Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 George Hyzler Mejju tajjeb ħafna għal tal-ħwejjeġ imma Ġunju 'għadu ma qabadx' Kif sejrin tal-ħwienet? Miexi x-xogħol? L-ILLUM tistaqsi lill-Kap Eżekuttiv tal-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji Abigail Mamo u anke sidien ta' ħwienet tal-ħwejjeġ YENDRICK CIOFFI Ix-xahar ta' Mejju jidher li kien tajjeb ħafna għan-negozji, partikolarment għall-ħwienet tal- ħwejjeġ iżda Ġunju beda xi it jew wisq kajman. Ikkonfermat dan mal-gazzetta ILLUM, il- Kap Eżekuttiv tal-Kamra għall- Intrapriżi Żgħar u Medji Abigail Mamo. Mistoqsija mill-ILLUM dwar l-andament tan-negozju, partikolarment ħwienet tal- ħwejjeġ, li s-sena li għaddiet, għalihom ix-xogħol baqa' kajman ħafna, Mamo saħqet li minn dak li qalulha s-sidien, inkluż dawk ta' stabbilimenti kbar, ix-xogħol beda tajjeb immens iżda għax-xahar ta' Ġunju għadu xi it jew wisq batut. "F'Mejju kien hemm għatx kbir anke għax fetħu r-ristoranti u għalhekk in-nies bdew joħorġu," bdiet tispjega Mamo. "Madanakollu Ġunju għadu mhux ilaħħaq mal- aspetattivi tan-nies fin-negozju. Donnu l-eċitament inizjali naqas." Fakkret ukoll fl-impatt importanti tat-turiżmu fuq in-negozji Maltin u anke d-deċiżjoni tar-Renju Unit li ma jpoġġix lil Malta fost il-lista ta' pajjiżi siguri għas-safar. "Forsi kienu qed jistennew aktar turisti li għalissa għadhom ma ġewx. Wieħed jittama li t-turiżmu jirpilja," kompliet tgħid. Fakkret ukoll li għalissa, ħlief okkażjonijiet bħal tiġijiet, attivitajiet ma jistgħux isiru u dan ukoll ikollu impatt fuq kemm nies jixtru u jikkonsmaw. "Meta jiħu l-attivitajiet nistennew li jkun hemm aktar ċaqliq," saħqet Mamo. Mistoqsija wkoll dwar il- vouchers, il-Kap Eżekuttiv tal- Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji saħqet li minn dak li qalulha sidien u operaturi, il-vouchers sa issa it li xejn ħassew l-impatt tagħhom. Qalet li dan jista' jkun ġej mill- fatt li ħafna nies ma niżlux il- vouchers onlajn u qed jistennew li jirċevuhom bil-posta. "Huwa aktar dewmien milli nuqqas ta' impatt. Nistennew li jibdew jinħassu malli jkunu aktar disponibbli," kompliet tgħid. Madanakollu qalet ukoll li kien hemm diversi negozji, partikolarment stabbilimenti kbar, li waqfu jaċċettaw il-vouchers onlajn għax is-sistema ma kinitx qed taħdem sew u għalhekk qed jaċċettaw biss vouchers fiżiċi. Insistiet li wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll l-impatt ta' Brexit fuq is-settur tal-ħwejjeġ. Qalet li kien hawn ħwienet li għalqu u ditti li mhux se jibqgħu jiġu Malta. Fuq nota aktar pożittiva, insistiet li n-negozji fil-Belt irrapportaw ukoll ċaqlieqa tajba, anke jekk ma għandha x'taqsam xejn max- xogħol li kien ikollhom qabel il- pandemija. "Il-fatt li jidħlu it turisti bdiet tagħmel id-differenza," insistiet. 'Nistenna li l-aħħar xhur tas-sena jkunu tajbin daqs tal-2019...' x'qalu s-sidien? Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' żewġ sidien ta' ħwienet ta' ħwejjeġ li kienu ottimisti għall- futur u ħdejn is-sena l-oħra, qalu li ħadu r-ruħ. Jamie Farrugia, sid ta' Sorbino, li jinsab Raħal Ġdid u Tas-Sliema, qal mal-ILLUM li din is-sena, is-sitwazzjoni hija differenti. Insista kif is-sena li għaddiet, minkejja li bħal din is-sena, il-każi kienu baxxi, kien hawn inċertezza kbira fost il- konsumatur u l-bejgħ baqa' baxx. "Din is-sena storja oħra. Bis- saħħa tal-vaċċin, jinħass il-feel good factor. In-nies qed joħorġu ħafna aktar u ovvjament dan qed iwassal għal aktar infieq ta' ħwejjeġ," insista Farrugia. "L-andament tajjeb u jimlini b'kuraġġ. Nista' ngħid li r-ritmu qabad tajjeb." Tal-istess fehma kien Joseph Camenzuli, sid tal-istabbiliment Vigo Men's Wear tal-Belt Valletta, li jiffoka aktar fuq ilbies pulit u tal-okkażjoni. Mal-ILLUM, Camenzuli saħaq li x-xogħol miexi b'ritmu tajjeb ħafna, anke bis-saħħa ta' diversi okkażjonijiet li s-sena l-oħra kienu wieqfa kważi għal kollox. Fil-fatt anke Mamo saħqet mal- ILLUM li dan kellu impatt. Farrugia kkonferma li għal kuntrarju ta' dak li kien qed jiġri s-sena l-oħra, jew kmieni din is- sena, il-konsumaturi mhux qed jixtru biss ilbies casual. "Malli erġajna ftaħna f 'April, nikkalkula li tlett kwarti tal- bejgħ kien jikkonsisti fi ħwejjeġ casual, bħalma huma t-shirts u jeans. Madanakollu, f 'dawn l-aħħar ġimgħat, rajna żieda qawwija fuq xiri ta' ħwejjeġ puliti. Ir-raġuni ewlenija, bla dubju ta' xejn, kienet il-ftuħ mill-ġdid tar-ristoranti, bars u bidu mill-ġdid tat-tiġijiet," kompla jisħaq Farrugia. Dwar il-vouchers, Camenzuli kkonferma dak li qalet Mamo. Insista li l-klijenti tiegħu aktar imorru bil-vouchers stampati u allura, peress li dawn għadhom qed jintbagħtu, jistenna li jħoss l-impatt tagħhom aktar tard. Mill-banda l-oħra, Farrugia insista li għall-istabbilimenti tiegħu, li forsi jattiraw aktar żgħażagħ, il-vouchers għamlu differenza mill-ewwel ġurnata li fihom setgħu bdew jissarrfu. "Din is-sena aktar u aktar, peress li l-ammont għas-settur tagħna ġie rduppjat għal €40. Apparti s-suppliment tal-paga, dawn ħa jkunu ta' sostenn kbir għalina għax-xhur li ġejjin," insista Farrugia. Mistoqsija kif qed iħarsu lejn il-kumplament tas-sajf u s-sena, iż-żewġ sidien dehru pożittivi b'Camenzuli jisħaq li jekk l-okkażjonijiet jibqgħu għaddejin, ix-xogħol mhux se jieqaf. Farrugia mar oltre minn hekk u mal-ILLUM saħansitra saħaq li jekk is-sitwazzjoni tibqa' dik li hi, jistenna li fl-aħħar xhur tas- sena, il-bejgħ ikun iqarreb lejn il-livelli ta' Covid-19. "Qed inħares 'il quddiem b'kuraġġ u tama," temm jisħaq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021