Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

B iex vera tifhem lill-poplu trid tkun viċin tiegħu, trid tisimgħu, trid tifhmu, u wara trid tieħu azzjoni. Jien nemmen li dan irid isir tul il- ħames snin, tkun kontinwament VIĊIN IN-NIES. Jien hekk għamilt, hekk qed nagħmel u hekk qed inwiegħed li ser nibqa' nagħmel! House visits kontinwi, nitkellem u niddiskutu flimkien dwar dak li jseħħ fil-parlament u barra minnu. Infiehem il-kos- titwenti tiegħi l-proposti, l-ideat u l-viżjoni tal-Partit Nazzjonal- ista. Dan huwa parti essenzjali tax-xogħol ta' kull kandidat u deputat. Jien nemmen li jekk temmen vera f 'dak li tagħmel, l-ideat tqassamhom ma' ħaddieħor. Nemmen ukoll f 'politika b'viżjoni fit-tul. U dan li qiegħed joffri il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech. S'issa rajna ammont kbir ta' proposti li jolqtu lil ħafna Maltin u Għawdxin. Tliet snin ilu, propju minn qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, bdejt dan il-vjaġġ. Bdejt indur bieb bieb, triq triq ġewwa l-Mellieħa. Ma qbiżt l-ebda bieb għax kulħadd importanti, kulħadd għandu x'joffri u nemmen li kulħadd irid jara pajjiż aħjar. Qed nitkellem ma' kull familja, ma' kull individwu. Għalija kulħadd huwa validu u kulħadd għandu valur. Ma nemmenx fid-diskriminazzjoni. Ma nemminx fit-tribaliżmu. Jien nagħmel ħilti għal kulħadd. Nemmen fil-ġid komuni fejn dawk li jbatu l-iżjed għandhom jiġu mgħejjuna l-iżjed. U propju għalhekk iddeċidejt li nikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista. Nemmen bis- sħiħ li l-PN għandu l-aħjar politika sabiex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Huwa l-uniku partit li jpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Fi kliem sempliċi, il-PN ifassal il-politika tiegħu fuq dak li jeħtieġu n-nies. Nies ta' kull età minn żgħar li għad m'għandhomx il-vot, sa dawk li huma mimlijin bil-għomor. Din id-darba, iż-żjarat fid- djar m'humiex biss fil-Mellieħa, l-Manikata, l-Għadira u Selmun iżda madwar it-12-il distrett elettorali. Intom qed tagħtuni l-opportunità sabiex inkun nista' nsir nafkom iktar mill- qrib, intom li tilqgħuni ġewwa darkom, intom li tagħtuni l-opportunità li nkellimkom u ngħidilkom fiex nemmen u x'nixtieq nagħmel għalikom. Nispjega l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista u għalfejn għandkom tagħtuna l-fiduċja tagħkom. Mhux għax aħna speċjali jew għax għandna xi dritt, imma għax il-politika u l-viżjoni tagħna se twassal biex int tkun ferm aħjar milli int illum, kemm b'mod immedjat kif ukoll għall-futur. Iż-żjarat li qed nagħmel b'mod kontinwu fid-djar tagħkom qed jagħtuni l-opportunità li niltaqa' ma numru kbir ta' ħaddiema. Ħaddiema li tul dawn l-aħħar erbatax-il xahar għaddew minn tbatija finanzjarja u anke psikoloġika. Iltqajt ma' dawk li tilfu l-impieg, dawk li naqsitilhom il-paga, dawk li tilfu l-overtime u dawk li waqfilhom il-part time. Iltqajt ma' dawk il-ħaddiema fis-settur turistiku li ilhom ibatu għal dawn ix-xhur kollha. Iltqajt ma' ħaddiema tal- AirMalta li qalbhom maqtugħa minħabba li ma teżisti l-ebda strateġija min-naħa ta' dan il-Gvern ħlief li jaqdi u jdaħħal in-nies tal-qalba f 'kull livell tal-AirMalta. Iltqajt mal- familji u s-sidien tal-ħwienet li huma inkwetati għall-mod kif qed jinsterqu bil-moħbi fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma minn dan il-Gvern sabiex ikun jista' jiffinanzja l-korruzzjoni. Iltqajt ma' pensjonanti li huma inkwietati għax il-pensjoni mhux twassal sal-aħħar tax- xahar u qegħdin jiddependu mill-għajnuna ta' wliedhom, tal- qraba u l-ħbieb tagħhom. Pensjonanti li jibku għax ma jistgħux iwarrbu sold biex jixtru xi rigal ta' għeluq snin in- neputijiet tagħhom. Huma propju dawn iż- żjarat fid-djar tagħkom li qed jagħtuni l-opportunità li nisma' u ngħarbel dak li tgħiduli sabiex dak li joħroġ minnhom jiffurmaw parti mill- proposti li qed joħroġ il-Partit Nazzjonalista ta' kull ġimgħa. Proposti li huma frott il-ħidma ta' żjarat li kandidati u deputati oħra ħbieb tiegħi qed jagħmlu fid-djar u l-ħwienet tal-familji Maltin. Hekk biss nistgħu verament nifhmu dak li għandhom bżonn in nies, billi nkunu viċin tagħhom u mhux biss fix-xhur ta' qabel l-elezzjoni. In-nies mhux taz-żejjed u n-nieqes! In-nies għadhom dritt li jkunu involuti fid- deċiżjonijiet u l-proposti tagħna! Imma nemmen bis-sħiħ li rridu nagħmlu iktar. Irridu nħabbtu iktar bibien u nispjegaw il-politika tagħna. Inħabbtu iktar bibien sabiex nisimgħu dak li għandkom tgħidulna. U nemmen li dan il-kuntatt għandu jkun kontinwu. Bi pjaċir ngħid li dan l-aħħar żort eluf ta' familji, u baqagħli iktar xi nżur u lil min inkellem. Dan jimlini bil-kuraġġ. Din il-ħidma fostkom tagħtini s-saħħa u ġġegħelni napprezza dak kollu li intom, il-familji Maltin u Għawdxin, tagħmlu sabiex ittejbu l-kwalità tal-ħajja kemm tagħkom u kemm ta' dawk li jiddependu minnkom. Inwegħedkom li jien qatt mhu se naqta' qalbi. Inwegħedkom li jien se nibqa' wieħed minnkom kemm issa, li ġejja l-elezzjoni, kif ukoll wara. Jien napprezza dejjem li tilqgħuni f 'darkom. Napprezza u nirringrazzjakom talli tagħtuni l-opportunità li nsir nafkom. Grazzi li qegħdin tafdawni u tiftħu qalbkom magħna. Grazzi talli qegħdin tieħdu l-ħin tagħkom sabiex tispjegaw kif tixtiequ taraw lil dan il-pajjiż tagħna. Grazzi talli qegħdin taqsmu magħna il-ħolm u xewqat tagħkom. Din hi l-wegħda li se nagħmel magħkom. Ser inkompli nistinka sakemm nitkellem ma' kull persuna li jaċċetta li jitkellem miegħi. Mhux ser nieqfu nkunu viċin in-nies għax hekk jixirqilkom! 22 opinjoni IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 • illum Viċin in-nies Ivan Castillo Ivan Castillo huwa Kunsillier fil-Mellieħa u kandidat f'isem il-PN

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021