Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-utli u l-ħelu Sbieħ il-Ħadd kont sibtu l-ajruport, u x'aktarx ma kontx niltaqa' miegħu mod ieħor. F'dak il-mument fejn tkun insejt iġġib x'taqra għal fuq l-ajruplan, jew inkella trid toqtol siegħa qabel l-imbark, f 'dan l-ispazju tal-kotba dejjem jirnexxieli nistad xi ħaġa mhux mistennija. Tant li kien dan il-ktieb li faqqasli l-ewwel ħajra biex xi darba nibda nikteb ir- reċensjonijiet. Sad-disgħinijet, niftakar xi għaxar ħwienet tal-kotba l-Belt, kollha bl-identità partikolari tagħhom. Sapienza ta' Triq ir- Repubblika kienu mbagħad librara primi li tlifnih it-tip tagħhom: isiru jafuk u x'taqra, jissuġġerulek titli ġodda, u dejjem b'impjegati jafu x'qed ibigħu. Kollha għalqu llum, bi skerz tas-suq li għadni ma fhimtux imma li x'aktarx għandu spjega mill-aktar ovvji li forsi ma rridx nifhimha, u l-kotba llum tixtrihom, fil-biċċa l-kbira, mingħand bejjiegħ wieħed biss. Offerta xotta li ssir aktar problematika meta l-bejjiegħ, minkejja li b'xi mod imkisser fil- kotba, iħaddem mudell fejn il- ħanut donnu aktar moħħu jbigħ ħwejjeġ oħra li jattiraw klijenti li mhux bilfors interessati fil- ktieb. U x'aktarx ma jixtruhx. Il- ħaddiema, anki minħabba l-kundizzjonijiet iddettati minn dan il-mudell partikolari, qajla jafuh il-ktieb, bla ebda ħtija tagħhom. Il-ktieb bħala kommodità oħra, u li kull ma teħtieġ intermedjarju bażiku li jipproċessa t-transazzjoni. Id-dinja tal-kotba nbidlet, m'għandniex xi ngħidu, anki bil-possibiltajiet online, u speċjalment dan l-aħħar. Ma tantx għadni nfittxu fil-ħwienet il-ktieb. Anki għax inbidlet l-esperjenza, speċjalment għall-qarrejja regolari, ta' kif jakkwistaw ktieb u saħansitra ta' kif isiru jafu bih. 'Sapienza', kif bqajt insejjaħlu, u li issa xorta jbigħ il-kotba taħt sid u isem ieħor, għadu l-istess toqba dejqa, imma fiż-żmien kien jinħass ikbar, minkejja t-tisrip qalb in- nies kokka jqallbu fl-ixkafef jew xi parruċċan bilqiegħda jaqra ħafna u ma jixtri qatt. Kont tħossok dħalt tassew f 'dar il-kotba, taqsam eċitat ma' wieħed mill-aħwa sidien il- meravilja ta' ktieb li ma tlaqtux minn idejk, u taħbat, tista' tgħid dejjem, f 'qarrejja ħbieb. Rifugju. Mhux tal-midinbin, imma daż-żmien, bħala qarrej tħossok qed tpatti għal xi għemil malli tidħol f 'dawn il-ħwienet. Il-qarrejja jafuhom il-ħwienet tal-kotba, kif għandhom jinħassu, kif għandek tħossok ġo fihom. Jafu li m'għandekx tħoss sens ta' għaġla qisek qed tagħmel xirja oħra biex taqtagħha mil-lista. Jiddejqu tikka żgur li qabel ma jħallsu, se jipproponulhom biċċtejn ċikkulata nofs prezz. U l-agħar, Computer says No: il-ktieb li tlabt għalih ma jkollhomx, u mhux għax jafu li m'għandhomx, u allura lesti jordnawhulek, bħal dak li qallu li ma stajtx ordnajtu int minnufih. Biex ġej? Għax inħoss li ironikament il-ħanut tal- ajruport immexxi mill-istess kumpanija huwa l-aħħar fdal ta' xorta ta' esperjenza ta' żjara lill- kotba. Minkejja l-ħamba kollha tan- nies ġejja u sejra u t-tħabbiriet tat-titjiriet, diż-żona ddurha mingħajr stennija u pretensjoni, sempliċement għax imneżża' mill-awra tal-ħanut klassiku. Tassumi mill-ewwel li ta' wara l-bank xogħolhom mhux li jtuk parir dwar xi jmissek taqra, u allura tispiċċa int mal-ixkafef, daqslikieku inzertajt quddiem vetrina ħelu ssejjaħlek tagħżel minnha. Sempliċement roqgħa kkonfinata kemm hemm bżonn, imma rifuġju, mill-ġdid, did- darba mit-tlellix tad-duty-free, tad-ditti u tad-dmir tax-xiri għax-xiri. Il-ħlewwa tal-ktieb ta' Alex Mizzi, li bdejt ingawdiha jien u nistenna l-ajruplan, baqgħet miegħi tul it-titjira, fejn ħassejtni ġarrejt miegħi xi ħaġa tassew Maltija, mhux ikkonfezzjonata bħall-prodotti tradizzjonali li kontinwament jiġu vvintati biex it-turisti jieħdu lura d-dar togħma 'awtentika' u 'ġenwina' ta' pajjiżna. Sbieħ il-Ħadd m'għandux it- togħma sfurzata ta' likuri morri maħluqa minn xejn storiku, jew inkella l-ħwawar żejda u aljeni li ma jiqfux ifaqqsu fuq il-ġbejna fqajra tagħna. Letteratura li tammetti n-nuqqas ta' pretensjoni, saħansitra qabel ma tibda, fejn id-daħla tal-awtur tispjega li minkejja l-proġett tiegħu hu biex jidħol f 'ruħ in-nies u jikkataloga dinja li qed jaraha tinbidel malajr (u forsi wisq), dawn jafu wkoll ikun stejjer "għal min ma jridx jaħseb wisq". Lil hinn minn umiltà falza min-naħa tal- awtur, donnu hemm l-għarfien li għad hemm post għal kitba li saħħitha tistrieħ fuq il- ħlewwa u s-sempliċità, u li tista' tħalli effett fuq il-qarrej mingħajr ix-xinxilli żejda tat- teknika jew inkella l-isfruttament imtaqqal ta' tematiċi kbar f 'ġieħ il- passa tal-ħsieb għaddejja dak il-ħin. Ħila fiha nnifisha, l-għażla li tikteb dwar li taf b'onestà u li ttella' l-poetiċità anki mill- aktar realtajiet prożajċi u inkonsegwenzjali tal- ħajja ta' kuljum. Xogħol in-novella, wara kollox, li sikwit tagħfas fuq realtajiet dojoq b'nies komunissimi u spiss ġrajjiet inkonsegwenzjali. Il-kitba ħelwa u mexxejja, daż-żewġ aġġettivi li spiss inroxxuhom kif ġie ġie għal meta ma nkunux nafu ngħidu mod ieħor, spiss nassoċjawha ma' kitba timida, newtrali jew moralistika li tibqa' fil-wiċċ tal-affarijiet u li tant tippersisti f 'diversi espressjonijiet kulturali tagħna. Iżda 'storja ħelwa', dik id-definizzjoni li donna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021