Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 'Huwa impossibbli li r-Rialto jkun ċinema biss ... ma jkunx sostenibbli' Il-gazzetta ILLUM titkellem mal- inġinier ċivili u storiku Marc Zimmerman fuq il-passat, il-preżent u l-futur tar-Rialto f'Bormla. MARIANNA CALLEJA "Huwa impossibbli li r-Rialto jkun ċinema biss ... ma jkunx sostenibbli, peress li għandu sala waħda biss. Imma tagħmel sens li l-binja tintuża bħala ċinema flimkien ma' spazju ta' arti u kreattività." Qal dan mal-gazzetta ILLUM l-Inġinier Ċivili Marc Zimmerman li jmexxi l-NGO Cinema Heritage Group. Dan wara li nhar il-Ħadd 23 ta' Mejju l-gazzetta ILLUM żvelat li l-kuntrattur Għawdxi Joseph Portelli, tefa' ħarstu fuq il-binja tar-Rialto f 'Bormla. Dan wara li l-Partit Laburista, li hu s-sid ta' din il-binja, ħareġ espressjoni ta' interess biex din il-binja u residenza li tmiss magħha fi Triq il-Pellegrinaġġ ikunu kummerċjalizzati. Din il-Ġimgħa il-gazzetta, marret Bormla u poġġiet bilqegħda fuq il-ħaxix faċċata tar-Rialto ma' Zimmerman. Kif jissuġerixxi l-isem tal-NGO, din tħares l-istorja taċ-ċinema fuq livell internazzjonali. Zimmerman spjega fid-dettall il-passat, il- preżent u l-futur tar-Rialto minn perspettiva ta' inġinier li dejjem ħadem għall-konservazzjoni tal- bini kif ukoll ta' storiku. Il-binja tar-Rialto hija protetta bi Grad 2 mill-Awtorità tal-Ippjanar, li jfisser illi għandha element ta' interess storiku u arkitettoniku jew inkella tikkontribwixxi għall- immaġini viżwali ta' Żona ta' Konservazzjoni Urbana. B'din il-protezzjoni, ir-Rialto ma jistax jitwaqqa u alterazzjonijiet fuq ġewwa tal-binja jitħallew isiru biss jekk huma sensittivi għall-binja u huma tal-inqas detriment għall- karattru u l-arkitettura. Biex tiem għaliex din il- binja ingħatat protezzjoni ta' grad daqsekk għoli, il-gazzetta bdiet billi staqsiet lil Marc Zimmerman fuq l-istorja tar-Rialto. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija I-poplu tat-tlett Ibliet kienu fost dawk li ċ-ċinema u ċentri tad- divertiment kienu jħobbuhom ħafna u fil-fatt sal-bidu tal-1900 kien hemm diġà ħafna ċentri simili fil-madwar. Fosthom kien hemm id-Diana fil-Birgu, il-Buckingham f 'Ħaż-Żabbar u l-Windsor f 'Bormla stess. Bormla kellhom wkoll ir-Rio u r-Rialto li t-tnejn ma żammewx mat-tradizzjoni ta' ismijiet inspirati mill-Ingilterra. Oriġinarjament r-Rialto kien jeżisti it passi 'l bogħod minn dak eżistenti. Kif nafu t-tlett ibliet kienu fost dawk li l-aktar soffrew fit-Tieni Gwerra Dinjija u r-Rialto l-oriġinali kien wieħed mill-binjiet li ġġarfu f 'dawn in-naħat. Kien għalhekk li l-Bormliżi ħassew l-bżonn li jinbena Rialto l-"ġdid". Mill-bidu tal-1950 sal-aħħar tal- 1980 Din il-binja bdiet tinbena fl-1954 taħt id-diżinn tal- perit Edwin England Sant Fournier u bdiet topera fl-1956. Ir-Rialto fl- aqwa tiegħu kien jilqa' sa 1,100 spettatur u għalhekk kien meqjus bħala wieħed mill- ikbar swali taċ-ċinema ta' dawk iż-żminijiet. Mibni fuq l-istil 'art- moderne' li hu taħlita tal- 20ijiet u l-50ijiet, ir-Rialto kien jinkludi Cinemascope u sistema ta' ħoss stereofoniku li għandhom hemm sal-ġurnata tal- lum. Wara snin ta' suċċess, r-Rialto għalaq il-bibien għall-pubbiku fl- 1988 u it wara il-Partit Laburista ħadu f 'idejh. Din il-binja kienet serviet bħala kwartieri għall- konferenzi tal-partit fi żmien Mintoff, għall-diversi snin, sakemm il-PL mexa għal Mile End fil- Ħamrun. Fl-istess binja tar-Rialto kien hemm ukoll restaurant żgħir fuq in-naħa tax-xellug u l-bank tal- Barclays fuq il-lemin. Mal-għeluq tar-Rialto, il-bank mexa għal dik li qabel