Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 Tektik Ivan Bartolo huwa Deputat u Kelliem tal-Oppożizzjoni M eta ma taqbilx mad-drawwiet ħżiena tal-kotra, l-aktar ta' dawk li jmexxu pajjiżek, għax bir-raġun qed tinnota li kollox ta' taħt fuq; normalment tiġi miżmum daqs- likieku qed tikser il-buon ordni, ir-Rieda Qaddisa. U anki jekk issemma' leħnek, tiġi rrappur- tat bħala li ppruvajt tinstiga lil ħaddieħor għall-inkwiet. Xi wħud kitbu, li qed ngħixu mill-ġdid is-snin 80. L-inkwiet f 'pajjiżna sar aktar sottili. Il- brimba ma tagħtix fil-għajn, imma qiegħda hemm bis-saħħa. U jekk titkellem, jekk tikkritika iqisuk mal-lista tal-midinbin. Bħal qisek ħadtha ma' l-alla tas- soċjetà. M'għandniex xi ngħidu trid tiġi mwiddeb, anki jekk bil-pulit. U din hija l-agħar forma. Għall- kuntrarju, anki jekk tfaħħar il- ħażin, int tiġi mogħti indulġenzi soċjali. Allura biex tieħu minn dawn l-indulġenzi, trid tagħlaq imqar għajn waħda. Jekk tagħmel dan, dnubitek maħfura. Jekk l-inġustizzji jdejquk, u ma tissaportix tiskot, se jkollok tbati prezz bl-għoli u bl-użura. Jekk twebbes rasek u turi li l-fehmiet tiegħek huma differenti minn dawk tal-alla tas-soċjetà, f 'għajnejn tal-qalba int tkun dnibt u għawwiġt għal kollox it-tifsira ta' x'inhu qaddis u x'inhi l-qdusija, u magħha tkun għawwiġt ukoll it-tifsira ta' x'inhi ubbidjenza. F'dan il-pajjiż sirna ma tistax titkellem, ma tistax taqdi dmirek, ma tistax taħdem. Mingħajr ma nagħti stampa esaġerata, nitolbok tidħol fil- media soċjali u tara xebgħa tgħajjir tal-biża'. Xi ħadd femminili kitbet, li tixtieq tara borma żejt fi pjazza bin- Nazzjonalisti jinqlew fiha. Idħol fi gruppi magħluqa tal-media soċjali, u tara x' jgħidu fuqna l-membri tl-Oppożizzjoni. Inkredibbli meta tara ċertu ismijiet, li fil-pubbliku u fuq it- televiżjoni, id-dehra hi xort'oħra. Xi ħadd urieni screen shot. Lanqas ridt nemmen dak li bdejt naqra. Imma donnu fis-soċjetà tagħna, dan hu permess? Donnu li tgħajjar lill-membri tal- oppożizzjoni huwa miżmum fl- ogħla ġieħ. Għala? Tgħid għax xi ismijiet li hemm jgħajru kemm jifilħu, ma damux ma ngħataw rigal. Sistema maħluqa bl-iskop li tkisser l-effett tal-paċi. Dan huwa sura ta' mard. Dan juri li l-prinċipji Maltin u l-valuri f ' pajjiżna tmermru. Mur ara x' hemm fuq il-media soċjali dwar Maltin li għandhom rispett kbir minn kullimkien, iżda għax qalu nofs ta' kelma, il-kanuni kollha jridu jifqgħulu rasu. Biċċruh bi kliemhom u li kien għalihom iqattgħuh biċċiet. Fejn huma dawk tal-unit tal-hate speech, li twaqqfet fi ħdan il-korp tal- pulizija? Ma nkunx ġust, jekk ma ngħidx li kliem dispreġġattiv jingħad ukoll fuq esponenti tal- Gvern. Dan huwa kollu ħażin, speċjalment meta tiġi attakkata l-persuna. Imbagħad donnu xi wħud, imħallsin biex jgħajru. 24/7 għassa biex jekk ifettillek tikteb post, joħorġu għalik bix-xafra tal-moħriet. Din ukoll hi forma oħra ta' kultura negattiva. Trid tgħaddi minnha, biex tirrealizza li din hija kultura li ħadd ma jrid f 'daru. Kultura mimlija ħdura u mibiegħda. Erġajna lura għal żmien id-dlam. L-ebda ħjiel ta' barka fl- imġieba tagħhom, u kliemhom ma jwassal għall-ebda progress. Hemm ħafna preġudizzji. Kliemhom mimli qerq u vili. Jgħidu fuqek stejjer li mhumiex veru. Iqisuk u jpenġuk bħala bniedem impestat. Assassinju tal-karattru. L-ebda rispett lejna l-politiċi. Tkun għaddej minn triq għall-affari tiegħek, u tgħaddi karozza b'ħamsa minn nies ġo fiha, fejn jinsulentawk u jippruvaw jumiljawk. Imma, dan normali? Tassew, forsi għax il-poter tela' daqstant f 'ras il- partitarji? Minn fejn hi ġejja din l-ewforija kollha? U l-oħrajn, m'għadux posthom hawn fuq din il-gżira maqsuma? Żgur li dan ma tistax issejjaħlu bħala l-Aqwa Żmien jew li "tista' ma taqbilx magħna, imma xorta taħdem magħna." Żgur mhuwiex l-aqwa żmien, għal min ismu jissemma kontinwament f 'kampanja ta' mibgħeda. Il-kummenti tiegħek, anki jekk validi idardar lill-maġġoranza patrijarkali. Sfortunatament, il-ġemgħa għandha l-ħila li bi vjolenza kbira twikkik bid- dnubiet tagħha stess, bħallikieku b'hekk biss, (bit-tagħjir u billi ssikktek), tista' tbiegħed il-ħażen tagħhom u b'hekk mingħalihom li tkun qed taħbilhom l-affarijiet. Stedina Jien dejjem għamilt stedina lil kull min jgħajjarni. Bi prudenza ngħidilhom biex min jogħġbu jċempilli fuq il-mobile personali u niddiskutu dak li ma jaqbilx jew fejn stajt inqast. Madanakollu, l-ebda telefonata qatt ma rċevejt. Ħadd ma laqa' l-istedina tiegħi. U jekk dawn it-talin, itektku minn wara laptop jew minn fuq il-mobile u mhumiex kapaċi jaffaċċjawk, jekk mhumiex kodardi, x'jissejħu? Ivan Bartolo Xi ħadd urieni screen shot. Lanqas ridt nemmen dak li bdejt naqra. Imma donnu fis-soċjetà tagħna, dan hu permess? Donnu li tgħajjar lill-membri tal- oppożizzjoni huwa miżmum fl-ogħla ġieħ. Għala? Tgħid għax xi ismijiet li hemm jgħajru kemm jifilħu, ma damux ma ngħataw rigal.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021