Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 • illum Peppi Azzopardi Carmel Cacopardo Peppi Azzopardi huwa ġurnalist, xandar u opinjonista Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Għal darb'oħra: konsultazzjoni finta Bernard Grech għandu jaqbad flight llejla Ġ ie ppubblikat dokument konsultattiv dwar il-qalba għall-karozzi tal-elettriku. Dokument li hu intitolat "To- wards Cleaner Vehicles on Our Roads", bl-Ingliż, għax il-Malti f 'dawn iċ-ċirkus- tanzi hu mwarrab mill-Gvern ukoll! Minkejja li dan il-proċess konsultattiv kien imħabbar kważi 4 snin ilu, f 'Settembru 2017, l-informazzjoni fid-dokument konsultattiv hi skarsa. Dan jagħmel din il-konsultazzjoni waħda finta. Dan hu sintomatiku ta' Gvern li fejn jidħlu materji ta' transport kontinwament jibgħat sinjali konfliġġenti! Id-dokument konsultattiv jirrikonoxxi l-ovvju meta jgħid li l-emissjonijiet fl-arja riżultat ta' karozzi u nġenji oħra żdiedu bi 86% matul il-perjodu 1990-2018. Id-dokument iżda jinjora l-fatt li dan hu fil-parti l-kbira riżultat tal-investiment massiv fl-infrastruttura tat-toroq, li fil-parti l-kbira tal-każi ma kinitx meħtieġa. Għenet biex żdiedu l-karozzi fit-toroq. Il-qalba għall-karozzi li jaħdmu bl- elettriku hi pass 'il quddiem. Bla dubju riżultat ta' hekk se jonqsu l-emissjonijiet mill-karozzi. Imma għandu jingħad li l-emissjonijiet iktar milli jonqsu se jiċċaqalqu mit-toroq lejn is-sors tal-elettriku li ser jintuża! Meta nafu li l-Gvern għandu l-ħsieb li jinstalla t-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija hu ċar li parti minn dawn l-emissjonijiet se jmorru 80 kilometru lejn it-tramuntana, fi Sqallija, bil-bqija jmorru Delimara. Mhux ċar kif dan ser jirrifletti ruħu fil-prezz li nħallsu għall- elettriku għax id-dokument konsultattiv hu sieket għal kollox dwar dan. Id-dokument konsultattiv jagħmel sewwa li jiġbed l-attenzjoni li l-ħiliet meħtieġa biex wieħed jieħu ħsieb u jsewwi karozzi li jaħdmu bl-elettriku hu differenti minn dawk meħtieġa għall- karozzi li nużaw illum. Jiġbed ukoll l-attenzjoni li jinħtieġu investimenti sostanzjali biex tinbena l-infrastruttura meħtieġa b'mod partikolari għal fejn il-karozzi jieħdu l-elettriku meħtieġ (iċ- charging points). Id-dokumenti imma, jonqos milli jindirizza nuru ta' punti ta' kontroversja li jeħtieġu li jkunu diskussi permezz ta' dan il-proċess konsultattiv. Ma hemm l-ebda dubju li l-konsum tal-petrol u d-dijżil se jonqos sostanzjalment bħala riżultat ta' dan kollu. Ir-rata li biha dan jonqos se jiddependi mill-mod kif l-elettrifikazzjoni tat-toroq tipproċedi tul il-perjodu ta' tranżizzjoni. Fid-dawl ta' dan għalfejn ma ġiex imħabbar moratorju dwar pompi ġodda tal-petrol li dwarhom għad hemm numru ta' applikazzjonijiet pendenti? Minkejja li hu ċar li dawn ma hemmx iktar ħtieġa għalihom, id-dokument konsultattiv huwa konvenjentement sieket, anke dwar dan. B'hekk jinkoraġixxi pressjoni żejda u mhux meħtieġa fuq il-proċess