Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

I l-ġimgħa li għaddiet irċevejt l-aħbar li l-patri Dumnikan Gwann Xerri miet fil-Brażil vittma tal-pandemija Covid-19. Patri Gwann kien wieħed mill-ħbieb l-iżjed intimi tiegħi. Kull darba li jiġi lura Malta mill-missjoni fil-Brażil, kien jiġi jżurni fiż-Żejtun u konna nqaddsu flimkien fil-knisja parrokkjali. Wara konna ninżlu d-dar tiegħi, nieklu xi ħaġa tajba flimkien u naqsmu bejnietna l-ideat tagħna dwar il-fqar u l-Knisja tal-Papa Frangisku. Frei Betto Patri Gwann kien ammiratur kbir ta' Frei Betto, wieħed mill-ħassieba Insara fil-Brażil li fil-kitba tiegħu kien qajjem interess kbir fid-demokrazija kif tolqot il-liberazzjoni tas-sezzjonijiet foqra tal- poplu. L-ideat ta' Frei Betto għenu ħafna biex jitwaqqaf u jissaħħaħ il-Partit tal- Ħaddiema li tiegħu kien il-kap Luis Inacio Lula da Silva fil- qosor magħruf bħala Lula. Lula ġibed simpatija kbira meta rnexxielu jilħaq president tal-Brażil u ħareġ bl-idea li l-foqra għandhom jingħataw għotja kull familja biex ikunu jistgħu jgħixu livell dinjituż tal-hajja. Lula Iżda l-popolarità ta' Lula sfat mhedda minn forzi legali u ġudizzjarji li ħarġu b-akkuża li l-Partit tal Haddiema kien inħakem mill-korruzzjoni, immanuvrata minn imħallef medjokri mill - belt ta Curitiba, jismu Sergio Moro. Lula nstab ħati u weħel il- ħabs, akkużat b'korruzzjoni, akkuża li Lula baqa jiċħad sa l-aħħar. Lula ngħata raġun meta nstab arkivju ta' taħdidiet sigrieti li fihom inkixef l-attentat ta' l-imħallef Moro li wera li l-inkjesta dwar il-korruzzjoni ta' Lula u l-gvern tiegħu kienet mimlija korruzzjoni. L-affari spiċċat ħażin għal min oppona lil Lula għax dawn ir-rivelazzjonijiet jista' jkun li swew biex il-qorti suprema tal-Brażil iddeċidiet li teħles lil Lula mill-ħabs f 'Novembru 2019. Wisq probabli hi l-aħbar li Lula, minkejja li l-partit tiegħu instab li ġenwinament kien imċappas bil-korruzzjoni, xorta waħda beħsiebu joħroġ għall-elezzjoni li jmiss għax instab li l-inkjesta li saret dwar il-partit ta' Lula kienet hi wkoll korrotta-kienet operazzjoni korrotta li biha nqdiet bil-liġi li ppruvat bla ma rnexxielha tilħaq l-iskop li ilha s-snin tipprova tilħaq permezz tal-votazzjoni- ilha mis- sena 2002 in-naħa tal-Lemin tipprova twaqqa' lill-Partit Tal- Haddiema mis-setgħa u teqred dak il-partit. Bolsonaro Bolsonaro, il-President Lemini li qed jaħkem il-Brażil, bħalissa f 'Jannar 2020 kien imġiegħel ikeċċi mill-kabinett tiegħu lill-Ministru tal-Kultura Roberto Alvin, wara li dan, fost offiżi oħra, issellef il-kliem ta' Joseph Goebbels, il-Ministru tal-propaganda ta' Hitler u għal sitt minuti sħaħ, b'subtitles bl-Ingliż, ma staħax jagħti sensiela ta' prinċipji Nażżisti bil-għan li jixxokkja!. It-tattika ta' Bolsonaro qed tkun regolari f 'periklu għad- demokrazija -imħallfin tal- Lemin qed jeħduha kontra partiti taċ-Ċentru u tax-Xellug biex dawn l-Imħalfin mbagħad jissieħbu fil-gvern li jkunu għenu biex jitla'. Naturalment Gwann Xerri fil-Brażil kien inkwetat bis- sitwazzjoni politika għax kien qed jilmaħ it-tmermir tad- demokrazija f 'wieħed mill- akbar pajjiżi ta' l-Amerika Latina. 22 opinjoni IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 • illum Miet ħabib kbir tiegħi fil-Brażil; Id-Dumnikan Malti Ġwann Xerri Dun Anġ Seychell huwa l-Fundatur ta' Dar Nazareth Dun Anġ Seychell

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021