Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656
20 opinjoni IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Taħt il-lenti I rridu u ma rridux, Malta hi kontinwament taħt il-lenti internazzjonali. L-imġieba tagħna bħala pajjiż kontinwament tiġi mqabbla ma dak li hu aċċettat u li fil-fatt isir f 'pajjiżi oħra. Dan bla dubju għandu jservi ta'xprun għalina lkoll f 'dak kollu li nagħmlu. Kemm jekk hi l-Moneyval, il-GRECO, l-Kummissjoni ta' Venezja inkella xi istituzz- joni sopranazzjonali oħra, l-argumenti huma sostanzjalment identiċi. Xi drabi huma dwar it-titjib meħtieġ inkella titjib li diġa qiegħed isir. Sfortunatament, iżda, bosta drabi oħra, l-istorja hi differenti: għax l-imġieba etika tal-istituzzjoni- jiet tagħna bosta drabi hi ferm 'il bogħod minn dak mixtieq. Dan jinkludi lill-Parliament, li tul is-snin wera li mhux kapaċi jeżiġi l-kontabilità tal-Gvern. Mill- ħażin immorru għall-agħar, kon- tinwament, kif jidher mill-im- ġieba tal-kumitat Parlamentari inkarigat biex jissorvelja l-im- plimentazzjoni tal-istandards fil-ħajja pubblika. B'mod speċifiku l-mod kif aġixxa l-iSpeaker f 'uħud minn dawn il-laqgħat hu inaċċettabbli. Il-Grupp GRECO tal- Kunsill tal- Ewropa għadu kif ħareġ rapport ieħor dwar Malta. Il-GRECO hu kumitat fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa li jissorvelja kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li jiffurmaw il-Kunsill tal-Ewropa. Dan l-aħħar rapport tal-GRECO hu dwar regoli etiċi konnessi mal-Parlament, mal-ġudikatura u ma' oqsma oħra relatati. Hu tal-biki li tisma' l-kelliema tal-Gvern jilgħaqu lill-GRECO għax, jgħidu, li dan qed ifaħħar lill-Gvern dwar inizjattivi fil-qasam tal- etika pubblika. Ma sar xejn minn dan. Minflok iżda ġie emfasizzat mill-GRECO li r-riformi f 'Malta mexjin bil-mod wisq, qegħdin lura. Qed jitkaxkru is-saqajn. Dak li qaletil-GRECO. Fl-istess ħin kellna rapport ieħor mill- Kummissjoni Venezja. Din id-darba dan ir- rapport intalab mill-Gvern stess dwar tibdil li qed ikun ikkunsidrat fil-liġijiet in konnessjoni ma' multi amministrattivi sostanzjali li qed jimponu diversi awtoritajiet. Il-problema hi dwar il-fatt li dawn l-awtoritajiet mhumiex meqjusa bħala Qorti kif teħtieġ il-Kostituzzjoni Maltija f 'ċirkustanzi bħal dawn. Dan minħabba li mhumiex immexxija minn persuna meqjusa imparzjali, bħal ma hu Imħallef jew magistrat. Minflok huma immexxija minn persuni ta' fiduċja! Il-Gvern ilu jipprova jilgħab b'emendi differenti li ressaq għall-konsiderazzjoni tal-Parlament. Weħel fl-emendi meħtieġa għall-Kostituzzjoni għax m'għandux l-appoġġ ta' żewġ terzi tal- Parlament u issa spiċċa dahru mal-ħajt. Ir- rispett lejn is-saltna tad-dritt qatt ma kienet kwalità ewlenija tal-Gvern kif qed jidher ċar fil-mod kif qed jiżviluppaw l-affarijiet! Din mhiex xi ħaġa ġdida li ma konniex nafu biha! Il-Kummissjoni Venezja ġibdet l-attenzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis li jkun iktar xieraq jekk il-Gvern Malti josserva