Illum previous editions

ILLUM 6 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1380656

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 6 TA' ĠUNJU 2021 Carmel Bonnici Il-films animati tal-bidu ta' Disney (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet It-tieni film sħiħ animat ta' Disney kien Pinocchio (1940) li kien jinvolvi ammont tremend ta' xogħol u anki qam maż-żewġ miljun u nofs dollaru. Dan kien addattat mill-ktieb tal-awtur Taljan Carlo Collodi, dwar pupazz jismu Pinocchio li, b'imħabba kbira, kien imfassal mix-xwejjaħ Geppetto li jagħmel il-ġugarelli mill-injam. Mogħti l-ħajja mill-Blue Fairy, dan il-pupu jsir il-ħabib ta' Jiminy Cricket, grillu ckejken liebes kappell u ġlekk, li jsir qisu l-kuxjenza tiegħu. Din se tkun responsabilita' kbira għax l-innoċenti Pinocchio jkun imġiegħel jiskarta l-iskola minn żewġ viljakki rgħiba, jinħataf minn Stromboli, negozjant tal-pupazzi, jintbgħat lejn il- Gżira tal-Pjaċir (renju fantastiku fejn it- tfal jinbiddlu fi ħmir) u fl-aħħar jimbela' minn baliena mostru. Din il-produzzjoni kienet magħmula b'sengħa kbira, tiżvolġi b'mod ikkalkulat u edittjat tajjeb. Wara it li dan ix-xogħol beda jinħadem, Walt Disney ħass il-ħtieġa li jwarrab xogħol ta' diversi xhur li ma ssodisfaħx. Fl-Amerika Pinocchio ntlaqa' tajjeb, iżda fl-Ewropa mar ħażin għax in-nies minħabba li faqqgħet il-gwerra qagħdet lura mis-swali tad-divertiment. Wara, Disney sostna li teknikament u artistikament dan kien superjuri għal Snow White. Pinocchio baqa' joħroġ bosta drabi u sas-sena 1985 daħħal mal-$25 miljun. Il- kanzunetta When You Wish Upon A Star rebħet l-Oscar u saret is-"Signature Tune" ta' din il-kumpanija. Fl-istess sena ħareġ ukoll il-film Fantasia li, artistikament u kritikament, hu l-aktar xogħol ta' suċċess għal Disney. Fid-dħul tal-flus mar ħażin ferm, għax intwera fi it teatri biss u l-Ewropa kienet fl-eqqel tal-gwerra. Dan ix-xogħol kien kompost minn 8 sekwenzi animati, kull waħda tesibixxi biċċa mużika klassika. L-idea tal-film trabbiet meta Disney iltaqa' mal- konduttur tal-orkestra, Leopold Stokowski. Dan xtaq jikkonduċi s-sekwenza ta' Paul Dukas, e Sorcerer's Apprentice, li fiha l-protagonist kien Mickey Mouse, pero' spiċċa biex Stokowski, b'ħila kbira, ħa ħsieb tas-sekwenzi kollha. Din il-produzzjoni brillanti u nnovattiva tesplora varjeta ta' temi u ideat tekniċi artistiċi. Fantasia kien ippreżentat bil- proċess stereo Fantasound. Din it-teknika kienet użata biex tinforza l-esperjenza u billi kienet tiswa ħafna flus ma ġietx użata meta ħareġ il-film ma' kullimkien. Fiċ-ċerimonja tal-Academy Awards tal- 1941, it-tekniċi William Garity u John N. A.Hawkins, kif ukoll il-Kumpanija RCA rebħu diversi "ċertifikati". Wara l-gwerra, fl-1946, il-film kien irreklamat "Xejn bħalu fis-sema u l-art" u tassew qatt ma kien hawn film it-tip tiegħu. Fis-sena ta' wara u kull tant żmien fil-futur baqa' joħroġ ghall- wiri u anki jaqla'l-flus. Dumbo (1941) inħadem matul il-gwerra meta Disney kien moħħu f 'Bambi u s-swieq ta' barra l-Istati Uniti bdew jonqsu. L-eroj ta' dan il-film gustuż kien iljunfant b'widnejn enormi li l-iljunfanti l-oħra taċ- ċirklu kienu qed jirredikolawh. Imkeċċi, jkun Timothy - ġurdien żgħir - li jsir ħabibu. Flimkien, huma jbiddlu dan il- mankament ta' Dumbo f 'xi ħaġa profittabbli u spettakulari, hekk kif Dumbo jsir l-uniku iljunfant fid-dinja li kapaċi jtir meta jferfer widnejh. L-istorja hi sempliċi u hemm qiegħed il-ħlewwa tagħha. L-iljunfant ma jgħidx kelma waħda matul l-andament kollu. It-tpinġija tax-xenarju tispikka u hi waħda mill-aqwa ta' dan l-istudjo. Il- kanzunetta When I See An Elephant Fly hi kantata minn tliet ċawliet. Il-ħames film animat ta' Disney dam fil- produzzjoni ħames snin. Bambi (1942) fih l-aqwa animazzjoni tan-natura ta' kull film ta' Disney, bil-movimenti fluwidi fil- bosk tassew eċċellenti. Il-film juri x'jiġrilha Bambi, ċerva żgħira, li qed titrabba fil- foresta li tagħmel ħabiba ma' umper, il-fenek u annimali oħra sakemm jitfaċċja l-għadu tagħha – il-bniedem li jispara u joqtol lil ommha. Bambi għadu sal-preżent popolari ħafna mat-tfal u l-familji u sal- 1987 kien daħħal mat-28 muiljun dollari. Minħabba l-gwerra u nuqqas ta' konkorrenza, l-films Saludos Amigos (1943) u e ree Caballeros (1944) inħadmu għas-swieq tal-Amerika Latina fejn ma kienx hemm gwerra. Id-diskors li kien bassar Walt Disney qabel beda x-xogħol fuq Snow White, li l-futur tal- films cartoon hu li jkunu ta' tul normali qatt ma kien daqshekk profetiku daqs fil-preżent meta films ta' din ix-xorta, issa maħdumin bil-CGI (immaġini ġġenerati bil-computer) kapaċi jirrikrejaw mirakli fuq il-liżar il-kbir u flimkien ma' dawk tas-supereroj, jirrendu flus enormi - ġieli ssuperaw il-biljun dollaru. Għalkemm il-Kumpanija Disney għadha tirrenja f 'din l-isfera, l-aktar meta xtrat ukoll il-Pixar Animation Studio, kumpaniji oħrajn bħal DreamWorks, Blue Sky Studios (ta' 2Oth Century Fox – Disney), Illumination Sudios (ta' Universal Pictures), Sony Animation Studios, Warner Animation Studio (tal-Warner Bros.), Nickleodeon (imqassmin minn Paramount Pictures) u oħrajn barranin bħal Aardman (Renju Unit), Studio Ghibli (mill-Ġappun), eċċ, eċċ. wkoll qed ikollhom suċċessi qawwija. TMIEM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 June 2021