kienet id-daħla prinċipali tal- binja filwaqt li r-restaurant għalaq maż-żmien. Fis-snin 2000 Wara li l-PL mexa' għall-Ħamrun, ir-Rialto kważi waqa' għal stat ta' abbandun. Din il-binja kienet tintuża biss għal xi avvenimenti tal- partit, xi avveniment tal-immudelar u forsi xi drabi bħala teatru. Bl- aħħar xogħol li ntwera, xahrejn qabel ma faqqgħat il-pandemija, b'produzzjoni ta' Teatru Malta bl- isem ta' 'Min hi?' b'kitba ta' Trevor Zahra. F i l - bidu tal-2000ijiet saret ħsara kbira fuq ġewwa tal-binja iżda qatt ma kien konkluż jekk kienx każ ta' vandaliżmu jew sempliċiment bejta ħamiem li użat ir-Rialto bħala santwarju tagħhom. FL-2009, l-NGO Cinema Heritage Group qabdet id- diskussjoni mal-Awtorità tal- Ippjanar biex numru ta' swali taċ- ċinema f 'Malta jiġu restawrati, fosthom ir-Rialto kif ukoll ir-Roxy ta' Birkirkara. Il-ġlieda ta' din l-NGO kienet dejjem li dawn is-swali jiġu preservati u qatt imwaqqa. Zimmerman qalilna li kien hemm swali li aċċettaw li ma jistgħux jiġu salvati minħabba l-qagħda li kienu fiha. Fil-każ tar-Rialto, l-NGO ippreżentat studju lill-Awtorità li jinkludi mhux biss x'fih minn ġewwa u barra il-bini iżda wkoll fuq l-impatt li ħalla r-Rialto fuq il- Bormliżi. L-Awtorità għarfet is-sinifikat wara r-Rialto u min hemm bdiet tipproteġi il-binja bit-tieni grad. Dak kien il-passat tar-Rialto - iżda issa x'se nagħmlu biha din il-binja? Inħalluha hemm santwarju għall- aktar ħamiem? L-espressjoni tal-interess maħruġa mill-PL u dak li żvelat l-ILLUM Hawn fejn naslu għal-preżent ta' din il-binja daqshekk importanti għal Bormliżi iżda ukoll għal Maltin. Il-Partit Laburista ppubblika espressjoni ta' interess (EOI) li ssejjaħ għal kunċetti kummerċjali u ta' negozju "ta' livell għoli għall- iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tas-sit" kemm fuq ir-Rialto innifsu u fuq residenza li tinsab ħdejh. Dan filwaqt li jibqgħu sidien tal- proprjetà. Bosta urew interess fil-passat fosthom l-imprenditur Ġordaniż Hani Salah minn Sadeen Group. Dan kien il-moħħ wara uħ kontroversjali tal-Università Amerikana ta' Malta (AUM), li tinsab eżattament faċċata tar-Rialto. Din id-darba mid-dehra ma kienx Joseph Portelli biss li wera' interess fuq il-binja. Skont l-EOI sa Diċembru trid tittieħed deċiżjoni finali fuq il-futur tar-Rialto u għalhekk il-gazzetta ILLUM saqsiet lil Marc Zmerman x'inhi l-proposta tal-NGO. Il-Proposta tas-Cinema Heritage Group L-NGO taqbel kompletament li din il-binja terġa tieħu r-ruħ billi tiaħ għall-pubbliku. Marc Zimmerman qal li tkun ħasra jekk din il-binja tiġi kkumerċjalizzata b'tali mod li l-pubbliku ma jkunx jista' jgawdiha bħal ma ġara fil-każ tal-AUM. Minkejja dan Zimmerman spjega li tkun impossibli li -Rialto jinfetaħ mill-ġdid bħala Ċinema biss. Dan għaliex fejn qabel kienet meqjusa bħala waħda mill-ikbar ċinema f 'Malta, ċinema fil-preżent ikollha iktar minn sala waħda fl-istess binja. Fil-qosor, ma tkunx sostenibbli li tiaħ ċinema bi reen wieħed. Fl-opinjoni tiegħu l-aħjar mod li r-Rialto jista' jiġi użat hu jekk jimxi fuq l-istess passi ta' Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta. Bażikament ikun jinkludi ċinema kif ukoll post għall-xogħol teatrali, post fejn iseħħu esbizzjonijiet u iktar. Zimmerman temm jgħid li jixtieq ukoll li kull makkinarju li hemm fil-bini bħal cinescope u saħansitra anke r-rewind table jiġu esibiti f 'xi mużew tal-arti u l-kultura. Passi bħal dawn jassiguraw li r-Rialto jitgawda kif vera jixraqlu. Rialto l-ġdid wara l-ftuħ tal-1956 Marc Zimmerman

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021