Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 aħbarijiet KONSULTAZZJONI PRELIMINARI MAS-SUQ ĊEKKJATUR TAL-ORTOGRAFIJA U L-GRAMMATIKA TAL-MALTI U SERVIZZI RELATATI L-iskop ta' din il-konsultazzjoni hu li tidentifika soluzzjonijiet diġitali potenzjali u operaturi ekonomiċi fis-suq li jistgħu jipprovdu ċekkjatur tal-ortografija u l-grammatika tal-Malti. Għal tagħrif ieħor idħol fis-sit etenders.gov.mt L-AVVIŻ TAL-OFFERTA: MHAL/01/2021 Dawk kollha interessati għandhom idaħħlu l-offerta tagħhom mis-sit tal-e-tenders mhux aktar tard mit-30/06/2021 f'12:00 C M Y CM MY CY CMY K Spell Checker Ad MT.pdf 2 27/05/2021 10:32 'Għajb kbir għall-ekonomija u l-impjiegi jekk Malta tispiċċa fuq il-lista l-griża' – Sors għoli fil-Gvern jitkellem mal-ILLUM Minkejja li Malta kisbet konklużjonijiet aktar pożittivi minn pajjiżi oħra membri tal- Unjoni Ewropea, pressjoni mill-Amerika, l-Ingilterra u l-Ġermanja tista' twassal biex Malta tispiċċa fuq il-lista l-griża. Rapporti mill-FATF (It-Task Force għall-Azzjoni Finanzjarja) juru li Malta hija aħjar minn diversi pajjiżi fejn tidħol ir- regolamentazzjoni finanzjarja. Jekk Malta tispiċċa fil-lista l-griża, eluf ta' impjiegi jispiċċaw mhedda. Sors għoli fil-Gvern Malti saħaq mal-gazzetta ILLUM li huwa għajb kbir, li wara snin twal ta' rabtiet fil-qrib mal-Ingilterra u l-Istati Uniti, qed issir pressjoni politika biex timmina lil Malta u dan biex "sempliċiment jagħmlu punt politiku." (Aqra paġna 21) Insista li jekk Malta tispiċċa fuq il-lista l-griża, il-pajjiż irid jara kif se jipproteġi l-interess tiegħu, anke għax jispiċċa l-uniku membru tal-Unjoni Ewropea f 'din il-lista. "Huwa ta' għajb li wara dawn is-sagrifiċċji kollha u reviżjoni ħolistika tas-sistema finanzjarja tagħna, spiċċajna f 'din is- sitwazzjoni," kompla jisħaq l-istess sors. Mistoqsi mill-ILLUM x'jista' jagħmel il-pajjiż, l-istess sors tenna li "dak li jridu jagħmlu lil Malta, hija xi ħaġa serja ħafna." "Ikun ifisser theddida għall- impjiegi u n-negozji. Hemm ħafna toroq li nistgħu nieħdu. Issa wasal iż-żmien li nissaħħu għax ma jistax ikun li kulħadd jitrattana b'dan il-mod," insista. Insista li bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, hemm ħafna wieħed x'jista' jagħmel, anke għax Malta għandha l-istess drittijiet ta' pajjiżi oħra. "Ħadd ma jwaqqafna li neżerċitaw id-drittijiet tagħna," insista. Temm jinsisti li apparti l-impjiegi, jekk Malta tispiċċa fuq il-lista l-griża, dan se jkun ifisser daqqa u theddida kbira għas-servizzi finanzjarji u setturi oħra marbuta mal-igaming u l-formazzjoni ta' kumpaniji barranin f 'Malta. "It-tmiem ta' dan kollu jkun ifisser daqqa kbira lill-ekonomija Maltija," insista l-istess sors. Fl-aħħar jumejn il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana kien f 'taħdidiet mal-Gvern Ġermaniż biex jiem x'kienet ir-raġuni għall-oppożizzjoni tal- Ġermanja. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ukoll kiteb lill- FATF biex jgħidilhom li jekk il- Partit Nazzjonalista jkun elett, se jaħdem biex Malta tikseb ir- reputazzjoni li kellha. Imma l-Amerikani xi jridu? • Ipattuhielna għal xi ħaġa li għamilna u li marret kontra x-xewqat tagħhom • Ipattuhielna għax ma ffirmajniex il-ftehim SODA • Ipattuha lill-Gvern li għadu ma ffirmax ma' Steward Health Care • Biex jibagħtu l-messaġġ li huma jiddeċiedu minn jispiċċa fuq il-lista Xi tfisser li tispiċċa fuq il- lista l-griża? • L-investiment f 'Malta jsir aktar diffiċli • Kummerċ ma' pajjiżi bid- dollaru jsir diffiċli ħafna • Aktar skrutinju għal kull kumpanija li tagħmel negozji f 'Malta Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qiegħed f 'taħdidiet biex jikkonvinċi lill-pajjiżi Ewropej li ma hemm l-ebda raġuni għaliex Malta għandha tispiċċa fuq il-lista l-griża

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021