Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 • illum Green pass, coronapas, ċertifikat tal-vaċċin: It-triq Diversi pajjiżi membri tal-UE oħrajn ħarġu b'ċertifikati, passaporti jew sistemi oħra li qed jużawhom mhux biex jiftħu biss it-turiżmu imma anke l-ħajja soċjali YENDRICK CIOFFI Din il-ġimgħa, it-triq lura lejn in-normalità dehret xi it jew wisq aktar ċara meta l-Gvern nieda ċ-ċertifikat tal-vaċċin li mhux se jkun qed jintuża biss f 'każ ta' safar, imma anke biex ikunu jistgħu jiġu organizzati attivitajiet li sa issa, minħabba l-pandemija ma setgħux isiru. Fil-fatt, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal ċar u tond li ċ-ċertifikat tal-vaċċin, ġaladarba Malta mxiet ħafna 'il quddiem fejn jidħol it-tilqim, se jippermetti li jiġu organizzati attivitajiet li f 'pajjiżi oħra ma jistgħux isiru għax ma għandhomx is- saħħa tal-popolazzjoni protetta daqs dik ta' Malta. Sa issa, ma ngħatawx dettalji x'jistgħu jkunu dawn l-attivitajiet "ikkontrollati u limitati." Id-dettalji dwarhom għadhom ma ngħatawx u mistennija jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif joqrob aktar Lulju. Madanakollu, hemm pajjiżi oħra li wkoll daħlu tipi differenti ta' ċertifikat (anke jekk mhux esklussivi għall-vaċċin) u li kien strumentali biex jibdew jonqsu r-restrizzjoniiet hekk kif issa kulħadd qed jittama li jkollu sajf tajjeb, wara xhur sagrifiċċji. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn uħud minn dawk il-pajjiżi li wkoll qed jużaw xi forma jew oħra ta' ċertifikat tal-Covid-19, anke għax dawn se jkunu importanti issa li s-settur turistiku huwa mistenni li jibda jerġa' jieħu r-ruħ. Id-Danimarka: Il-Coronapas validu mhux għal min tlaqqam biss Id-Danimarka kienet fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li nediet ċertifikat tal-vaċċin li ssemma Coronapas. Dan il-passaport diġitali jinkludi dettalji dwar jekk persuna tkunx tlaqqmet kompletament, iżda mhux biss. Fil-fatt, persuna li tkun fieqet mill- Covid-19 bejn ħmistax u 12-il ġimgħa qabel jew inkella jkollha f 'idha test negattiv għall- Covid-19 li jkun sar fis-72 siegħa ta' qabel, ukoll jista' jkollha l-Coronapas. Dan iċ- ċertifikat iddaħħal fis-seħħ fil-bidu ta' April u seta' minnufih jintuża biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jidħlu fi stabbilimenti li qabel kienu magħluqa, fosthom biex imorru għand il-ħwienet tax-xagħar u tas-sbuħija. Aktar tard, dan iċ-ċertifikat beda jintuża wkoll biex persuna tidħol fil-mużewijiet, it-teatri jew saħansitra biex tmur tiekol fir- ristoranti jew tagħmel l-eżerċizzju f 'gym, li fetħu mill-ġdid fil-bidu ta' Mejju. Bis-saħħa ta' dan iċ-ċertifikat, setgħu jinfetħu wkoll l-istadiums. Negozji jew stabbilimenti li jaċċettaw klijenti li ma jkollhomx 'Coronapas' validu kienu mwissija li jekk jinqabdu jistgħu jeħlu multa ta' €400 u sa €6,000 jekk jiksru r-regola aktar minn darba. Il-klijenti wkoll jistgħu jkunu mmultati €330. Matul l-aħħar jiem, dan iċ-ċertifikat ġie aġġornat biex issa jista' jitniżżel permess ta' App. Il-persuni li huma intitolati għalih se jkollhom QR code li jkun jista' jinqara mill-operaturi ta' dawn l-istabbilimenti msemmija. Għall-kuntrarju taċ-ċertifikat li kien qed jintuża fl-aħħar ġimgħat, meta operatur jiskenja dan il-kodiċi, mhux se jkun qed jingħata dettalji dwar it-tilqima jew it-testijiet li tkun għamlet il-persuna, iżda sempliċiment jimmarka jekk iċ- ċertifikat huwiex validu jew le. Dan sar ukoll bil-għan li l-Coronapas ikun jista' jintuża għas-safar. Il-Ġermanja: Ċertifikat tal-vaċċin sal-aħħar ta' Ġunju Il-Ġermanja wkoll se tintroduċi ċertifikat tal-vaċċin. Bħal fil-każ ta' Malta, il-Ġermanja se tkun qed tagħti dan iċ-ċertifikat lil dawk il-persuni li jkunu tlaqqmu kompletament kontra l-Covid-19. Bħalissa, il-Ġermanja qed tippreżenta 'ċertifikat' fuq kartuna safra, lil dawk il-persuni li jkunu tlaqqmu kompletament, iżda issa se tkun qed tipprepara dan iċ-ċertifikat b'mod diġitali wkoll. Dan iċ-ċertifikat se jkun jinkludi informazzjoni bħalma hija d-data li fiha persuna tkun tlaqqmet kompletament kontra l-Covid-19 u anke t-tip ta' vaċċin li tkun irċeviet. Dan se jkun jinkludi QR code għal kull persuna, liema QR code ikun jista' jiġi skenjat mill-operaturi liċenzjati. It- tir tal-Ġermanja huwa li ċ-ċertifikat ikun disponibbli mill-aħħar ta' Ġunju. Primarjament se jkun qed jintuża għas-safar, qabel ikun konkluż dak tal-Kummissjoni Ewropea. Sa issa ma ngħatawx dettalji dwar jekk dan iċ- ċertifikat hux se jintuża għal attivitajiet oħra. Madanakollu, ftit ftit, fl-aħħar ġimgħat, il-Ġermanja bdiet tiftaħ mill- ġdid is-settur kulturali. L-Iżrael kien l-ewwel li daħħal fis- seħħ il-Green Pass, biex persuni li jkunu ħadu t-tilqima kollha jkunu jistgħu jidħlu fi stabbilimenti, inkluż fir-ristoranti. L-Iżrael kien ukoll l-ew- wel pajjiż li waqqaf l-użu tiegħu għal raġunijiet domestiċi hekk kif mill-1 ta' Ġunju, tneħħew kważi r-restrizzjonijiet kollha. L-Iżraeljani issa ma għandhomx bżonn aktar prova li ħadu l-vaċċin biex jidħlu fi stabbilimenti. Tneħħew il-lim- itazzjonijiet fuq il-ħwienet u r-ristoran- ti, biex issa jistgħu idaħħlu nies skont kemm jesgħu. Il-Ministru għas-Saħħa Yuli Edelstein qal li sitt xhur wara li beda t-tilqim, l-Iżrael kellu l-aqwa programm fid-dinja u issa jista' jibda jgawdi mir-riżultati. L-uniku restrizz- jonijiet li se jibqgħu fis-seħħ huma l-il- bies tal-maskri fuq ġewwa, liema miżura, eventwalment, mistennija titneħħa wkoll fil-ġimgħat li ġejjin u anke l-kwarantina għal dawk il-persuni mhux imlaqqma u li jidħlu fil-pajjiż. Aktar minn 70% ta' dawk li għandhom 'il fuq minn 20 sena, issa huma mlaqqma kompletament. Iżrael: L-ewwel li daħħal il-Green Pass u l-ewwel li neħħa l-obbligu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021