tal-ippjanar. MiIl-bejgħ tal-petrol u d-dijżil il- pajjiż idaħħal ammont mhux żgħir ta' taxxi li bħala riżultat tal-elettrifikazzjoni tat-toroq se jonqos gradwalment b'mod li fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni jasal sa kważi żero. Id-dokument ta' konsultazzjoni ma jagħtina l-ebda informazzjoni dwar dan. Kif se jkun sostitwit dan l-ammont sostanzjali ta' dħul? Il-flus nieqsa ser jiġu mill- proċess ta' elettrifikazzjoni nnifsu jew se jiġu minn x'imkien ieħor? L-ammonti involuti mhumiex żgħar. Fil-fatt l-estimi tad-dħul tal-Gvern għas-sena 2021 jindikaw dħul ta' €154 miljun minn taxxi fuq petrol u dijżil. Il-Gvern kif se jikkumpensa għal dan in-nuqqas ta' dħul? Da parti tad-dokument ta' konsultazzjoni hemm skiet assolut dwar dan. Id-dokument konsultattiv jirreferi wkoll għal żoni ta' emissjonijiet baxxi (Low Emission Zones) imma m'għandux il-kuraġġ li jippreżenta proposti speċifiċi għad-diskussjoni. Huwa essenzjali li tul il-proċess ta' tranżizzjoni, minn issa sa meta t-toroq tagħna jkunu ġew sostanzjalment elettrifikati, gradwalment nidentifikaw dawn iż-żoni ta' emissjonijiet baxxi. Fihom għandu jkun ipprojibit l-aċċess għall-karozzi li jużaw il-petrol u d-dijżil biex b'hekk nibdew ingawdu l-benefiċċju ta' arja nadifa, grazzi għall-elettrifikazzjoni. Anke hawn id- dokument konsultattiv ifalli għax ma jagħmel l-ebda proposta. Id-dokument jirreferi għal żewġ studji li saru dwar l-elettrifikazzjoni tat-toroq. Imma dawn baqgħu moħbija: ma qalulniex x'fihom. Bid-dokumenti moħbija ma ssirx konsultazzjoni! Minkejja li ilu mwiegħed 4 snin, dan il-proċess konsultattiv it li xejn jikkonsulta. Jonqos fl-iktar ħaġa essenzjali: ma jagħtix informazzjoni. Għaldaqstant hu proċess finta. J ekk pajjiżna jkun fuq il-lista l-griża tal-FATF jistgħu jintilfu eluf ta' mpjiegi. L-Amerika u l-Ġermanja qed jinsistu li nkunu fuq din il-lista kerha. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kiteb lill-FATF. Għamel sew. Imma x'ħin rajt x'kiteb telgħetli għoqla fi griżmejja. Assigurhom li meta l-PN ikun fil-Gvern se jkun qed jara li pajjiżna jerġa' jġib lura r-reputazzjoni li darba kellu. Tajjeb. Imma meta? Għax anke jekk il-PN jirbaħ l-elezzjoni li jmiss ikun tard wisq. Il-lista l-griża se tinżel fuqna dan ix-xahar. Ġunju. Skużani Dr. Bernard Grech imma fuq din assolutament ma naqbilx. Iva, għandek raġun tgħid li din il-lista l-griża ġiet fuqna għax kellna l-iktar Gvern korrott fl-istorja ta' Malta, imma sorry ta, li għandek tagħmel huwa li taqbad ajruplan lejn il-Ġermanja u wara lejn l-Amerika u tmur titkellem u tinsisti li ma nkunux fuq il-lista l-griża. Issa, uza l-kredibbiltà tiegħek, li dejjem tkellimt kontra t-tixħim, is-serq u l-ħasil ta' flus u għidilhom li l-Gvern Malti ħa azzjoni u se nkomplu nbiddlu kif xieraq. Ikteb elf ittra jekk hemm bżonn u għamilha ċara li minħabba żewg pajjiżi, il-ħaddiema f 'Malta ma jistgħux jitilfu x-xogħol. Issa please. Spalla ma' spalla