Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 litteratura illum • IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jagħti tagħrif rigward skema ta' sussidji disponibbli minn żewġ entitajiet kulturali pubbliċi Franċiżi, voldieri s-Centre national du livre u l- Institut Français, għall-pubblikazzjonijiet ta' traduzzjonijiet f'ilsna barranin ta' xogħlijiet letterarji Frankofoni. Qabelxejn Saliba jagħti ħarsa ħafifa lejn id-diffikultajiet illi t-tradutturi u l-pubblikaturi spiss ikollhom iħabbtu buthom magħhom minħabba ċ-ċokon partikulari tas-suq Malti. Imbagħad jispjega l-kundizzjonijiet u r-regoli tal-fondi offruti minn dawn it-tnejn, bit-tama li t-tradutturi letterarji Maltin li jaħdmu bil-Franċiż jistgħallu kemm jistgħu minn dawn l-isekmi ġenerużi t'għajnuna. ta' xogħlijiet illi bħala regola din l-iskema ma tkoprix. Mitlub ukoll li t-testi-sors (għajr il-komiks u l-kotba għat-tfal) ikunu testi mhux mid-dominju pubbliku, maqluba għall-Malti b'mod dirett mill-Franċiż jonkella minn wieħed mill-ilsna ta' Franza, jinkludu mill-inqas 50% test apparagun mal-illustrazzjonijiet, stampati mill-pubblikatur lokali u mhux mit-traduttur innifsu b'minimu ta' 500 kopja (300 biss għall-poeżija u t-teatru), u diġà s-suġġett ta' kuntratt validu ta' trasferiment tad-drittijiet tal- awtur. F'kull waħda mit-tliet sessjonijiet annwali mnedija mis-CNL il-pubblikaturi lokali jistgħu jitlobu – dejjem tramite l-pubblikatur Franċiż – massimu t'għaxar għotjiet differenti. It-tressiq tat-talbiet għal din is- subvension tista' ssir biss online permezz ta' portal diġitali mfassal apposta mis-CNL biex jirreġistra u jilqa' dawn l-applikazzjonijiet. L-applikanti jintalbu jirreġistraw mal-portal u jtellgħu fih diversi dokumenti relevanti flimkien ma' tagħrif ieħor. Safrattant, il- membri tal-bord aġġudikattiv jiltaqgħu diversi drabi fis-sena. L-iskadenzi tat-tliet sessjonijiet annwali tat-tressiq tal-proposti tal-pubblikaturi jinsabu wkoll fit-taqsima relevanti tas-sit web taċ-Ċentru. Ma jiġux aċċettati proposti mibgħuta wara tmiem l-iskadenzi. Kull proposta jsirilha mill-inqas rapport espert wieħed illi mbagħad jitressaq lill-bord kompetenti bil-fini li iżjed tard il-membri tiegħu – fid-dawl tat-talbiet kollha mressqa lilu u l-pakkett baġitarju allokat għas- sessjoni inkwistjoni – l-opinjoni tagħhom dwar il-validità, il-livell, il-valur tagħha. Il-proġetti jiġu ġġudikati skont bosta kriterji, fosthom il-kwalità tat-test-sors, ir-rilevanza tat-traduzzjoni anke jekk ma tkunx l-ewwel waħda, id-diffikultà tal-proġett, il-kwalità tas-siltiet tradotti mressqa; il-politika editorjali tal-pubblikatur u l-istorja tar- rapporti professjonali tiegħu mal-pubblikaturi Franċiżi; ir- riskji kummerċjali meħudin mill-pubblikatur, l-għadd mistenni ta' kopji mitbugħa, ir- remunerazzjoni tat-tradutturi fl- isfond tal-prattiki kummerċjali ta' pajjiżhom, l-għajnuna pubblika diġà miksuba għall- proġett, u l-opinjoni tas-servizzi kulturali relevanti tal-Ambaxxata Franċiża fil-pajjiż tal-applikant. L-ammont mogħti lill- pubblikatur jinħadem abbażi tal-ispejjeż tat-traduzzjoni u jlaħħaq sa €35,000. Madankollu, ir-rata tal-kontribut tas-CNL ma tistax tkun inqas minn €500 jew inkella taqbeż l-40% jew is-60%, skont il-każ. F'xi każi eċċezzjoni tista' tilħaq is-70%. Iċ-Ċentru jirriżerva d-dritt li ma jgħaddix it-trasferiment tal- għotja lill-pubbliklatur kemm- il darba dan ma jippreżenta ebda prova ddokumentata b'mod formali li tixhed li jkun irremunera lit-traduttur skont il-ehim milħuq. Tajjeb li ninnota li jekk il-pubblikatur lokali jkun kiseb ukoll għajnuna finanzjarja simili għall-istess proġett mingħand entità oħra, iċ- Ċentru jista' jaġġusta l-ammont tal-għotja tiegħu skont iċ-ċifri diġà miksuba. Madankollu din il-kundizzjoni possibbli m'għandhiex iżżomm lura għalkollox lill-benefiċjarji tal- iskemi tal-KNK milli jittantaw japplikaw ukoll għal dan il-fond tas-CNL. Il-perjodu tal-validità tal- għajnuna mogħtija jiskadi fi żmien 24 xahar mid-data speċifikata fid-deċiżjoni tal- għotja jew inkella, f 'ċerti każi, mid-data tal-ehim iffirmat mas-Ċentru. Din l-iskadenza tista' tiġi estiża kemm-il darba ssir talba ġġustifikata mill-pubblikatur. Is-sussidju jingħata kollu f 'daqqa, voldieri f 'pagament wieħed biss, wara l-pubblikazzjoni tat-traduzzjoni fis-suq lokali. Sintendi, jekk il- proġett ma jilħaqx jitlesta jew inkella jitlesta wara din id-data l-għotja ma titħallasx. Ħlief f 'xi każi eċċezzjonali, is-soltu l-għotja titħallas lill-pubblikatur Franċiż (jew lill-aġent letterarju li jkun ressaq it-talba) illi mbagħad għandu jgħaddiha lill- pubblikatur lokali. Din l-isekma tas-Centre National du Livre kapaċi tgħin lill-pubblikaturi biex jifdu l-ispejjeż tal-proprjetà intellettwali msemmija qabel mingħand is-sidien tad-drittijiet tal-awtur ta' xogħlijiet letterarji Frakofoni li ma jinsabux fid- dominju pubbliku. F'dan ir-rigward għaldaqstant il- pubblikaturi u t-tradutturi jistgħu wkoll jidħlu f 'kuntatt ma' organizzazzjoni kulturali Franċiża maġġuri oħra, did-darba l-Institut Français, li sikwit toffri wkoll – f 'ħidma konġunta mas- CNL – skemi ta' xiri tad-drittijiet tal-awtur imfassla apposta għat-tixrid barrani ta' xogħlijiet letterarji Franċiżi tradotti f 'ilsna barranin. Għaldaqstant l-applikanti jagħmlu tajjeb ħafna jekk qabelxejn jiħu djalogu ma' dawn it-tnejn permezz tas- siti web uffiċjali tagħhom biex jitolbuhom iżjed tagħrif dwar il-possibbiltajiet ta' subvensions konġunti li joffru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021