Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt A spett tal-Covid-19 li it jitkell- mu dwaru huwa dak tal-bilanċ. Il-bilanċ li Gvernijiet madwar id-dinja - inkluż ta' Malta - qed jippruvaw jilħqu huwa wieħed delikat, li bħal lakstu, qed jiġġebbed u jibqa' jiġġebbed, bil-periklu li jinqata'. Imma x'inhu dan il-bilanċ? Il-bilanċ bejn miżuri restrittivi sabiex jipproteġu lill-poplu ta' dak il-pajjiż u l-ksur tal-libertajiet tal-persuna li tgħix ħajjitha kif tixtieq. Ħarsa lejn id-deċiżjoni li ħa l-Prim Ministru Boris Johnson dwar fejn l-Ingliżi jistgħu jsiefru (prattikament imkien!) wieħed jiem kemm huwa sensittiv dan il-bilanċ. Bejn li l-Gvern jaqdi dmiru li jieħu ħsieb saħħet il-poplu u minn naħa l-oħra ma jkunx hu li joħnoq libertajiet li l-popli jistennew li jkollhom! Madwar id-dinja l-Gvernijiet qed jiddeterminaw inti fejn tmur, tistax issiefer, f 'liema ħin trid tkun id-dar, kemm tista' tiltaqa' ma' nies, x'tagħmel u kemm iddaħħal nies ġo darek. Kieku mhux għall- pandemija miżuri bħal dawn kienu jiġu kkunsidrati oppressivi u faxxisti, normali biss f 'dittatorjati. Iżda r-realtà tal-Covid-19 biddlet ħafna mill-libertajiet li kellna, u ġġustifikat dawn ir-restrizzjonijiet! Fir-realtà tal-vaċċin - li wara kollox l-istess Gvernijiet madwar id-dinja biegħu bħala s-soluzzjoni aħħarija ta' din il- pandemija u li qed naraw illi qed iwassal għal ħafna inqas imwiet u ħafna inqas nies fl-isptarijiet - il-popli, in-negozji u miljuni ta' nies qed jitilfu dejjem aktar il-paċenzja kkonfrontati b'aktar miżuri. Miljuni qed jistaqsu: X'ħadna l-vaċċin nagħmlu, jekk il-Gvern xorta qed jgħidli tmurx hemm, tagħmilx hekk, tidħolx hemm, tiltaqax ma' aktar minn tnejn minn nies? Forsi huwa argument emottiv u mhux xjentifiku, imma bla dubju li huwa argument ġustifikat! Miljuni madwar id-dinja qed jirraġunaw illi ladarba huma ħadu l-vaċċin, li jingħad illi joffri 95% protezzjoni mill-virus, li jaħdem kontra kull varjant sa issa u li wara kollox ingħatat l-impressjoni li huwa l-ħelsien mill-ktajjen tal-pandemija, issa jridu jgħixu ħajjithom b'ħafna mil- libertajiet li tilfu. U bir-raġun! U meta u jekk dan ma jsirx jibda jintilef il-bilanċ allura. Diġà tħabbret protesta fir-Renju Unit kontra d-deċiżjoni tal-Gvern Ingliż u saret petizzjoni li ffirmawha mat-12,000 persuna f '24 siegħa. Għax fid-deċiżjoni ta' Johnson ma jinħassx li hemm bilanċ! Li lanqas biss iddaħħal pajjiżi bħal Malta - b'aktar minn 70% tal-poplu mlaqqam u aktar minn 50% li ħadu ż-żewġ dożi, b'rata ta' 0.2% pożittività - fil-Lista l-Ħadra, mhijiex bilanċ u ma tagħmilx sens! Anzi tinħass illi hija deċiżjoni li tiżbilanċja wisq lejn Gvern li qed joħnoq il-libertajiet tal- poplu bla bżonn. Iktar minn hekk, kif qed nirrapportaw illum fil-faċċata, id-deċiżjoni hija meqjusa minn bosta bħala "kollha politika". U hawnhekk jibda l-inkwiet - mhux biss għal Johnson, imma għal ħafna Gvernijiet oħrajn li jaħsbu li jistgħu jagħmlu l-istess. Meta jibdew jaħsbu li jistgħu jużaw u jabbużaw mil-libertajiet tan-nies, jew agħar minn hekk jużawhom bħala gamblu politiku biex jieħdu dak li jridu. Il-Libertà, fid-demokraziji tal-punent - hija sagrosanta. Imbilli l-popli tal-Ewropa u ta' ħafna mid-dinja aċċettaw li jċedu it minn dawk il-libertajiet, ma jfissirx li l-Gvernijiet jistgħu jabbużaw minn dan. Hemm differenza bejn kawtela u abbuż. U għalhekk il-politiċi jridu jkomplu jassiguraw li dan il-bilanċ jibqa' jintlaħaq, għaliex jekk in-nies jibdew jaħsbu li l-libertajiet sagrosanti tagħhom qed jiġu abbużati minħabba raġuni jew oħra, jew qed jinżammu minnhom għal raġunijiet mhux sodi biżżejjed, il-pandemija tispiċċa tkun il-kawża ta' inkwiet u għawġ soċjali kbir. Hija xafra taqta' miż-żewġ naħat - li hu ċert imma huwa, li wara sena u nofs ta' sagrifiċċji u restrizzjonijiet bżonnjużi, riċessjonijiet ekonomiċi li qatt ma rajna bħalhom u l-wegħda li wara l-vaċċin hemm in-normalità - miljuni ta' nies issa bdiet taqbżilhom u bl-ikrah b'aktar restrizzjonijiet fuq il-libertajiet tagħhom! Huwa f 'idejn il-politiċi u l-Gvernijiet li jaraw illi l-bilanċ jibqa' jintlaħaq, għax il- prezz soċjali jaf ikun wieħed qares! Bilanċ li jekk jintilef ifisser għawġ soċjali!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021