Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 opinjoni illum • Il-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 Sharon Calleja K ien qed jipprova jħares lejn l-iskrin tal-kompjut- er, iżda ħsibijietu kienu wisq 'l bogħod. Frederick ma setax jikkonċentra. Kien għadu qed jaħseb fuqha. Fuq ir-riħa tagħha. Il-ħarsa. Il-mod sabiħ ta' kif kienet tpoġġi saqajha mal-art bit-takkuna, b'dawk iż-żewġ strippi twal taħt dublett pjuttost qasir iżżejjed għall-uffiċju. Imma ma kienx jimporta. Kienet diġa ilha taħdem miegħu għal dawn l-aħħar xahrejn u kien għadu ma rnexxielux jgħabbiha waħda sew. X'kien qed jiġrilu? Is-soltu mhux hekk kienu jkunu l-affarijiet! Is-soltu kienu jiġru warajh huma! Is-soltu! Iżda issa..........iżda din............ iżda............ Samira kienet speċjali. Differenti. Ma kinitx bħan-nisa l-oħra li kien jaf. Kienet iġġennu. Tbellaħlu moħħu. Sema' taħbita prominenti mal- bieb tal-uffiċju. "Iva?" wieġeb, b'leħen għoli, moħħu għadu jhewden fuq il-kurvi tal-ġnub ta' Samira. "Sur Frederick," kien is- segretarju tiegħu. "X'għandek bżonn?" "Erġajna nżilna it ieħor." "X'inhu jiġri, Nicky?" staqsieh Frederick mgħaddab għal kollox. "Ma nafx! Ilni nipprova ngħidlek! U dawn l-aħħar xahrejn..........dawn l-aħħar xahrejn morna tant ħażin........!" "Tippruvax, Nicky!" beda jgħajjat Frederick. Kien jaf. Kien jaf li Nicky kien jgħir għalih. Bilfors. Xħin kien jara lil dik il-ġmiel ta' mara dieħla u ħierġa mill- uffiċju tiegħu, bilfors kien iħossu mgħaddab. Kif kienu l-irġiel l-oħra kollha li kien hemm fl-uffiċji l-oħra. "Il-bank ta' Carlo laħaqna..........." Nicky kellu d-dmugħ fix-xifer t'għajnejh u xuejh kienu nexfin u kollha qsim. Bl-inkwiet. Kien ilu jipprova jgħidlu. Kien ilu jinkwieta fuq is- sitwazzjoni. Qabel ma kienx hekk l-imgħallem tiegħu. Qabel kien jimpurtah. Imma kemm ilu li kien hemm dik il-mingħul taħdem magħhom, intilef għal warajha. Tilef ġieħu. Tilef id-dekor u d-dinjita. U Nicky kien ser jispiċċa bla xogħol. U kellu familja. Ħamest itfal. U kull darba li kien jaqbadha fuq is-suġġett, is-Sur Frederick kien jgħidlu li missu għamillu tapp. Missu qagħad attent. Jew missu ma kienx imissha. Arroganti. Antipatiku. "Ħalli f 'idi!" qallu Frederick, iqum minn fuq l-iskrivanija u jħares lejh bl-ikrah. "Ilek tgħidli biex inħalli f 'idejk dawn l-aħħar xahrejn. U ma rajt l-ebda moviment!" "Jekk ittawwal ilsienek miegħi............." "Keċċini! Hux hekk ser tgħidli?" Nicky beda jħoss l-istonku għoqla. Ħadd ma kien ikellmu hekk lis- Sur Frederick! Imma jekk ma jkellmux hekk, jekk jibqgħu sejrin hekk, kienu ser jitilfu kollox! "Sur Frederick!" instema' leħen ħelu ġej minn wara l-bieb, li beda jitbexxaq bilmod. U kienet hi. Samira. Illum kellha xagħarha mgħolli. Għajnejha skuri kienu qegħdin ileqqu aktar mis-soltu. Dublett iswed qasir. Qmis ħamra skullata żżejjed. "Skużawni...........ma ndunajtx..............." bdiet tgħidilhom. "Le, le, Nicky kien ħiereġ eżatt." Nicky berraq lejn Frederick. U dik it-tbissima li ra fuq xuejn l-imgħallem tiegħu xejn m'għoġbitu. "Pupazz............baħnan!" xtaq jgħidlu b'leħen għoli, iżda minflok gidem xuejh t'isfel u telaq 'l barra mingħajr ma qallu xejn, b'rasu mgħaddsa lejn l-art. Kien ċert li din il-mara ħlief gwaj ma kinitx ġabet fil-bank tagħhom. Ħasra. Ħasra li kien ser jitlef kollox. Wara dak ix-xogħol kollu li kien ħa biex bena dan l-imperu. Frederick kien għadu bilwieqfa u qabad malajr pinna li beda jdawwar f 'idu għax quddiem dan il-ġmiel kollu kien iħossu aġitat. "Ġejt għax għandi xi karti x'nurik." "Tajjeb, mela, mela," weġibha