Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 aħbarijiet €355,000 f'fondi mill-PA għal tliet proġetti ta' titjib urban fis-Swieqi u l-Mellieħa L-Awtorità tal-Ippjanar, permezz tal-Fond għall- Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF), iffirmat ehim mal-kunsilli lokali tas-Swieqi u l-Mellieħa biex tiffinanzja €355,000 għal tliet proġetti ta' titjib urban. Preżenti għaċ-ċerimonja tal- iffirmar kien hemm il-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar, Aaron Farrugia, iċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Fond għall-Iżvilupp, Perit Vincent Cassar, is-Sindku tas- Swieqi, Noel Muscat, u s-Sindku tal-Mellieħa, Dario Vella. Fil-lokalità tas-Swieqi, l-Awtorità se tkun qed tiffinanzja t-tisbiħ ta' Ġnien Esprit Barthet u l-inħawi tiegħu. Il-ġnien, li hu mdawwar bi Triq l-Iskud, Triq il-Barmil u Triq Ħabb il-Qamħ, li jinsab fin-naħa ta' fuq tal-Ibraġġ, mhux biss se jitkabbar, iżda se jsirlu wkoll pavimentar ġdid, xogħlijiet ta' tisbiħ, installazzjoni ta' għamara urbana, tagħmir għat-tfal u bankijiet. Il-proġett, li għalih il-Awtorità se tkun qed tiffinanzja qrib €153,000, se jinkludi wkoll titjib fl-immaniġġjar tat-traffiku madwar iż-żona tal-ġnien. It-tieni proġett li l-PA se tkun qed tiffinanzja fis-Swieqi huwa estensjoni ta' żewġ sulari fil-clubhouse ġewwa ġnien pubbliku biswit il-court tat-tennis fi Triq il-Ħemel. L-estensjoni, li għaliha l-PA qed tiffinanzja €80,000, se tipprovdi numru ta' organizzazzjonijiet sportivi u kulturali, li huma stabbiliti fil-lokalità, bi spazju għall-uffiċini tant meħtieġa, kmamar tal-laqgħat u kamra b'diversi skopijiet għal taħriġ, seminars u lekċers. Fil-lokalità tal-Mellieħa, il-PA se tkun qed tiffinanzja qrib €128,000 għal dawl aħjar fit-toroq. Id-disa' toroq li se jibbenefikaw minn dan il- proġett jinkludu Sqaq Nru 1 Triq il-Muna, Triq il-Barkazza, Triq iż-Żebbuġ, Triq il-Ġojjin, Triq il-Gardell, Triq il-Bufula, Triq il-Bilbla, Daħlet is-Sardinell u Daħlet id-Dalji. Id-disinn tal-fanali se jkun konform mal-karattru tal-lokalità tal-Mellieħa u jimminimizza t-tniġġis tad- dawl. Din hija t-tielet darba li l-PA qed tiffinanzja dawl fit-toroq f 'din il-lokalità, dawn ta' qabel kienu fi Triq il-Qortin u Triq Għajn Żejtuna. Perit Vincent Cassar, Chairperson tal-Kumitat tal- Fond għall-Iżvilupp qal "It- tliet proġetti, ladarba jitlestew, se jtejbu l-kwalità tal-ħajja u l-ambjent tal-għixien ġewwa l-lokalità. Il-lokalità tas-Swieqi kibret b'rata mgħaġġla ħafna matul dawn l-aħħar għaxar snin u allura l-ħtieġa għal investiment fi spazji rikreattivi aħjar u faċilitajiet komunitarji / sportivi, bħal proġetti li qed niffinanzjaw illum, se jservu biex itaffu l-pressjonijiet ta' żvilupp li jinsabu f 'din il-lokalità." Perit Cassar appella lill-kunsilli lokali, NGOs u għaqdiet oħra biex iressqu ideat ta' proġetti urbani ħodor. "Aħna ħerqana li niffinanzjaw proġetti lokali li għandhom fil-qalba tagħhom l-ekoloġija sostenibbli, is-saħħa tal- komunità u viżjoni għal suċċess fit-tul. Aħna irridu nħeġġu metodi ġodda ta' kif nistgħu nintroduċu ħdura fl-ambjent urban ta' Malta biex nippurifikaw l-arja, innaqqsu t-temperatura ambjentali u nsaħħu l-benesseri tal-komunità." Riċentement, il-kunsill lokali tas-Swieqi ffinalizza tliet proġetti oħra li kienu ffinanzjati mid-DPF. Dawn jinkludu l-installazzjoni ta' fencing tal-injam fil-Ġnien Pubbliku FX Ebejer u t-tisbiħ ta' Pjazza Uqija u żona li tgħaqqad Triq il-Franciż ma' Triq l-Ibraġġ. Fis-Swieqi se jkun qed isir tisbiħ ta' Ġnien Esprit Barthet u anke l-estensjoni ta' żewġ sulari fil-clubhouse ġewwa ġnien pubbliku biswit il-court tat- tennis, filwaqt li fil-Mellieħa se jsir proġett ta' dawl aħjar f'disa' toroq, fost oħrajn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021