Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126
06 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 • illum 'Hemm strateġija ċara għar-rilaxx ... imma hemm irtokki li jistgħu jsiru biex l-operaturi jaħdmu aħjar' Jekk il-każi baqgħu baxxi għaliex se nibqgħu bir-restrizzjonijiet? L-ILLUM titkellem mad-Deputat President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, Philip Fenech YENDRICK CIOFFI Id-Deputat President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, Philip Fenech, saħaq mal- gazzetta ILLUM li l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom strateġija u pjan ta' kif qed jirrilaxxaw il- miżuri livell wara l-ieħor, bil- għan li kull rilaxx ikun eżaminat. Minkejja dan saħaq li hemm irtokki li jistgħu jsiru bil-għan li jonqsu "diskrepanzi" u jkunu mgħejjuna aktar l-operaturi li jaħdmu fis-setturi tal-ospitalità u d-divertiment. L-ILLUM imxiet ma' Fenech pass pass, fid-dawl tal-kritika li qed issir, għax bil-miżuri li tħabbru, inkluż għax-xahar ta' Lulju, hemm stabbilimenti li it li xejn jistgħu joperaw u oħrajn li saħansitra se jibqgħu magħluqa. Appella biex wieħed iħares dejjem lejn l-istampa l-wiesgħa. Fakkar li l-industrija tad-divertiment hija bbażata fuq l-intimità soċjali. "DJs u bands ma ġġibhomx biex iraqqdu lin-nies. Iġġibhom biex iqajmu l-atmosfera u jġiegħlu lin-nies iqumu u jiżfnu," insista Fenech. Kien hawn li saħaq li hemm strateġija ċara, jiġifieri livelli differenti ta' attivitajiet li jġibu n-nies flimkien u li qed jinfetħu pass pass, biex il-ġemgħa tan-nies tiżdied it it. "L-ewwel aħna r-ristoranti sal- ħamsa. Kien hemm min qalilna: mela l-virus joħroġ wara l-ħamsa? Ma imt xejn. Għax f 'dak il-ħin l-attività tkun minima. Filgħaxija n-nies jixorbu aktar. Rajna li ma ġara xejn, mela aħna sa nofsilejl. Bqajna tajjeb u aħna l-bars," saħaq Fenech. 'Għax 2,000 jiksru r-regolamenti se niftħu kollox biex jinġabru 30,000?' Kien hawn li l-gazzetta ILLUM staqsietu jekk jaqbilx li r-ristoranti u l-bars jibqgħu bil-limitu sa nofsilejl. Kif jingħalaq bar, in-nies mhux qed imorru d-dar u qed jinġabru fuq il- bajjiet u fid-djar. Fenech fakkar li bħalissa l-istabbilimenti mhux jaħdmu bil- kapaċità massima, hemm protokolli ċari u anke l-mużika ma tistax tkun aktar m i n n 70dB biex ma tinħoloqx dik l-atmosfera li tqajjem lin-nies bilwieqfa u ġġibhom flimkien. Dwar nies li qed jinġabru fuq il- bajjiet wara nofsilejl, Fenech saħaq li mhuwiex minnu li mhux qed ikun hemm infurzar. Qal li l-Pulizija qed iferrqu lin-nies kontinwament biex jibqgħu fi gruppi ta' sitta u anke biex ibaxxu mużika fejn ikun hemm bżonn. Min ma jikkoperax qed jaqla' wkoll multi. "Qed jagħmlu li jistgħu. X'se ngħidu aktar? Ma jistgħux jiltaqgħu gruppi fuq il-bajjiet?" staqsa Fenech. Apparti minn hekk insista li n-nies qed jinġabru fi it postijiet, fosthom il-Bajja ta' San Ġorġ, l-Exiles, wara l-Hilton u xi postijiet oħra. "Se nneffaħ in-numri. Ikollok 200 ruħ fuq erba' bajjiet u 70 ruħ f 'każin ikantaw. B'kollox ikollok 2,000 persuna u wħud jiksru r-regolament. Imma jekk se tiaħ kollox se jkollok 30,000 ruħ miġbura flimkien fl-istabbilimenti," staqsa Fenech. Fi kliemu, ir-riskju li l-virus jinxtered bejn dawn l-2,000 persuna mqassma fi gruppi huwa ħafna inqas mir-riskju li l-virus jinxtered fost 30,000 persuna mqassma fi stabbilimenti ta' divertiment. 