leħnu mieles qisu magħmul mill- għasel. Resqet lejh. Marret eżatt maġenbu. Kien propju dak il-ħin li nduna li kellha l-karti f 'idha. Għajnejh ma kienux inqalgħu minn fuq wiċċha. Sidirha u qaddha perfett. U malli poġġiet il-karti fuq il-mejda u bdiet turih xi ċifri, għajnejh komplew jitpaxxew bil- qasma ta' taħt il-qmis. Kien beda jħoss l-għaraq ixoqq għalih. Ma kienx jaf x'kienet qiegħda tgħidlu. "Oħroġ miegħi illejla." Hekk. Kien qalilha. Hekk. Kien sab il-kuraġġ. Imma ma kinitx indunat. Kienet għadha qiegħda tparla u tgħid. "Oħroġ miegħi illejla." U nħasdet. Waqfet titkellem. Iċċassat tħares lejh. It-tfajla tas-Sajf. "Inti qiegħed tistedinni......" "Iva." Kien għadu qatt ma qalilha hekk. Kien għamel xahrejn jissaporti. Forsi jistħi xi it. Forsi jżomm mistur dak li dejjem xtaq jgħidilha. "Iva niġi." Ra l-kamra tixgħel. Ħa nifs twil u ħass il-fwieħa tagħha nieżla fil-pulmun. Ħass il-palmi ta' jdejh jgħarrqu. Kemm xtaqha! Kemm riedha! Kienet aċċettat! Kienet aċċettat li toħroġ miegħu! Beda jaħseb li kien qed joħlom! Ma setax jikkontrolla r-rogħda. "Illejla." "Fejn ser teħodni Sur Frederick?" staqsietu bid-daħqa. "Fl-aqwa ristorant. Trid hux?" "Ovvja li rrid." U dakinhar kien l-ewwel fost ħafna. Ħariġha tiekol. F'ristorant lussuż. Kien nefaq ħafna flus. Imma kull sekonda kienet qisha ħolma sabiħa. Kien ordna l-aqwa nbid. U raha tlegleg b'għajnejha jixgħelu u jidwu max-xemgħa li kien hemm fuq il-mejda. "Naħseb sirt inħobbok," ried jgħidilha. Imma kien jaf. Kien jaf li kien għadu kmieni wisq. "Anke jien." Hekk xtaqha tgħidlu. U wara l-ikla kien imlebleb biex jgħidilha tmur sal-appartament lussuż tiegħu. L-appartament fejn kont tara veduta taqtagħlek nifsek. Imma hu mhux il-veduta riedha tara. Hu riedha ta' veru. Imma ħass li kien għadu kmieni. U tant riedha beżgħa jgħidilha. "Aħna rivali tal-Bank ta' Carlo," qalilha waqt iċ-ċena. "Qatt ma smajt bih," weġbitu. "Jien dejjem bil-bank tiegħek inqdejt." "M'hawnx bħalek int." Għajnejh kienu qegħdin ileqqu u xuejh imbexxqin b'mod senswali. Kemm kien xtaq affarijiet. U għalkemm minn dakinhar kienu qabdu joħorġu flimkien, kien għadu qatt ma ġieh il-kuraġġ sabiex jgħidilha ħalli wara jmorru s'għandu jew d-dar tagħha. "Int fejn toqgħod?" kien staqsieha l-ewwel darba. "Appartament żgħir. Lilek ma jogħġbokx żgur." Kien kważi ser jgħidilha. Imma kienet bidlet id-diskors. U xħin kien wassalha maġenb id-dar, kienet qaltlu biex iħalliha wara l-kantuniera. "Nistħi nurik fejn noqgħod," kienet qaltlu. U dakinhar kien aċċetta. Imma din l-istorja baqgħet għaddejja. Ma kinitx tħallih iwaqqaa quddiem id-dar. Fil-bidu ma tantx kien ta kas. Iżda mbagħad bdiet tiġih kurżita. U darba minnhom, hekk malli waqqaa fl-istess kantuniera, tatu bewsa fuq wiċċu u eżatt malli kienet ser tiaħ il-bieba, ħatfilha idha. "Samira, irrid bewsa. Bewsa biss." U ħarset lejh. Kellha xuejha ħomor. Libsa skura u qasira. Għalqet għajnejha. Bexxqet xuejha. Ħass qalbu ser tisplodi. Qabad jaġita ruħu. Kien ser ibusha! Kien ser ibus lit-tfajla tas-Sajf! Iżda malli resaq lejha, resqet lura u bdiet tidħaq. "Inti mqareb wisq Sur Frederick!" qaltlu u telqet tidħaq. Kienet saret ossessjoni. Kien iffissa fuqha. Ma kienx jaf x'kellu jaqbad jagħmel! U xi it jiem wara, eżatt malli wassalha, tefa' l-karozza 'l bogħod u ġera biċċa ħalli jittawwal warajha. U ra karozza oħra. Karozza oħra tistennieha. Telqet mal-karozza l-oħra. Frederick ħass qalbu tinqasam biċċiet. Kienet gidbitlu. It-tfajla tas-Sajf (it-tieni parti minn erbgħa)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021