Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 aħbarijiet fl-Awtorità tal-Ippjanar kunċett ta' walking meetings u coffee morning meetings, kif ukoll stħarriġ u hubs regolari li se jinħolqu biex jiffokaw aktar fuq aspetti speċifiċi tal- benesseri, bħas-saħħa fiżika u l-motivazzjoni fost oħrajn," tkompli s-Sinjura Farrugia Camoin. "Minbarra li nkopru l-aspetti fiżiċi u psikoloġiċi, se nkunu qed nappoġġjaw lit-tim tagħna fuq livell professjonali permezz ta' flessibilità kontinwa fil- ħinijiet tax-xogħol, corporate culture ta' fiduċja, u task list ownership. Irridu li l-impjegati tagħna ma jħossuhomx obbligati iżda jaqsmu r-responsabbiltà ta' xogħol flessibli, u huwa għalhekk li qed nippjanaw li noffru kmamar kwieti apposta fl-ispazju tax-xogħol tagħna, fejn impjegat jista' jmur biex jiffoka, jerġa' jieħu l-enerġija jew ineħħi l-istress." It-twaqqif ta' din l-Unità tkompli ssaħħaħ kultura proattiva u ffokata fuq l-impjegati li ilha fis-seħħ fil- PA għal għexieren ta' snin. Bħala waħda mill-ewwel organizzazzjonijiet f 'Malta li ntroduċiet it-teleworking u l-hotdesking, it-tranżizzjoni għar-realtà ġdida tax-xogħol maħluqa mill-pandemija ma kienitx drastika wisq għall- impjegati tal-PA. Minkejja dan, dak li tgħallimna matul il-kriżi tas-saħħa qed ifassal il- futur tax-xogħol fil-PA, hekk kif is-Sinjura Farrugia Camoin u l-ħaddiema speċjalizzati tal-Unità tagħha jittraduċu l-impenn tal-organizzazzjoni għall-innovazzjoni f 'appoġġ għall-impjegati f 'dinja ta' wara l-COVID-19. "Għalkemm dejjem ikunu jistgħu jaħdmu bit-telework, xi impjegati jixtiequ jirritornaw fl-uffiċċju ladarba jkun sikur," tenfasizza s-Sinjura Farrugia Camoin, "li jfisser li dawn se jbiddlu il-post tax-xogħol tagħhom mid-dar - bil- benefiċċji kollha tal-kumdità, spazju u aċċessibilità - għall- uffiċċju tagħna. Allura, il-pjan huwa li nagħmlu l-uffiċċji tagħna aktar moderni, biex it- tranżizzjoni lura tkun waħda pożittiva. Irridu li l-impjegati tagħna jħossuhom kuntenti u komdi meta jaħdmu magħna, kull fejn ikunu bilqiegħda. " Kif juri isimha, l-Unità għall- Iżvilupp u l-Benesseri tal- Impjegati tirrikonoxxi wkoll il-parti importanti li għandhom l-għanijiet professjonali fil- benesseri ġenerali ta' persuna. Kull individwu li jaħdem fil- PA - minn rekluti ġodda għal veterani - se jibbenefika minn pjan ta' żvilupp iffukat, li hu separat mill-evalwazzjoni tal- prestazzjoni tagħhom, li jidħol fl-aspirazzjonijiet tal-karriera tagħhom u jesplora kif it-talenti tagħhom jistgħu jiġu utilizzati aħjar. It-Taqsima mbagħad tikkomunika mal-mexxejja ta' kull direttorat biex tiżgura li t-taħriġ jingħata kif meħtieġ, u jsaħħaħ il-benesseri kemm tal-persunal kif ukoll tal- organizzazzjoni. Fil-fatt, id-determinazzjoni tal-Unità li ssaħħaħ il- komunikazzjoni ġewwa l-PA bejn il-kollegi u d-direttorati se tbiddel radikalment in-narrattiva fi ħdan l-organizzazzjoni. "Id-definizzjoni ta' benessri qatt mhu se tkun statika, billi l-esperjenzi ta' kull individwu jħallu impatt fuq il-bżonnijiet dinamiċi tagħhom kuljum," tispjega s-Sinjura Farrugia Camoin. "Huwa għalhekk li kontinwament qed nirriċerkaw x'inhu l-benesseri, biex niżguraw li għandna proċessi robusti f 'posthom li jiġu riveduti u aġġornati regolarment biex jirriflettu l-aħjar prattiċi. Aħna nirrappreżentaw ir- responsabbiltà tal-PA biex nappoġġjaw b'mod tanġibbli u konsistenti l-benesseri mentali, fiżiċi, emozzjonali u psikoloġiċi tal-impjegati kollha tagħna waqt ix-xogħol tagħhom fil-PA." L-impenn tal-PA jestendi wkoll biex iżid l-għarfien fuq livell Ewropew. L-Unità hija mistennija li tikkollabora mal- UE u l-Unità tal-Affarijiet Multilaterali biex tkompli timplimenta programmi ffinanzjati mill-UE, bħal Erasmus + u ESF, filwaqt li tgħin ukoll fl-akkwist ta' Fondi tal- UE biex timplimenta attivitajiet ġodda. "Diversi programmi li għandna pjanati, inkluż l-immodernizzar tal-uffiċċini, jeħtieġu finanzjament, allura aħna qegħdin fi sħubija kontinwa mat-tim ta' Finanzjament tal-UE. Permezz ta' din l-istruttura, nistgħu wkoll nannalizzaw il-kunċett ta' benesseri ma' pajjiżi oħra - biex jew noħolqu policies waħedhom jew inkella nintroduċu policies internazzjonali eżistenti. Il-PA dejjem ħaddnet bidla u ideat innovattivi, u hawn għandna l-opportunità li nkunu pijunieri f 'kultura ġdida ta' benesseri, kemm għat-tim tagħna kif ukoll għal organizzazzjonijiet oħra fuq skala globali," tikkonkludi s-Sinjura Farrugia Camoin. Il-PA dejjem ħaddnet bidla u ideat innovattivi, u hawn għandna l-opportunità li nkunu pijunieri f'kultura ġdida ta' benesseri, kemm għat-tim tagħna kif ukoll għal organizzazzjonijiet oħra fuq skala globali Irridu li l-impjegati tagħna ma jħossuhomx obbligati iżda jaqsmu r-responsabbiltà ta' xogħol flessibli, u huwa għalhekk li qed nippjanaw li noffru kmamar kwieti apposta fl-ispazju tax- xogħol tagħna, fejn impjegat jista' jmur biex jiffoka, jerġa' jieħu l-enerġija jew ineħħi l-istress

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021