t-toroq indikati mill- Kostituzzjoni Maltija flok ma jibqa' jilgħab bil-liġijiet. Il- Kummissjoni Venezja tiġbed l-attenzjoni li filwaqt li l-opinjoni tagħha hi kontribut lejn id-diskussjoni pubblika li qed tiżviluppa, hi l-Qorti Kostituzzjonali Maltija biss li fl-aħħar tista' tiddeċiedi jekk l-għażliet tal-Gvern Malti humiex korretti jew le! Fi it kliem qed tgħidlu: x'ġejt tagħmel hawn? Id-deċiżjoni meħtieġa, tgħid il-Kummissjoni Venezja hi waħda li trid tittieħed minn Malta u l-awtoritajiet tagħha. Hi ukoll materja ta' sovranità. Għax hi l-Qorti Kostituzzjonali Maltija biss li tista' tiddeċiedi dwar jekk l-emendi proposti għall-Att dwar l-Interpretazzjoni jmorrux kontra l-Kostituzzjoni Maltija jew le. Imma hemm xi it posittiv f 'dak li ġara ukoll. Il-Gvern Laburista fittex il-parir tal-barranin! Le, Jason, le! Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM Ġ imgħa wara li ktibt fuq il-programm li deher fuq Arte dwar il-bini li tiela' f 'Malta qabeż Jason Micallef u ħareġ ifajjar kontra Claire Bonello. Bonello iddesriviha bħala "għadu tan- nies" u "traditur". U ejja Jason! Naf li għandek għal qalbek l-ambjent, u naf li bħali tiddejjaq tara lil pajjiżek imżeblah. Imma Claire xiz- zokk għandha x'taqsam ma dan iż-żebliħ? L-avukat Claire Bonello kienet hemm kull darba li kien hemm bżonn titkellem. Fl- 2006 ħarget qatta bla ħabel fuq il-local plans li ħareġ George Pullicino, kienet fil-protesta illi għaliha attendew deputati Laburisti u mexxejja futuri tal- Labour. Claire mhix xi persuna faċli, imma min hu? U mhux dejjem qbilt magħha. Imma x'għandu x'jaqsam!? Hi baqgħet titkellem, tipprotesta u turi snienha u ma tarax kuluri. Issa li jiġu l-Arte u jagħmlu programm fuq Malta u ma jurux l-isbħuija tirrabbjak, vera! Imma jien xbajt nara dokumentarji qishom ta' Disneyland jaħbu l-krenijiet, jaħbu l-barrieri, il-ħmieġ, id- djar koroh, il-kaċċa u t-traffiku. Ħadd mhu traditur, għax ma hemm xejn x'titradixxi. Jien ma nistax għal min hu ipokrita, imma Claire Bonello mhijiex ipokrita. Hi persuna li b'differenza minn ħafna persuni oħra lesta titkellem, isemma l-leħinha, taffronta sidirha, tgħolli subgħajha u tipprova tbiddel it. Ħaddiehor, ħafna drabi, igerger u ma jagħmel xejn. Anzi jaħrab u ma jidher imkien! Claire titkellem f 'baħar ta' injuranza kbira u defiċit kbir ta' attiviżmu ambjentali. Jason Micallef għandu inflwenza ma' ċerti setturi ta' laburisti, imma mhux kollha. Allaħares! Hemm ħafna nies li jħobbu lil pajjiżhom ukoll imma li jridu Malta li tkun isbaħ u mill-aqwa. Naċċertak li Claire hekk trid. Imma għal kulħadd tridha isbaħ lil Malta. U għalhekk mhix għadu tal-poplu. U jiddispjaċni Jason, le mhix traditur lanqas! Anzi hija tarka li mingħajra nkunu ħafna inqas voċiferi fuq l-ambjent. Imma hemm xi ftit posittiv f'dak li ġara ukoll. Il-Gvern Laburista fittex il-parir tal- barranin! Għal darba mhux jeqred bl-indħil barrani! Claire hi persuna li b'differenza minn ħafna persuni oħra lesta titkellem, issemma' leħinha...