Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-istat tan-nazzjon Il-politika tal-letteratura u l-letteratura politika Jekk hiex fuq fomm kulħadd, għad irridu naraw, imma l-pjattaforma mnedija mill- President hija okkażjoni tad- deheb biex jinfetħu d-diskorsi. Ċans li l-intellettwali mistednin iridu jaħtfuh mhux għall-vanità temporanja tad- dehra pubblika, iżda biex jagħmlu l-ħoss f 'ambjent li, għax sponsorjat mill-poter, għandu l-limiti ta' xi jrid jisma'. Il- kittieb u l-artisti ddaħħlu wkoll, u fil-konferenza rajna żewġ faċċetti distinti tal-ilħna tas- settur. Tkellmu bi prominenza sew Immanuel Mifsud, kittieb prolifiku li tul is-snin beda riesaq lejn ir-rwol ta' formulatur rispettat tal-kuxjenza moderna tan-nazzjon, u r-relattivament emerġenti Aleks Farrugia, li kien ilu jżiġġ fix-xena għal bosta snin, imma li issa beda jitfittex b'regolarità għal fehmietu. Kittieba li għandhom ħafna xi jgħidu, u li jwassluh ukoll b'suriet alternattivi għal kif imdorri jseħħ id-diskors f 'Malta. Bejniethom, jaf ukoll jaqtgħu d-differenza tipika, mhux neċessarjament dik binarja tas-soltu, ta' kif tingħex l-espressjoni f 'pajjiżna. Mifsud li xogħlu bilfors jieħdu għall-iżvilupp ta' ħsieb politiku, dejjem indipendenti u kritiku tal-poter, sew dak tal-gvernijiet tal-ġurnata sew l-artikolazzjoni aktar pervażiva tiegħu fil-ħajja ta' kuljum. Farrugia b'viżjoni essenzjalment xellugija u anki klassista li tinħass bħala nifs ġdid għall-analiżi, minkejja li tibqa' titnikker sensazzjoni ta' lġiem minħabba l-qrubija ambigwa tiegħu mal-Partit Laburista. Żewġ kittieba li kienu wkoll protagonisti tal-aħħar Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Bħala wieħed mill-ġurati għall- kategorija tan-novelli, stajt nara dan ix-xenarju fil-mument tal-għażla tar-rebbieħ minn bejn dawn iż-żewġ awturi li konna wasalna għalihom wara l-proċess tat-tnaqqir tal- lista l-qasira. Mifsud jaf kien il-favorit nett, minn qabel sew, foregone conclusion u ħu l-fama... Kien ukoll l-ewwel ktieb minn dawk magħżula li kont ili li qrajtu malli ħareġ, u ġa kelli r-riżervi tiegħi dwaru, u l-feġġ ta' Farrugia serva, jekk mhux ta' kontrapiż, bħala alternattiva sorprendenti li introduċiet diskors mod ieħor u li seta' tassew jiġġenera skontru ta' ideat u viżjonijiet. Ir-rebħa ta' Farrugia kellha żewġ togħmiet: id-dehra ta' proġett intelliġenti u maħdum bir-reqqa, kif mixhud mill-vjaġġ ironiku tul il-waqtiet ewlenin tal-istorja ta' Malta f 'Għall- Glorja tal-Patrija! (SKS, 2020), imma wkoll in-nuqqasijiet ta' L-Aqwa Żmien (KMM, 2020) ta' Mifsud. Li hemm komuni fiż- żewġ ġabriet huwa l-intenzjoni għal xogħol organiku aktar milli antoloġija ta' novelli mlaqqa' flimkien biex jagħmlu volum. Tul ix-xogħlijiet, jgħaddi fil kostanti li donnu jwassal is- sodisfazzjon għall-qarrejja bl-istess effett tat-taħlila jew l-għeluq xieraq ta' rumanz. Il- ktieb ta' Mifsud jaf madankollu kien vittma tas-suċċess mixtieq għalih, ippumpjat kif kien