Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 • illum 'It-tieni interconnector huwa neċessarju biex inlaħħqu mad-domanda li żdiedet u li se tkompli tiżdied' YENDRICK CIOFFI Din il-ġimgħa, il-Gvern ħabbar li b'investiment ta' €170 miljun se jkun qed jibni t-tieni interconnector, bil-għan li tissaħħaħ ir-rabta ta' Malta mal-kontinent Ewropew, tirdoppja l-konnettività tiegħu mal-grid Ewropea tal- enerġija u ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista. Il-gvern diġà kien ħejja l-infrastruttura tat-tieni interconnector meta sar ix-xogħol fuq l-ewwel wieħed. Dawn jinkludu r-reactor u l-bażi għal switchgear f 'Ragusa u l-iswitchgear u l-kontrolli f 'Malta. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- Ministru responsabbli mill-Enerġija, Miriam Dalli u staqsietha, fost l-oħrajn għaliex Malta se jkollha bżonn interconnector ieħor meta għadha kemm bniet powerstation ġdida. Għalfejn għandna bżonn Interconnector ieħor meta għadna kemm bnejna powerstation ġdida? Id-domanda għall-enerġija elettrika ilha tiżdied b'mod konsistenti f 'dawn l-aħħar għaxar snin. B'mod partikolari bejn l-2014 u l-2019 id-domanda żdiedet b'madwar 21% hekk kif rajna tkabbir ekonomiku qawwi. Wara t-tnaqqis żgħir li nħass is-sena l-oħra minħabba l-pandemija, il-previżjonijiet juru li sas-sena 2025, id-domanda se terġa' tiżdied b'21% oħra. Apparti li hu mistenni li jerġa' jaqbad sew it-tkabbir ekonomiku, se jkun hemm kontributuri ġodda għaż-żieda fid-domanda. Irridu nkunu kapaċi nservu kemm l-eluf ta' vetturi elettriċi li se jidħlu fit-toroq tagħna, kif ukoll l-enerġija li hemm bżonn għall-vapuri li se jitqabbdu mal-grid mix-xatt. Dan ifisser li filwaqt li l-powerstation il-ġdida serviet l-aktar biex setgħu intfew l-impjanti tal-Marsa u Delimara li kienu jaħdmu biż-żejt, dan it-tieni Interconnector se jkun qed ikopri ż-żieda fid-domanda u jtejjeb is-security of supply. Sa it xhur ilu, il-Partit Nazzjonalista kien qed idoqq id-diska li l-powerstation tal-gass ma kienx hemm bżonnha. Issa li nduna kemm kien żbaljat, bidel l-argument u qed jerġa' jdaħħal id-dubju dwar il-ħtieġa tat-tieni interconnector. Wieħed jista' jiem li l-PN kien imdorri b'ekonomija dejjem tiċkien u jsibha bi tqila biex jiem ir-relazzjoni tat-tkabbir ekonomiku mad-domanda għall-enerġija. Fl-erbatax-il sena bejn l-1998 u l-2012 ma sar l-ebda investiment fil-ġenerazzjoni. Ir-riżultat kien l-agħar politika f 'dan il-qasam li biha baqgħet taħdem il-powerstation tal-Marsa, baqa' jaħdem l-impjant taż-żejt f 'Delimara u żdiedu l-kontijiet b'mod esaġerat. Iktar minn hekk, meta ġie biex jiddeċiedi dwar l-impjant li kien imiss, reġa' wikka lil pajjiż b'impjant ieħor tal-Heavy Fuel Oil. Kellu jkun Gvern Laburista li kkonverta dan l-impjant biex illum qed jaħdem bil-gass. Ma setax inbena mill-ewwel impjant akbar fl-2015? Ma kienx ikun għaqli li wieħed jibni powerstation ikbar minn dik li nbniet. Dan għaliex, kieku għamilna hekk, f 'waqtiet meta d-domanda tkun baxxa, kien ikollna powerstation kbira ħafna li tkun qed topera bi produzzjoni baxxa. Ir-riżultat kien ikun li jkollna impjant jopera b'mod ineffiċjenti u b'hekk kienet togħla l-ispiża tal- produzzjoni. Dan ma kienx ikun fl-interess tal-konsumaturi. Apparti dan, mhux għaqli li l-pajjiż ikun jiddependi fuq impjant wieħed li jkun ikopri d-domanda waħdu. Dan sabiex meta jkun mitfi minħabba xi ħsara jew għall- manutenzjoni, nkunu nistgħu xorta nilħqu mad-domanda tal-elettriku u nassiguraw security of supply. Il-politika tal-Gvern Laburista favur id-diversità