Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 • illum Inpoġġu l-benesseri fil-prattika fl-Awtorità Għal impjegati fi kważi kull industrija madwar id-dinja, l-aħħar sena kienet sfida bħal qatt qabel. Il-pandemija COVID-19 biddlet il-ħajja u l-għixien, u ġiegħlet lill- impjegati jadattaw għal bidla f 'daqqa fil-prattiċi tax-xogħol u fil-ħajja tad-dar, filwaqt li jiffaċċjaw riskji ta' saħħa mentali. Fl-Awtorità tal-Ippjanar (PA), tim ta' aktar minn 400 persuna kellu wkoll jadatta għal bidliet li ġabet magħha l-aħħar sena - iżda ma kellhomx jagħmluha waħedhom. Issa qed tappoġġjahom l-Unità ġdida li ġiet stabbilita, ffokata għal kollox fuq il-benesseri u l-iżvilupp tal-impjegati, kemm matul dan iż-żmien t' inċertezza kif ukoll lil hinn. "L-Unità għall-Iżvilupp u l-Benesseri tal-Impjegati hija kunċett innovattiv li qed isir realtà" tispjega Daniela Farrugia Camoin, li qed tmexxi l-Unità l-ġdida. "Ftit organizzazzjonijiet, anke fis-settur privat, għandhom diviżjoni ddedikata bħal din, li tiffoka fuq il- benesseri tal-impjegati. Wara l-ħatra ta' Martin Saliba bħala l-Chairperson Eżekuttiv, lura f 'Diċembru 2019, beda l-proċess biex titwaqqaf din l-Unità. Billi bdiet il-pandemija ftit wara, il- ħtieġa għal din l-Unità żdiedet. Il-benesseri, wara kollox, huwa ħafna iktar minn sempliċement saħħa fiżika. Jinkludi saħħa emozzjonali, mentali, fiżika u, għal xi wħud, ukoll spiritwali. L-ambitu tagħna huwa li niżguraw li l-ħtiġijiet kollha tal-impjegati tagħna jingħataw prijorità, filwaqt li nsaħħu wkoll il-komunikazzjoni interna tagħna u s-sens ta' komunità." Max-xogħol tal-Unità il-ġdida hemm ukoll xi xogħolijiet li qabel kienu jiġu mmaniġġjati mill-Unità tar-Riżorsi Umani tal-PA. It-Taqsima diġà bdiet tniedi skeda ta' programmi u inizjattivi. "Il-programmi tagħna se jkunu personalizzati biex jissodisfaw il- ħiliet, il-kapaċitajiet u l-ħtiġijiet tal-impjegati tagħna, mir- rispons li nirċievu mill-istaff nfushom. Dawn l-inizjattivi b'tema se jinkludu miżuri varjati, bħall-introduzzjoni tal- Wara sena li biddlet il-proċessi u l-prijoritajiet tax-xogħol, l-Awtorità tal-Ippjanar ħolqot Unit ġdid għall- Iżvilupp u l-Benesseri tal-Impjegati biex tiffoka fuq it-titjib u s-saħħa tal-istaff tagħha. Immexxija minn Daniela Farrugia Camoin, it-Taqsima hija sinjal ċar ta' x' wieħed għandu jistenna fid-dinja tax-xogħol wara l-pandemija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021