Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656
23 kultura illum • Il-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 Qalbha tħabbat mar-ritmu tat-tanbur W ara ħamest ijiem ta' kunċerti, il-15- il edizzjoni ta' dan il-festival popolari u tant mistenni, l-International Spring Orchestra Festival, se tagħlaq bil-preżentazzjoni tal- opra ta' Victor Ullmann e Em- peror of Atlantis fid-19 ta' Ġunju. Din hija opra f 'att wieħed dwar id-dittatorjat u l-oppressjoni, li Ullmann kiteb flimkien mal-po- eta Peter Kein, il-librettist, waqt li t-tnejn kienu internati f 'er- esienstadt matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Din l-opra se tkun qed tittella' lokalment għall-ewwel darba, u qed tiġi prodotta bi sħab mal-Valletta Cultural Agency. Fil-partijiet ewlenin se jkun hemm Clare Ghigo, Ken Sciclu- na, Charles Vincenti, Kimberly Grech u Louis Andrew Cassar, akkumpanjati mill-Ensemble Télémaque taħt id-direzzjoni ta' Raoul Lay. Ghigo rċiviet borża ta' studju mill-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja, u għandha Masters fl-"Opera Performance" mir- Royal Welsh College of Music and Drama ta' Cardiff, u kantat f 'diversi teatri magħrufa Ewropej, fosthom l-AlteOper fi Frankfurt, ir-Rathaus f 'Berlin, u L'Hotel de Ville f 'Pariġi. Għalkemm fid- dinja tal-opra huwa magħruf li l-ħajja ta' mezzo sopran taf tkun ferm frustranti u diffiċilissima, dan ma qatax qalb Ghigo biex hi timmaterjalizza l-ħolma tagħha u tistabbilixxi ruħha mal-komunità internazzjonali. "Peress li jien mezzo sopran hi ħaġa normali għalija li nkanta rwoli maskili," qalet Ghigo. "Togħġobni l-varjetà li toffri l-vuċi ta' mezzo sopran, però jkolli ngħid li r-rwol favorit tiegħi huwa meta nkanta l-parti ta' Rosina fil-Barbiere di Siviglia ta' Rossini. Jogħġobni l-fatt li hi fuq tagħha u fl-istess ħin onesta." Ir-rwol ta' Ghigo f 'e Emperor of Atlantis se jkun tat-Trommler, jew it-tfajjel tat- tanbur – karattru li tista' tgħid li hu kollox barra onest. Trommler fil-fatt hu l-kompliċi u l-id il- leminija tad-dittatur magħruf bħala "l-Imperatur", u dawn iż-żewġ karattri jirrappreżentaw lil Adolf Hitler u l-maħbuba u persuna ta' fiduċja tiegħu, Eva Braun. L-opra nnifisha nkitbet proprju fil-kamp tal- konċentrament ta' eresienstadt, post impinġi bħala kolonja tal- Lhud fejn kienet tiġi promossa l-arti. Fir-realtà, iżda, dan il-post sikwit jirreferu għalih bħala l-kamra tal-istennija tal-mewt. Ullmann kiteb din l-opra disa' xhur biss qabel ma ttieħed Auschwitz, fejn ġie maqtul wara jumejn. Sfortunatament, e Emperor of Atlantis qatt ma tħalliet tittella' fil-kamp tal-konċentrament għaliex, għalkemm kienet allegorika għall-aħħar, is-suldati Nażisti ntebħu li kienet kritika ta' Hitler u r-reġim tiegħu. "Mużikalment l-opra hija diffiċli, imma fiha ħafna xebh mal-jazz, il-mużika folk u l-mużika klassika, allura hi aċċessibbli ħafna," osservat Ghigo. "Hija wkoll estremament relevanti għaż-żminijiet tal- lum, speċjalment waqt din il-pandemija. Meta tikkonsidra li Ullmann u l-mużiċisti l-oħra li kienu eresienstadt baqgħu dejjem jikkomponu, anke f 'dawk il-kundizzjonijiet terribbli, hija lezzjoni għalina lkoll. Din l-opra rnexxielha tibqa' teżisti għaliex, qabel ma ntbagħat Auschwitz, il- kompożitur għadda l-partitura lil ħabib tiegħu li rnexxielu joħroġ ħaj minn eresienstadt. Din is-sena qed nikkommemoraw it-80 anniversarju mill-uħ ta' eresienstadt, u l-opra hija ddedikata lit-tfal li mietu f 'dan il-kamp tal-konċentrament." Barra li tagħti eżempju ta' reżiljenza quddiem sitwazzjonijiet diffiċli, din l-opra partikolari hija ideali għal żminijietna għal raġunijiet oħra wkoll: peress li tinħadem biss b'sitt kantanti u orkestra żgħira, tirrikjedi inqas nies ġewwa t-teatru, u hi irħas biex ittellagħha minn opra b'palk mimli. Mill-banda l-oħra, kast iżgħar isarraf f 'iżjed pressjoni fuq il-kantanti. "Opra f 'att wieħed taf tkun aktar diffiċli biex ittellagħha minn opra itwal. Peress li din l-opra għandha kast ta' sitta min-nies biss u m'għandhiex kor jew rwoli sekondarji oħra, hija aktar diffiċli għax ix-xogħol irid isir kollu mill-kantanti," spjegat Ghigo. Żiedet tgħid li l-fatt li e Emperor of Atlantis tiġi ppreżentata fiċ-ċokon hu sfortunat, iżda fl-istess ħin jgħin sabiex l-istorja tinħass aktar reali. Ghigo temmen li l-messaġġ ta' din l-opra hu partikolarment f 'waqtu wkoll. "Tittratta l-moralità: anke fi żminijiet ta' pandemiji u ta' isteriżmu ġenerali, m'għandniex ninsew il- moralità u dak kollu li jagħmilna umani," ikkonkludiet. e Emperor of Atlantis se tittella' fis-City eatre, Triq l-Ifran, Il-Belt Valletta, nhar is-Sibt 19 ta' Ġunju fit-8pm. Biex tibbukkja l-biljetti u għal aktar informazzjoni dwar dan l-avveniment kif ukoll dwar kunċerti oħra fi ħdan l-ISO Festival, żur www.teatrumanoel. org.mt, ċempel fuq 2124 6389 jew inkella ibgħat email fuq bookings.mt@teatrumanoel.mt. Il-biljetti jridu jiġu bbukkjati minn qabel u ma jistgħux jinxtraw dakinhar minn ħdejn il-bieb. L-informazzjoni kollha hija korretta sad-data tal- pubblikazzjoni. Il-Festival ISO hu appoġġjat mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura. Clare Ghigo se tinterpreta r-rwol tat-"Trommler" (It-Tfajjel tat- Tanbur) fl-opra ta' Ullman, The Emperor of Atlantis (or Death's Refusal) - L-Imperatur ta' Atlantis (Meta l-Mewt Irrifjutat), bħala parti mill-Festival tar-Rebbiegħa – International Spring Orchestra Festival – li se jiftaħ fil-15 ta' Ġunju Clare Ghigo