mill-pubbliċità li straħet fuq l-ironija tal-islogan sinonimu ma' Joseph Muscat u l-istqarrijiet promozzjonali minn kummentaturi varji. Imsejjes fuq il-ħdim letterarju ta' ġrajjiet reċenti li xxukkjaw lil bosta, fosthom il-qtil ta' Lassana Cisse u l-fatt kurjuż ta' l-Amerikana ssuttata bil- bajd waqt bachelor's party, l-intenzjoni hija ċara, imma f 'dan il-każ, titlu ma jagħmilx ktieb. Jista' jkun ukoll li l-interpretazzjoni u t-tgawdija jiġu kkundizzjonati anki minn dak kollu li jseħħ lil hinn mill-paġni. Minkejja s-sengħa evidenti ta' Mifsud, li anki jorbot dawn iż-żewġ aħbarijiet b'mod narrattiv minn novella għal oħra sakemm anki jagħtu t-tmiem lill-ġabra, għandna elenku tas- sintomi tal-marda tan-nazzjon, iżda qatt ma naslu sewwa għall- qofol ta' dan il-kankru. Il-vakwità ta' slogan elettorali tagħmilha faċli l-konnessjoni immedjata, imma Mifsud donnu jieqaf ma' deskrizzjoni ta' mumenti x'aktarx emblematiċi ta' kif qed tiżviluppa l-kontemporanjetà Maltija – forsi anki fis-sens ta' red flags – li madankollu ma jirnexxiliex toħroġ b'qawwa l-kwalità tal-vjolenza tagħhom, u r-rabta li donnu qed jiġi ssuġġerit li għandhom ma' xi forma ta' poter li tippermetti l-propagazzjoni u saħansitra n-normalizzazzjoni tagħhom. Kieku ma kienx għat-titlu, stil instant book miktub għall- okkażjoni f 'dawk il-mumenti fejn l-istorja tassew tinħass li qed tingħex, x'seta' baqa' minn dan il-ktieb? Spiss il-kwadretti ta' Mifsud għandhom laqta patetika li mhix tipika tal-awtur, bi djalogi li jafu jkunu zopop quddiem l-għarfien li ġa għandu l-qarrej tal-qilla ta' dawn is- sitwazzjonijiet speċifiċi. Anki t-tendenza għal-liriċizzazzjoni, dik l-awra poetika li tfittex xi ħjiel ta' sentiment anki fl- atroċità ovvja, tissogra ġġib ir-rakkont innokwu: sempliċi riproduzzjoni riflessiva, jew inkella rinterpretazzjoni fejn il-finzjoni għaliha nnifisha tispiċċa tidilwixxi l-veru u l-implikazzjonijiet reali tiegħu. Huwa realiżmu li narah ifalli did-darba għaliex ma jasalx għall-qalba tal-kwistjoni u għal analiżi aktar profonda ta' minn fejn ġejja din l-iskumdità li qiegħda tinfirex b'rati diversi f 'kull livell tal-komunitajiet tagħna. Realiżmu, wkoll, li irid jaħdem mhux biss bħala mera jew lenti. It-traġiċità tal-vjolenza tal- kronaka titlob analiżi tal-poter u tas-sitwazzjonijiet materjali li jippermettulha tinbet, imma anki stħarriġ tal-vjolenza fiha nnifisha, li tagħti anki x'tifhem li għandha għeruq kulturali. Bi tqabbil, novella klassika bħal mhi Il-Baqta ta' Henry Holland, li x'aktarx hija l-akbar xogħol Malti mill-ftit li ttrattaw il- vjolenza, jirnexxielha tidħol tassew fil-qalba ta' qilla profonda u endemika intrinsikament marbuta mal-klassi u saffi partikolari tas-soċjetà li l-kittieba Maltin spiss ma jafux eżatt kif jaffrontawhom. Is-saħħa ta' Mifsud tibqa', fl- aħħar mill-aħħar, il-liriċiżmu: il-kittieb li kapaċi jħares lejn Immanuel Mifsud

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021