'Għalissa għadu mhux żmienhom...' "Dak il-livell għalissa għadu ma wasalx qalulna l-awtoritajiet. Mexjin imma għadna ma wasalnix," insista Fenech. Iżda l-ILLUM tfakkru li fil- postijiet tad-divertiment ikun hemm il-kontrolli, wieħed jista' jitlob ċertifikat tal-vaċċin u jkun hemm l-uffiċjali tas-sigurtà. "Jekk se tagħmel hekk, għalissa se tkun qed tiaħ wisq attività, spjegawlna. Għalissa għadu mhux żmienhom. Mhijiex kwistjoni ta' DJs jew bands biss. Hemm attivitajiet oħra li għalissa wkoll ma jistgħux isiru bħalma huma r-regatta u l-festi," kompla. Fl-Ingilterra tahom data u kellhom jipposponu kollox... Iżda l-ILLUM terġa' tistaqsih jekk almenu dawn l-operaturi għandhomx jingħataw indikazzjoni meta jistgħu jibdew joperaw. Minnufih fakkar f 'dak li ġara fl- Ingilterra. Kellu jinfetaħ kollox sal-21 ta' Ġunju, imma kollox ġie pospost għax il-varjant Indjan gerfex il-pjanijiet. "Illum l-operaturi fl-Ingilterra qed jgħidu l-oppost. Qed jisħqu li l-Gvern ma jmissux tahom data għax kulħadd beda jitfa' d-deposits u jiġbor il-bookings. Il-Gvern qed jisħaq li ma jistax jagħti data sakemm ikollu aktar ċertezza," insista Fenech. "Imma l-affarijiet s'issa jidhru tajbin." 'Turist li jiġi b'test biss se taqtgħu barra...' Qed issir ukoll il-proposta biex postijiet tad-divertiment jitħallew jiħu u jitolbu ċ-ċertifikat tal- vaċċin. Fenech fakkar li t-turisti jistgħu jiġu Malta jew biċ-ċertifikat jew bit-test. Insista li b'din il- proposta, it-turist li jiġi bit-test biss, se jinqata' barra. "Hawn żoni li s-suq ewlieni tagħhom huma t-turisti. Ħafna turisti li qed jiġu huma żgħażagħ. Fil-postijiet tad-divertiment se jmorru l-aktar iż-żgħażagħ u barra minn Malta ħafna miż-żgħażagħ għadhom ma ħadux il-vaċċin," kompla jisħaq. "Tkun qed toħloq diskrepanza akbar." 'Jekk il-pass jista' jitħaffef, hekk għandu jsir' Hawn tkellimna aktar dwar ir- ristoranti u stabbilimenti oħra, b'Fenech jisħaq li d-domanda hija kbira imma hemm fatturi li qed inaqqsu d-dħul tagħhom. Fakkar li dawn qed ikollhom jimpjegaw aktar persuni biex iżommu mal- protokolli (bħal wejters għax ħadd ma jista' jqum ma' bar), mhux jaħdmu bil-kapaċità massima, qed ikollhom jagħlqu fil-ħin li normalment fih isir l-aktar konsum u l-mużika li toħloq l-atmosfera li twassal lin-nies jikkonsmaw aktar, qed tinżamm baxxa. "Hemm limitu kemm id-dħul tagħhom jista' jiżdied," insista. Fi kliemu hemm stabbilimenti li it ġew affettwati, għax forsi minn dejjem jagħlqu qabel nofsilejl u qatt ma kienu ppakkjati, imma hemm oħrajn li qed iħossu l-impatt. Kien hawn li filwaqt li saħaq li jaqbel li l-miżuri jkunu rrilaxxati pass pass, insista li jekk dan il-pass jista' jitħaffef, hekk għandu jsir. "Kull weekend fis-sajf huwa importanti. Jekk il-Ħamis tkun taf li tista' timxi għal livell ieħor, tħabbarx it-Tnejn," insista Fenech. X'jista' jsir biex negozji jżidu l-operat u d-dħul? Qal li hemm affarijiet oħra li jistgħu jsiru. Semma pereżempju kif f 'Ċipru għamlu ħbula mal- imwejjed, biex min ikun f 'dik il- bubble, ikun jista' jibqa' bilwieqfa u jiżfen f 'dik iż-żona mogħtija lilu. "Għamluha u qed taħdem," insista. "Hemm affarijiet li jistgħu jsiru, biex inżommu mar- regolamenti imma ngħinu lill- operaturi jagħmlu negozju aħjar." 'L-aħħar ftit ... ma nitilfux kollox fl-aħħar' Saħaq li jiem id-diffikultajiet li hemm, iżda fakkar li wieħed jeħtieġ jibqa' kawt, anke għax issa se jiżdiedu t-turisti. Fi kliemu, anke jekk se jkun hawn il-Digital Green Pass tal-UE, ir-riskju mhux se jkun eliminat għal kollox. L-awtoritajiet qed jistennew x'se jkun l-impatt tat- turiżmu wkoll, għax it-taħlit issa se jikber. "Veru qed nieħdu paċenzja imma qed naslu fl-aħħar, ejja ma nitilfux kollox. L-agħar ħaġa hija li niħu u jkollna nerġgħu nagħlqu. Ma naffordjawx," temm jisħaq. Philip Fenech