Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 is-sena l-oħra biss, dawn laħqu 10 miljun ruħ u dan huwa riklam tajjeb għal Malta wkoll. "Dak huwa l-proġett ewlieni tiegħi," saħaq. Żvela li hemm ukoll programm tat- televiżjoni, li x-xogħol fuqu ilu għaddej ħames snin. Dan se jkun dokumentarju jew reality tv show fuq l-internet u forsi wkoll fuq xi stazzjonjiet Maltin. Irid iżid ukoll il- ħidma tiegħu mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali hekk kif l-ewwel xogħlijiet niżlu tajjeb immens. 'Apparti x-xogħol, tlifna r-rutina u l-istil tal-ħajja' Tkellimna dwar Restart, kampanja li qed titlob pjan biex is-settur tad-divertiment, jingħata indikazzjoni ta' kif jista', b'mod gradwali jerġa' jibda jopera. L-ILLUM tistaqsi lil Grech, lilhinn mill-flus, x'tilfu nies bħalu. "Inti DJ 24 siegħa kuljum," saħaq. "Apparti x-xogħol, tlifna r-rutina u l-istil tal-ħajja. L-attivitajiet huma l-motivazzjoni tagħna. Wieħed imur idoqq, jieħu dik il- motivazzjoni mingħand in-nies, imur id- dar u jsarraf il-motivazzjoni fl-istudio. Din totalment waqqfet f 'daqqa. Filli għandek pjan u f 'salt ħajtek waqqfet totalment." Insista li anke jekk ir-rota waqqfet iddur, għax id-dħul waqaf, DJs bħalu ma waqqfux jaħdmu, anke biex iżommu isimhom. "Kont kreattiv, nagħmel sets online, inżomm kuntatt mas-segwaċi u nipprova nippjana għal dak li ġej." Għalhekk beda l-kampanja Restart, għax saħaq li biex issir attività waħda, hemm ħafna pjanijiet li jridu jsiru qabel. "Restart qed tappella lid-Dipartiment tas- Saħħa. Id-Dipartiment tas-Saħħa jiem fuq is-saħħa u l-aħħar deċiżjoni għandha tkun is-saħħa. Mill-banda l-oħra, id-Dipartiment tas-Saħħa ma jafx kif trid timmaniġja attività jew ħajja ta' artist. Għalhekk aħna qed nesiġu li artist jew DJ għandu bżonn pjan," insista Grech. 'Ħallejna l-ajruport miftuħ beraħ u weħħilna f'party' Saħaq li kulħadd jaf x'kienu l-iżbalji tas- sena l-oħra. "Ħallejna l-ajruport miuħ beraħ u weħħilna f 'party. Aħna dejjem bqajna l-aħħar fil-kju," kompla jinsisti. "Kienet xi ħaġa ġdida u kulħadd jieħu żball. Imma issa li tgħallimna, ilħaqna l-immunità tal-massa u qed naraw xaqq ta' dawl, għandna bżonn pjan." Imma x'jiswa jkollok pjan, jiġi xi varjant u kollox jerġa' jagħlaq? Grech saħaq li Malta gżira u jekk ikun hemm miżuri stretti fl- ajruport u l-portijiet, il-varjant mhux se jidħol. "Jekk jerġgħu jitilgħu n-numri, kollox se jerġa' jagħlaq u ħafna negozji issa ma jifilħux għaliha." 'Fi club, l-ewwel prijorità hija s-saħħa u s-sigurtà' L-ILLUM tistaqsi lil Tenishia dwar il- perċezzjoni li l-clubbing hija l-aktar ħaġa indixxiplinata u allura l-inqas li tista' tiaħ bħalissa. Grech saħaq li huwa minnu li hawn din il-perċezzjoni. "Jekk tmur f 'għassa għall- permess, aħjar tgħidlu ħa nisparalek milli se nagħmel attività bid-DJ. Hawn stigma u trid titneħħa," insista. Insista li din l-istigma ġejja minn żmien id-disgħinijiet meta fil-clubs ma kienx hemm kontrolli. "Min kien imur club dak iż-żmien, illum għandhom mal-40 sena u għadhom jaħsbu li