Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

Owen Bonnici 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 Elezzjoni Ġenerali Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara l-Covid-19 E rba' snin ilu l-Partit La- burista rreġistra l-ikbar rebħa elettorali f 'elezzjo- ni ġenerali minn wara l-Indipendenza 'l hawn. Rebħa elettorali fejn mogħtija l-għażla bejn il-Partit Laburista mmexxi minn dak iż-żmien Dr Joseph Muscat u l-Partit Nazzjonalista mmexxi minn dak iż-żmien Dr Simon Busuttil, il- poplu għażel bi ħġaru lill-Partit Laburista. Il-Partit Laburista rebaħ b'maġġoranza rekord, li kompliet tiżdied bil-bosta fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali ta' wara. Personalment lanqas nista' nemmen li taru erba' snin minn dakinhar sal-lum u din m'għandhiex tiġi bħala xi sorpriża għax dawn l-aħħar erba' snin kienu erba' snin ta' ħidma ma taqta' xejn minn filgħodu kmieni sa tard billejl. Kif kien qal il-Professur Edward Scicluna taħt it-tinda darba minnhom, il-ġimgħa tagħna sebat ijiem u bis-serjeta' l-ġimgħa tagħna sebat ijiem! F'dawn l-erba' snin daħlu drittijiet ġodda, saru investimenti bla preċedent, baqgħet b'saħħitha l-ekonomija, komplew ir-riformi soċjali u fuq kollox il-pajjiż iġġieled pandemija b'mod li kien ta' eżempju għal pajjiżi oħra kemm fil-qasam tas-saħħa u anke dak ekonomiku. Minn settur għal ieħor il- Gvern ħadem bi pjan li kompla jimmodernizza lil pajjiżna u bi tmexxija mġedda f 'Jannar tal-2020 taħt it-treġija issa tal- Prim Ministru Dr Robert Abela, il-Gvern baqa' jibni fuq il-ħafna tajjeb li sar u jirriforma dawk l-oqsma li kienu jeħtieġu iktar bidliet. L-iktar ħaġa li nemmen li tiddistingwi lill-Partit Laburista mill-Partit Nazzjonalista hi li dan hu Gvern li verament wettaq id-differenza li tinħass fil-ħajja ta' kuljum u fl-istess waqt li għamel hekk waqt li baqa' qrib in-nies u viċin ħafna tagħhom. Jien bħal sħabi niltaqa' ma' kulħadd u gieli tisma' stejjer li jġibulek għajnejk wara widnejk. Bħal pereżempju darba minnhom qiegħed niehu kafe' l-Ħadd filgħodu u tiġi fuqi persuna li għal ħafna snin kienet attiva fil- Partit Nazzjonalista. Dana rrakkontali kif fi żmien it-tmexxija ta' Simon Busuttil kien ċempel lil uffiċjal ewlieni tal-Partit Nazzjonalista biex itih xi suġġerimenti fuq setturi partikolari. Il-mod kif dan irrakkontali li kien kellmu b'arroganza kbira kien wasslu biex jitbiegħed mill-Partit Nazzjonalista u għażel il-Partit Laburista. Fuq iż-żmien tat-tmexxija ta' GonziPN allaħares nibda għax ma nispiċċax sa għada filgħodu. Sensittivita' zero. Attitudni qisha ta' magna taż-żrar. Fuq illum ukoll allaħares nibda. Partitarji Nazzjonalisti li ilhom jivvotaw PN ġenerazzjoni wara l-oħra jgħidulek li fuq li għamlu lil Adrian Delia m'humiex se jivvotaw jew jivvotaw Labour. Oħrajn jibdew jgħidulek l-istejjer ta' kif jimxu magħhom diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista. Jgħiduli dan hu aġir ta' min jixtieq jitla' fil-Gvern jew ta' min għadu ma fehmx li l-ewwel bidla trid tiġi fih innifsu? Naturalment dan hu aspett wieħed. Fejn tidħol it-tmexxija tal-pajjiż b'mod ġenerali, il- poplu għadu fiduċja li tinħass immens fil-politika ekonomika tal-Gvern. Nies bil-ħwienet jgħidulek li l-Gvern ma setax jimxi aħjar f 'nofs pandemija. Dawk tan-negozju jgħidulek li minkejja ċ-ċirkostanzi marbuta mal-COVID-19 għaddejjin b'rankatura ferm aqwa minn sħabhom fl-istess mestier fid- diversi pajjiżi Ewropej. Qas hemm l-iċken dubju li fejn tidħol l-ekonomija ta' pajjiżna l-iktar par idejn sodi huma dawk ta' Robert Abela u l-Partit Laburista. Iċ-ċifri jitkellmu weħidhom, tħares kull kif tħares lejhom. F'erba' snin żidna l-pensjonijiet kull sena, liema żidiet kienu bdew mis-sentejn ta' qabel. Fl-ewwel erba' snin ta' din il-leġiżlatura l-ispiża fuq pensjonijiet żdiedet b'EUR 130 miljun, jew b'aktar minn kwart. Introduċejna erba' benefiċċji addizzjonali għall-persuni li l-impieg tagħhom ġie affettwat matul il-pandemija, b'allokazzjoni ta' kważi Eur 15-il miljun. Iktar ċifri. Matul l-2020, b'investiment ta' biljun ewro, iddedikajna l-ikbar spiża fuq benefiċċji soċjali fejn komplejna bl-inizzjattivi ta' making work pay, bit-tapering tal-benefiċċji fuq quddiemnett. Is-sena 2017 rat l-akbar ammont ta' benefiċċjarji. In-nies qed tgawdi mill-ġid li qed joħloq il-Gvern. Żidna, pereżempju, ċ-Children's Allowance wara 11-il sena u, f 'ċertu każ, wara 23 sena. F'sena ta' pandemija żidna l-ispiża b'EUR 2 miljuni, meta fil-kriżi tal-2008 Gvern Nazzjonalista kien naqqas l-ispiża b'EUR 2.5 miljuni. Dan seta' jsir għaliex irdoppjajna l-ġid nazzjonali fuq medda ta' żewġ leġiżlaturi waqt li pajjiżna laħaq record ta' impiegi sena wara l-oħra anke waqt pandemija. Għinna wkoll diversi proġetti u espansjonijiet minn kumpaniji ta' investiment dirett barrani, tant li f 'sena ta' pandemija kellna aktar minn 35 proġett ġdid ta' investiment dirett barrani. Aħna determinati li nkomplu naħdmu, nwettqu u nagħmlu d-differenza għall-ġid tal-familji u negozji Maltin u Għawdxin. Ejja nagħmlu suċċess minn din Malta tagħna li tant inħobbu! Aħna determinati li nkomplu naħdmu, nwettqu u nagħmlu d-differenza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021