ta' sorsi tassigura li l-pajjiż qatt ma jiġi għarkubbtejh minħabba li ma jkunx jista' jlaħħaq mad-domanda għall-enerġija. Għaliex il-Gvern għażel Inteconnector ieħor u mhux impjant ieħor tal-gass? Bis-saħħa tad-deċiżjonijiet li ttieħdu minn dan il-Gvern, bħalissa diġà għandna żewġ impjanti li jaħdmu bil-gass. Bejn l-2016 u 2017, l-impjant tal-BWSC li kien inxtara biex jaħdem biż-żejt ġie kkonvertit u beda jaħdem bil-gass. Dan kapaċi jforni madwar 150MW ta' elettriku. Fl-istess żmien ibena wkoll l-impjant tal- Electrogas li jforni 200MW oħra, li wkoll ġejjin mill-gass. Jiġifieri t-total tal-qawwa tal- enerġija mill-gass hija ta' 350MW. Mill-banda l-oħra, bħalissa għandna Interconnector wieħed biss ta' 200MW. B'hekk, meta jinbena t-tieni wieħed, se jkun hemm kapaċità totali ta' 400MW. Min jargumenta li m'għandniex bżonn iktar sorsi ta' enerġija jkun qed jara sal-ponta ta' mnieħru. Dan għaliex dejjem trid taħseb għal meta jkollok xi impjant li għal xi raġuni jew oħra ma jkunx qed jopera. Hawnwhekk ukoll jidħol l-argument tas- security of supply. Dan il-prinċipju jitlob li wieħed dejjem jara li jiddiversifika s-sorsi tiegħu, li ma jiddependix fuq impjant wieħed jew teknoloġija waħda biss. Għalhekk, l-għażla naturali li jmiss biex tlaħħaq maż-żieda prevista fid-domanda hija li tirdoppja l-kapaċità tal-importazzjoni billi jinbena Interconnector ieħor. B'hekk inkunu wkoll qed nibbilanċjaw is-sorsi u nħallu l-għażliet tagħna miuħin. L-Interconnector se jgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet? Mhux aħjar investejna fl- irdieden fuq il-baħar jew l-enerġija li ġejja mix-xemx? Waħda mill-ambizzjonijiet ewlenin ta' pajjiżna hi li nkomplu nżidu l-enerġija nadifa u li niddekarboniżżaw is-settur tal-elettriku. Irridu nkomplu nżidu l-pannelli fuq is-soqfa tagħna. Imma nafu wkoll li maż-żmien se nilħqu limitu f 'dan il-qasam. Biex inkomplu nżidu l-ammont tal-enerġija rinovabbli rridu nħarsu lejn proġetti fuq skala kbira, bħalma huma dawk ta' rdieden u pannelli fuq il-baħar. Nafu li kemm l-enerġija mir-riħ kif ukoll dik mix-xemx, ivarjaw fl-ammonti li jipproduċu minn ħin għal ieħor. Iktar ma jkunu kbar, ikbar tkun il-varjabilità. Irid ikollna grid b'saħħitha tant, li meta jonqos l-ammont ta' enerġija minn dawn l-impjanti l-kbar, tkun tista' tikkompensa għal dan iċ- ċaqlieq biex il-konsumatur jibqa' moqdi l-ħin kollu mingħajr waqfien. It-tieni Interconnector se jkun qed isaħħaħ il-grid b'rabta iktar b'saħħitha mal-grid Ewropew. B'hekk, il-grid tagħna tkun tiflaħ tieħu aktar enerġija rinovabbli, anki fuq skala kbira. L-effett finali se jkun jippermetti tnaqqis fl-emissjonijiet li jlaħħaq mal-58%. Iktar minn hekk, meta jkun hemm drabi fejn pajjiżna jipproduċi aktar milli meħtieġ, per eżempju fi ġranet meta d-domanda interna tkun baxxa u l-ġenerazzjoni rinovabbli tkun qawwija, l-Interconnector se joffri żvog ġdid lill-grid tagħna billi nkunu nistgħu nesportaw l-enerġija żejda mingħajr ma nġiegħlu lil dawn l-impjanti biex inaqqsu l-output tagħhom jew saħansitra jitfu għal kollox. B'dan il-mod nassiguraw li l-enerġija rinovabbli ma tkunx qed tinħela. Għaliex għandna bżonn interconnector ieħor meta għadna kemm bnejna powerstation? Ma stajnix bnejna mill-ewwel impjant akbar fl-2015? U t-tieni interconnector se jgħin biex jonqsu l-emmissjonijiet Miriam Dalli Biex inkomplu nżidu l-ammont tal-enerġija rinovabbli rridu nħarsu lejn proġetti fuq skala kbira, bħalma huma dawk ta' rdieden u pannelli fuq il-baħar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021