Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D ak li qed jiġri bħalissa fil-każ ta' Malta huwa riżultat tal-as- salt organizzat, imnebbaħ mill-pubbliċità ħażina li rċevej- na bħala pajjiż fil-qasam finanzjarju. Ovvjament mhux bla raġuni li spiċċajna fejn spiċċajna. Imma huwa tal-mistħija li nispiċċaw bbuljati minn pajjiż bħall-Amerka b'dan il-mod. Lanqas nistgħu nifhmu kif pajjiżi bħall-Ġermanja u l-Ingilterra jistgħu jippontifikaw dwar trasparenza u standards fil-qasam finanzjarju. Biss biss fl-Ingilterra, Londra, il- Gżejjer Channel u l-Isle of Man huma kalamita ta' investimenti dubjużi! Tax haven ċar u tond. L-istess jista' jingħad għall-Ġermanja li jipprestaw ruħhom ta' verġni meta b'dak li ġara fil-banek tagħhom, lanqas nibdew ħdejhom. Imbagħad hemm l-Amerikani, il- bullies il-kbar. Mhux sigriet li anke fil-każ ta' Steward Health Care għamlu pressjoni fuq Malta biex tiffirma ma' din il-kumpanija qabel ma jintemm l-eżerċizzju tal-Moneyval. Imma hemm ukoll is-sentiment magħruf li l-Amerikani jridu jagħtuna tagħlima. Il-ħelwa hi li din it-tagħlima ġejja minn pajjiż mimli kontradizzjonijiet, niċeċ tal-ħasil tal-flus, ksur ta' drittijiet umani, razziżmu istituzzjonalizzat u korruzzjoni politika. Għalhekk, trid tipprova tifhem x'hemm wara l-kampanja tal-Istati Uniti, biex Malta ma teħilx mit-test tal-FATF. Dan jista' jwassal biex Malta jkollha problemi u diffikultajiet kbar fejn jidħol il-futur tas-suq finanzjarju u dak ta' kumpaniji barranin. Illum huwa l-mument li nagħrfu li dan l-attakk fuq Malta mhuwiex iġġustifikat. Li għamilna żbalji u kellna ġudizzju żbaljati ma hemmx dubju, imma dan l-attakk se jimmina l-impjiegi, l-introjtu u l-ekonomija tal- pajjiż. Irridu niġbdu ħabel wieħed, mhux bħal ma għamel Bernard Grech li hekk kif sema' x'qed jiġri fil-FATF, fetaħ ħalqu u għamel aktar ħsara milli ġid, kemm lill-pajjiż u anke lill-partit tiegħu stess. Kieku Malta ma nbiddlitx biex tindirizza n-nuqqasijiet, forsi konnha nimu għaliex dan l-attakk mill-Istati Uniti u s-satelliti tagħha! Imma kif inhuma l-affarijiet ma nistgħux naċċettaw dan kollu. Issa hu l-mument li naħdmu flimkien u nirsistu favur pajjiżna! Issa huwa l-mument li nuru sninna. L-Amerikani jridu jagħmlu show b'Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021