fil-clubs kulħadd jibla l-pirmli. Mhux qed ngħid li ma jkunx hemm drogi imma tittieħed kullimkien, anke f 'tieġ," kompla d-DJ. Saħaq li hija ħasra, anke għax il-mużika elettronika hija l-aktar mużika popolari. "Id- DJs saru r-rockstars tal-mument. F'Malta ffissati fuq il-Eurovision u niffukaw kollox fuqu. L-aktar li għandna ċ-ċans li nagħmlu suċċess, fid-dinja tal-mużika, hija bis-saħħa tad-DJs u minflok qed nagħtuhom bis-sieq. Hawn talent kbir. Hawn DJs vera tajbin." Joven Grech insista li jekk wieħed imur il- monti tal-Ħadd filgħodu, se jara lil kulħadd jagħfas f 'xulxin u ma tafx minn hemm. Fi club is-sitwazzjoni hija differenti. "Għandek bieb, taf min dieħel, għandek l-uffiċjali tas- sigurtà. Hemm kontrolli u regoli li ma huma imkien aktar, lanqas f 'ristorant," saħaq Grech. "Il-parties qed isiru minn żgħażagħ fil-vilel u l-għelieqi. Fi club, l-ewwel prijorità hija s-saħħa u s-sigurtà." 'Qed niksru dritt fundamenatali tal- bniedem ... ma tistax tiddiskrimina artist minn ieħor' Din il-ġimgħa, il-Ministru Chris Fearne qal li bis-saħħa taċ-ċertifikat tal-vaċċin jistgħu jsiru xi attivitajiet "limitati." Kulħadd ħaseb li qed jirreferi għall-clubs iżda qatt ma semmihom. L-ILLUM tistaqsi lil Grech jekk għandhomx xi indikazzjoni. "Sa issa ma hemm indikazzjoni ta' xejn," insista d-DJ. Hawn ġibed l-attenzjoni għall- fatt li sa dakinhar li saret l-intervista, id-DJs ma setgħu jdoqqu mkien, lanqas f 'lounge jew f 'ristorant. Kien Grech stess li ħabbar li din inbidlet fl-aħħar jiem. "Din ma naħfirha qatt. Hija illegali. Hemm il-libertà tal-espressjoni artistika. Ħadd ma jista' jgħidlek kif għandek idoqq. Dik hija dritt fundamenatali tal-bniedem. Setgħu jgħidu ma hemmx żfin, iżda ma tistax tiddiskrimina artist minn ieħor." Fakkar li kemm ilhom wieqfa, la n-nightclubs u lanqas id-DJs ma ħadu kumpens bħalma ħa ħaddieħor, għajr għas- suppliment tal-paga li ħadu kulħadd. "In- nighclubs huma t-teatri tal-mużika tagħna." Kien hawn li Grech ilmenta li x-xogħol tad-DJs f 'Malta mhuwiex stmat. "Jiena ilni niġġieled għaliha. Id-DJ f 'Malta għandu taboo kbir fuqu u rridu nneħħuha. Hemm ħafna nies li jaħdmu b'passjoni. X'appelli jgħaddi lill-awtoritajiet tas- saħħa? "Tinjorawx lid-DJs lokali. Ibżgħu għalihom għax huma ċ-ċans li Malta tirnexxi fil-mużika. Ilna nippruvaw nirnexxu fil- mużika u sa issa ffukkajna biss fuq il- Eurovision u ma rnexxilnix. Dan settur li għandu bżonn l-attenzjoni," appella Grech. Saħaq li s-settur tad-divertiment "jista' jgħin biex tonqos it-trasmissjoni tal-virus." Saħaq li l-parties illegali se jkomplu jiżdiedu u huma jistgħu jiġbru dawn iż-żgħażagħ f 'ambjenti professjonali kkontrollati. Fl-aħħarnett appella liż-żewġ partiti politiċi biex iżommu mal-wiegħda li għamlu qabel l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, jiġifieri li Malta hemm bżonn tirrikonoxxi aktar lid- DJs u lill-artisti f 'dan is-settur. suċċess fid-dinja tal-mużika huwa nagħtuhom bis-sieq' RITRATT: JAMES BIANCHI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021