Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 opinjoni illum • Il-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 A ktar kmieni din il- ġimgħa, il-Partit Nazz- jonalista nieda l-ewwel sett ta' proposti tiegħu dwar is-saħħa mentali, frott ta' ħafna studju, riċerka u xogħol ta' ħafna persuni fosthom psik- jatri, tobba, nurses, akkademiċi, persuni bi sfidi fis-saħħa mentali, deputati u kandidati. Il-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ li hemm bżonn ta' investiment qawwi fis-saħħa mentali għaliex is-saħħa mentali hija importanti f 'kull stadju tal-ħajja tal-bniedem– mit- tfulija, ż-żgħożija, il-ħajja adulta sal-anzjanità. Huwa prijorità għas-saħħa pubblika għaliex kull investiment li jsir fis-saħħa mentali definittivament iwassal ukoll għal titjib sostanzjali fis-saħħa tal-popolazzjoni. U allura jekk ma nimpenjawx ruħna serjament biex inżidu l-investiment fis-saħħa mentali issa, se jkollna konsegwenzi koroh 'il quddiem mifruxa ħafna partikolarment fl-oqsma soċjali, ekonomiċi u tas-saħħa ta' pajjiżna. Sfortunament, numru ta' riformi fil-qasam tas-saħħa mentali tpoġġew fuq l-ixkaffa għal żmien twil u kien għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ħass li għandu jagħmel dawn l-ewwel disa' proposti dwar is-saħħa mentali. Dawn il-proposti huma msejsa fuq tlett prinċipji partikolari. L-ewwel u qabel kollox, li nneħħu darba għal dejjem l-istigma li teżisti dwar is-saħħa mentali. Id-domanda hija kważi waħda ovvja. Għaliex sa llum persuna tħossha komdu titkellem fuq is-saħħa fiżika tagħha iżda mhux fuq is-saħħa mentali tagħha? Għaliex sa llum dan il-Gvern jagħti aktar importanza lis-saħħa fiżika u warrab fil-ġenb is-saħħa mentali? Għaliex il-pazjenti f 'Mater Dei jingħataw servizz aħjar mill-pazjenti li qegħdin rikoverati fl-Isptar Monte Karmeli li sfortunament jgħixu f 'kundizzjonijiet prekarji? Tibda tneħħi din l-istigma u din id-distinzjoni bejn saħħa fiżika u saħħa mentali billi jingħalaq l-isptar Monte Karmeli u jinfetah sptar ġdid speċjalizzat fil-viċinanzi tal-Isptar Mater Dei u li jibda joffri l-aqwa kura għas-saħħa mentali b'xejn għal kulħadd. Dan hu dak li qiegħed jipproponi l-Partit Nazzjonalista. Minbarra hekk, din id- distinzjoni tkompli titkisser billi noħolqu Emergency Psychiatry Team/Crisis Resolution Team fid-dipartiment tal-emerġenza ta' Mater Dei li jkun ta' l-ewwel għajnuna fil-mument kruċjali, ta' kriżi għal pazjent li jiddaħħal ġewwa l-emerġenza. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi li jitwaqqaf dan it-Team li jkun magħmul minn professjonisti varji fis-saħħa mentali inkluż tobba fil- psikjatrija, mental health nurses, social workers u psikologi fost l-oħrajn. Dan għandu jopera 24 siegħa kuljum bħalma illum jopera l-emerġenza ta' Mater Dei. Il-Partit Nazzjonalista mhux talli qed jagħmel il-proposta għal sptar speċjalizzat imma għandu pjan diġà ta' kif ser ikun qed jopera dan l-isptar. Huwa għalhekk li qiegħed jipproponi li jintroduċi wkoll Mental Health Emergency Observation Unit fl-isptar il-ġdid, liema observation unit jaf jagħmel id-differenza bejn ħajja u mewt. Il-Partit Nazzjonalista qiegħed joffri strateġija komprensiva li bla dubju se twassal għal kura aktar veloċi u mmedjata waqt li tipprevjeni l-waqfien kmieni tal-kura. Din l-istigma nistgħu nibdew negħlbuha billi jkollna kampanja edukattiva qawwija dwar is- saħħa mentali u s-servizzi marbutin magħha. Hekk qiegħed jipproponi l-Partit Nazzjonalista. It-tieni prinċipju li mexa fuqu l-Partit Nazzjonalista meta ġie biex jagħmel dawn il-proposti kien li jespandi is-servizzi tas- saħħa mentali fil-komunità. Hu dritt tal-pazjent li jingħata servizz ta' psikjatrija fil-komunità. Nemmnu ukoll li fil-kura tas- saħħa mentali tista' tkun aktar effiċjenti u tilħaq aktar lill-pazjent u tikseb riżultati jekk nagħtu dan is-servizz multi-dixxiplinarju fil-komunità. U huwa ghalhekk li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi li jespandi s-servizz ta' psikjatrija fil-komunità permezz ta' iktar speċjalisti u social workers u iktar ċentri tas-servizzi tas-saħħa mentali, speċjalment f 'Ċentri tas-Saħħa diġà eżistenti. Huwa ghalhekk ukoll li qegħdin nipproponu li noffru programmi ta' tagħrif fis-saħħa mentali lit- tobba tal-familja u jalloka fondi għall-iscreening u dan sabiex inneħħu l-pressjoni minn fuq is-sistema nazzjonali u nnaqqsu l-waiting lists. Huwa għalhekk li qed nikkommettu ruħna li nihu Day Centres li jilħqu l-catchment areas kollha biex jilqgħu fihom persuni li ma jkunux jistgħu jaħdmu jew tilfu xogħolhom u jagħtuhom ħiliet ġodda. Huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qed jintroduċi wkoll sistema ta' sheltered housing li jippermettu persuni bi sfidi fis-saħħa mentali li jgħixu fil-komunità waqt li jkollhom sistema sigura ta' appoġġ minn professjonisti. It-tielet prinċipju li mexa fuqu l-Partit Nazzjonalista kien li jara li persuni affettwati u allura l-persuni li għandhom sfidi ta' saħħa mentali u l-familjari tagħhom kif ukoll l-NGOs jingħataw widen u jkunu parteċipi fid-deċiżjonijiet li jittieħdu dwarhom. Huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi li noħolqu sistema ta' konsultazzjoni attiva mas-service users u l-NGOs dwar proġetti f 'dan il-qasam. Huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi li jagħti aktar risorzi lill-Uffiċċju tal-Kummissarju dwar is-Saħħa Mentali għaliex tabilħaqq jixtieq li l-persuni li jagħmlu użu minn dawn l-Uffiċċju jingħataw l-aqwa servizz u jkunu jistgħu verament jiġġieldu għad- drittijiet tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jagħti l-aqwa u l-aħjar anke fis-servizz tas- saħħa mentali. Ghall-Partit Nazzjonalista, is-saħħa mentali hi prijorità assoluta, għaliex għall- Partit Nazzjonalista ma hemmx saħħa mingħajr saħħa mentali. Paula Mifsud Bonnici Is-saħħa mentali tiegħek prijorità għalina Paula Mifsud Bonnici hija membru tal-Cluster tal-PN għas-Saħħa u kandidata fuq l-Ewwel Distrett

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021