mal- Ministru Clyde Caruana! Urġenti! L-artisti mhux se jibqgħu siekta U l-artisti sewwa jagħmlu. Ilhom dan iż- żmien kollu wieqfa, uħud sabu xogħol ieħor, oħrajn iddejnu biex ikollhom paga u oħrajn sabu lil ommhom jew lin-nannu biex seta' jkollhom x'jieklu. Ovvja! Nittama li ma jibqgħux siekta bħala artisti kontra l-inġustizzji, kontra l-moħqrija, kontra l-ħasil tal-flus, kontra l-abbuż tal- poter politiku, kontra t-tixħim, kontra l-qtil ta' ġurnalista li kienet se tikxiom, kontra t-tmexxija tal-biża' fil-ħabs, kontra l-immigranti li ħallejna jegħrqu f 'ġieħ il-populiżmu, u aktar. Ħafna artisti ilhom wisq siekta jikkalkulaw kif se jintgħoġbu ma' kulħadd. Artist li jagħlaq ħalqu u qalbu għal dak li qed jiġri madwaru mhu artist xejn. L-arti titkellem, tipprotesta, twerżaq u tieħu azzjoni. Eżempju. L-Għanja tal-Poplu. X'ġara? Kif dan l-aħħar kulħadd sieket? Fejnhom is-songs ta' protesta? Li jinehmu mhux moħbija fil- kumdità ta' kliem imgeżwer fil-biża'. Tgħid din is-sena se jkollna xi diska dwar ħutna l-ħabsin, jew niġu nitnejku? Se jkollna xi tislima lill-ġurnalista imqatta' biċċiet għax kienet se tkompli tikxef? Eżempju. Inqis lil xi ħadd bħal Alex Vella Gregory bħala artist ta' veru. Alex għadu kif ħareġ is-song satirika "Prosit Ministru" u tieħu nifs meta fl-aħħar fuq l-istazzjon nazzjonali b'din is-song , f 'Serataron, reġgħet feġġet is- satira skomda għall-poter. Satira li għandha tikkritika l-aktar lill-Gvern u kull tentattiv ta' bilanċ għandu jitqies bħala żbilanċ oxxen. L-artisti mhux se jibqgħu siekta. Iġri tiġri. Riedet titgħallaq f'ċella 24 Fejnhom in-nisa li tant iħambqu li n-nisa li jagħmlu abort ma għandhomx jispiċċaw il- ħabs? Fejnhom għal din il-mara tant iddisprata li ppruvat u kwazi irnexxielha titgħallaq fiċ- ċella tagħha numru 24? Fil-ħabs ma hemmx nisa li għamlu l-abort. Hemm dawn in-nisa ttrattati ta' żibel. X'ipokrezija! Tiddefednu nisa li mhux il-ħabs u tibqgħu siekta għal nisa fil-ħabs. Li tridu tiddefendu lin-nisa hija gidba bil-provi. Rosianne u l-larinġ Ha ngħidha kif inħossha. Emmnuni ma nistax niem kif Rosianne Cutajar tista' tkun investigata għax marret iżżur ix-xjuħ u tagħthom erba' larinġiet ġo borza bir-ritratt tagħha bħala tiira. Tista' ma togħġbokx l-affari u tinsisti li bad taste, imma li titlob lill-pulizija tinvestiga, u ejja. X'se tinvestiga? Forsi jekk kienx hemm xi anzjana li kellha tliet laringiet flok erba' u allura titressaq fuq diskriminazzjoni? Forsi l-Pulizija se tinvestiga jekk il-larinġ kinux ta' Malta u jekk le titressaq fuq tradiment tas-slogan stupidu "Malta l-ewwel u qabel kollox?' Sorry imma b'dawn l-esaġerazzjonijiet qed nirrendu l-korruzzjoni bħala xi ħaġa tad-daħk, xi ħaġa frivola. Diġà l-poplu b'mod sfortunat jiġi jitnejjek mill-koruzzjoni. Din it-talba lill- Pulizija biex jinvestigaw 'l-iskandlu tal-larinġ,' tkompli tilloppja lin-nies. Għamilli orange juice Ġuż! Bernard Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021