Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 Mawra l-ħanut tal-kotba tal-ajruport tlaqqa' lil Mark Vella ma' Sbieħ il-Ħadd ta' Alex Mizzi u tqanqal riflessjoni dwar xi nfittxu fil-qari, l-industrija tal- kotba, u l-kwalitajiet sottovalutati tal-ħlewwa u tas-sempliċità nagħtu donnu lil storja tajba li tgħaddilek siegħa żmien u mhux wisq aktar, jaf għandha dimensjonijiet oħra: apparti l-morr li bilfors jimxi labranzetta magħha u lill-istorja ħelwa jagħmilha serja, hemm ukoll dimensjoni ta' naturalezza tal-espressjoni, anki minkejja l-ingombru tad-dmir li jassumi l-awtur letterarju. Mizzi jirnexxielu jittraduċi livell karatterjali mingħajr ma jgħabbih b'motivazzjonijiet barranin li mhumiex naturali għalih. Fil-persunaġġi tiegħu, tisma' espressjonijiet u modi ta' ħsieb u fehim li huma tant mifruxa ma' kull kategorija ta' nies u li huma essenzjalment markaturi tal-karattru Malti kif iddeterminat miċ-ċirkostanzi speċifiċi tiegħu. Il-karattru jesprimi ruħu b'mod li mhux sfurzat jew aċċentwat f 'ġieħ effett tar- realtà, jew inkella li jitteħdulu mill-vokabolarju potenzjali kliemu u ħsibijietu għax apparentement iffossilizzati wisq mit-taħdit ta' kuljum. Il-materjal li jrid jistħarreġ l-awtur qiegħed kollu kemm hu hemm quddiema, ngħixuh ta' kuljum. Ma jeħtieġx wisq irqim żejjed u barrani, u fil-fehim ta' x'inhu tassew tipiku, u mingħajr ġudizzju dwaru, toħroġ il-possibbiltà għal forma ta' risonanza tassew ġenwina għall-qarrej. Jien u naqra, mhux biss dan il-ktieb speċifiku, ma jiqfux ifaqqsu f 'moħħi l-mistoqsijiet dwar il-qagħda tal-editorja Maltija. Għaliex, anki f 'din id- dawra qasira fost il-kotba tal-ajruport, tista' tiltaqa' ma' titli li qajla tkun smajt bihom. Minkejja l-gost tal- iskoperta, mhijiex il-famuża serendipity tal-laqgħa aċċidentali ma' xi ħaġa kbira li tkun donnha ddestinata u ilha tistennik. X'aktarx, hija r-realizzazzjoni ta' kemm jinkitbu testi f 'Malta li ftit insiru nafu dwarhom, u li jiżvintaw tikka tikka tul fis- snin fir-ringieli alfabetiċi skont kif ifettilu jmexxi x-xogħol id-distributur. Testi li ftit li xejn ikollhom pubbliċità; awturi li qajla tara reċensjoni, tajba jew ħażina, dwarhom; il-mistoqsija tberren dwar kif fl-aħħar jirnexxielu jaqla' x'jiekol tassew il- pubblikatur u l-ħaddiem tal- kotba. Is-sensazzjoni wkoll li, anki jekk proċess naturali, hemm kotba li forsi nonfħuhom aktar milli ħaqqhom, speċjalment jekk ismijiet b'saħħithom jew b'potenzjal ta' promozzjoni lil hinn minn dak tas-soltu. Minkejja li għal darb' oħra, is- suq dejjem se jsuq, nissuspetta li hemm firxa vasta ta' kitba Maltija tajba għal kulħadd, u li kapaċi anki ssaħħar qarrejja oħra, qarrejja differenti, li mhux bilfors qed ifittxu l-aħħar opra kbira, u lanqas ma jridu jitqannew bir-rumanzetti ta' aqra u armi. In-novelli ta' Sbieħ il-Ħadd jidħlu fil-laħam il-ħaj tal- kwotidjanità b'tali mod li jqanqlu rivalutazzjoni ġdida tal-mumenti regolari tal-ħajja li tant huma komuni li bla ma rridu nirriduċuhom għall- banalità awtomatika, ħwejjeġ li għandhom u li kellhom jiġru. Żjara l-isptar, tifkiriet ta' ħbiberija antika, il-ħajja tal- familja: ġrajjiet tipiċi għall- aħħar, tant li ningħarfu fihom minnufih u li l-awtur jirnexxielu jirrakkonta b'mod li jqanqal riflessjoni, saħansitra anki gravi, mingħajr ma jtellef mill-inevitabbiltà tan-natura tagħhom. Stejjer li jfakkruni fl- osservazzjoni tar-realtà li xxaqleb x'imkien bejn in- neo-realiżmu u l-commedia all' italiana ħafifa li telgħu bihom anki ġenerazzjonijiet ta' Maltin. Kull qagħda tal- ħajja tistħoqqilha riflessjoni u kull sitwazzjoni mgħobbija b'potenzjal għar-rakkont. Is-sempliċità u l-ħlewwa, anki fis-sens tal-osservazzjoni bla wisq ġudizzju ta' għemilna ta' kuljum, jistgħu jidhru bla snien, imma fl-idejn it-tajba kapaċi jsiru għodod jaqtgħu. Konsultazzjoni Pubblika 15 ta' Ġunju – 13 ta' Lulju 2021 consultations@mecp.org.mt www.environment.gov.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021