol id-DJ." 'Jiena ssaggrifikajt ħajti kollha...' L-ILLUM staqsietu x'jaħseb li kien is- sigriet wara s-suċċess ta' Tenishia. "Ma hemmx triq waħda għas-suċċess," wieġeb. Insista li t-talent importanti, imma daqstant ieħor ir-rieda. Fi kliemu jekk persuna jkollha t-talent imma ma jkollix biżżejjed rieda, mhux se tkampa. "Jiena naf nies li għandhom talent kbir. Mużikament aħjar minni. Imma mbagħad ma għandhomx ir-rieda. Irid ikollok id- determinazzjoni. Jiena ssaggrifikajt ħajti kollha, inkluż il-familja u t-tfal biex wasalt fejn wasalt," saħaq Grech. "Kuntent għax dak kollu li xtaqt nagħmel għamiltu. Daqqejt Tomorrowland, Ministry of Sound, ħdimt mal-aqwa DJs tad-dinja. Jiena ambizjuż. Dejjem ikollok xi ħaġa f 'moħħok li tkun trid tagħmel u dik iżżommok għaddej." 'Minn Alfie Fabri li daqqli l-ewwel diska għal van Buuren ... it-tnejn importanti għalija' Għandu esperjenza waħda partikolari li ma jinsa qatt? Wieġeb li kull pass li persuna tagħmel fil-karriera tagħha huwa importanti għax twassal għal pass ta' wara. "L-ewwel darba li daqqejt fuq stazzjon tar-radju huwa importanti daqs meta daqqejt Tomorrowland. Kieku ma bdejtx mir-radju ma kontx nasal Tomorrowland. Minn Alfie Fabri li daqli l-ewwel diska tiegħi għal Armin van Buuren, għalija għandhom l-istess importanza. Il-Malta Music Awards mhuma xejn ħdejn l-IDMA Miami, imma fi żmienhom għalija kienu importanti," insista. "Hawn fejn ħafna jiżbaljaw. Jekk tmur għal frotta qabel titgħallem titla' mas-siġra, se taqa'." Mistoqsi x'inhu l-akbar sodisfazzjon għalih, Joven Grech insista li wara s-suċċess ta' Tenishia, it-tifsira tad-DJ f 'Malta nbidlet. "Qabilna, għal ħafna mid-DJs stabbiliti, il-mira tagħhom kienet li jdoqqu fil-clubs u jorganizzaw attivitajiet tagħhom. Wara s-suċċess ta' Tenishia kulħadd beda jara li hemm potenzjal barra minn Malta." 'Tenishia hija l-prova li Malta tista' tirnexxi fil-mużika' Saħaq li f 'Malta hawn il-mentalità li l-barranin huma f 'kollox aħjar mill-Maltin. "Meta kont ngħid lin-nies biex jivvutawlna għax nistgħu nkunu mal-aqwa 100 fid-dinja, kien hemm min qalli li qed nara kbir. Kont naf x'qed ngħid. Kont qed insiefer ma' DJs oħra barranin u ndunajt li aħna ma kellna xejn inqas minnhom," kompla jisħaq Grech. Fi kliemu, kemm hu u anke Cyprian Cassar (li kien waqaf minn Tenishia) huma l-prova li minn Malta tista' tirnexxi. "Aħna parti mid-dinja. Jgħidulek żomm saqajk mal-art. Vera trid tkun umli. Imma jekk tista' ttir, tir," insista. 'Nerġa' nsiefer imma mhux se nerġa' nitlaq lil Malta' Fl-aħħar xhur, bħal ħafna, Grech ma setax jagħmel wisq minħabba l-pandemija. Xi pjanijiet għandu għall-futur? Fl-2019, Joven iddeċieda li jwaqqaf is- safar anke minħabba l-ansjetà li beda jbati minnha, sforz kemm kien qed idum fuq ajruplani u f 'ajruporti. "Onestament, iċ-Ċina ġennewni. Tagħmel 20 siegħa fuq ajruplan u kif tasal issib nies entużjasti, kameras, ritratti, nies jiġru warajk. Ma jkollokx enerġija daqshom. Tkun għajjien u tipprova taħbiha. Għalhekk iddeċidejt li nieħu it pawża. Il-verità hi li għajjejt ħafna. " spjega. Kien għalhekk, li biex xorta jżomm kuntatt mas-segwaċi tiegħu, ħareġ bl-idea tal-broadcasting. Fil-fatt, dik kienet l-idea wara Chasing Sunsets, apparti li kien qed jippromwovi lil Malta. Għall-2020 kellu kollox ippjanat, inkluż l-attivitajiet u l-isponsors iżda kważi kollox tar mar-riħ. "Għalkemm nerġa' nsiefer u diġà għandi talbiet għall-Awstralja, Amsterdam u ċ-Ċina, mhux se nerġa' ngħix il-ħajja li kont qed ngħix qabel. Ġieli kelli 'l fuq minn 54 show fis-sena. Kważi wieħed fil-ġimgħa, jekk mhux aktar," kompla jispjega Tenishia. Kien hawn li saħaq li s-suq tiegħu huwa aktar l-Asja, l-Amerika jew l-Amerika t'Isfel. "Fl-Ewropa tmur, imma jekk fl-Ewropa jħallsuk €2,000 għal show, iċ-Ċina tħallset xi €15,000,' insista. Minkejja li barra se jaqla' aktar, issa Gresh ma jixtiqx jinqata minn Malta. Li ġralu, kompla jispjega, huwa li f 'Malta, anke jekk hawn DJs ta' talent, ħafna ma jqisuhx bħala x-xogħol primarju tagħhom. "Bħali it hawn, bħal Carl Bee u Ruby. Dan huwa l-għajxien tagħna u allura moħħna jaħseb biss fuq hekk. Konnha qed nindunaw li meta tagħmel attività f 'Malta, wara xhur ta' ppjanar, tmur id-dar b'xejn. Għalkemm qatt ma xtaqt nitlaq Malta, kien pass naturali," insista. Reality tv show? Madanakollu, insista li issa jixtieq ikompli jaħdem fuq Malta wkoll u mistenni jkabbar u jkompli wkoll biċ-Chasing Sunsets. Spjega kif 'L-aktar li għandna ċans nagħmlu suċċess bis-saħħa tad-DJs ... minflok qed nagħtuhom Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mad-DJ internazzjonali Tenishia u titkellem miegħu dwar is-suċċessi, il-pjanijiet għall-futur u s-settur tad-divertiment fi żmien il-pandemija Alan Borg