Illum previous editions

ILLUM 20 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 Carmel Bonnici Seven Brides for Seven brothers - film melodjuż, innovattiv u mimli vitalità (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet... Fis-sena 1850, Adam Pontipee (Howard Keel) imur f 'belt ta' Oregon ifittex mara biex jiżżewwiġha ħalli tmexxi daru u r-razzett li fih kien jgħix flimkien mas-sitt ħutu kollha subien. Hemmhekk jiltaqa' ma' Milly (Jane Powell), li taħdem f 'ristorant. Milly u Adam jiżżewwġu ta' malajr u dlonk jirritornaw lejn ir-razzett, 'il bogħod fil- muntanji. Hekk kif jaslu d-dar, Adam juri x'tassew hu; bniedem bla edukazzjoni u goff ta' wara l-muntanji. Milly tiltaqa' mas-sitt aħwa ħutu, Benjamin, Caleb, Ephraim, Frank, Daniel u Gideon, kollha slavaġ bħal ħuhom. Mingħajr ma taqta' qalbha hi, ħafna inqas fit-tul minnhom u huma kollha enerġija u saħħa, tiddeċiedi li tgħallimhom ikunu edukati u li jbiddlu l-manjieri tagħhom. Tgħallimhom ukoll jiżfnu u teħodhom f 'post fejn se jtellgħu għorfa tal-injam. Hemmhekk, is-sitt aħwa jiltaqgħu ma' sitt tfajliet u anki jindieħsu magħhom. Il-kunflitt jasal meta dawn ix- xebbiet kollha kellhom lil xi ħadd li jridhom mill-belt u issa saru għajjurin. Wara żifna tassew eżileranti li it dehret bħalha fiċ-ċinema sa dak iż-żmien, tinqala' ġlieda mill-aqwa u l-għorfa li kienu qed jibnu f 'salt tiġġarraf. Meta jmorru lura d-dar, Adam jaqra lil ħutu l-istorja tal-ħtif u stupru tan- nisa Sabini mir-Rumani u jħeġġiġhom jisirqu lil dawn it-tfajliet u jġibuhom lura d-dar. L-aħwa jmorru fil-belt u b'manjiera tassew umoristika u farseska jaħtfuhom. Meta n-nies tal-belt jindunaw b'dan, imorru warajhom bl- ixkubetti, iżda meta jaslu f 'passaġġ dejjaq qalb il-muntanji, it-twerżiq tat-tfajliet jikkaġunaw valanga ta' silġ li timblokka l-passaġġ u sar- rebbiegħa t-triq tkun magħluqa. Mal-wasla fir-razzett, it-tfajliet kollha jibku u furjużi jsibu protezzjoni minn Milly. Hi ċċanfar lis-sitt aħwa u tibgħathom jgħixu fl- għorfa. Adam jitlaq waħdu jgħix fil-kabina tiegħu fuq il-muntanja. Huma jgħixu hemm tul ix-xitwa kollha, imma sakemm tasal ir-rebbiegħa, il-bniet jibdew iħossu n-nuqqas tal-attenzjoni tal- aħwa u anki jsiru jħobbuhom. Iż-żgħir, Gideon (Russ Tamblyn) imur lejn il-kabina jipprova jipperswadi lil Adam jerġa' lura d-dar billi jgħidlu li martu għandha tifla. Meta hu jasal isib lil Milly u t-tarbija jistennewh. Is- silġ jinħall u l-irġiel irrabbjati tal-belt jaslu fir- razzett. Huma jsibu li t-tfajliet huma ferħana f 'dak l-ambjent u li jridu jiżżewwġu lill-aħwa. L-istorja tispiċċa billi ssir ċerimonja waħda ta' dawn is-sitt koppji, bil-missier tat-tfajliet fuq wara lesti bl-ixkubetta f 'idhom fil-każ li xi ħadd mill-irġiel jerġa' jibdielu. Seven Brides For Seven Brothers hu wieħed mill-isbaħ nett films mużikali li qatt inħadmu. Il-mużika ta' Johnny Mercer u Gene De Paul u anki l-kanzunetti, speċjalment dik tal- uħ Bless Yore Beautiful Hide, e Sobbin' Women u Lonesome Polecat huma tassew tal-widna, imma din il-produzzjoni teċċella fin-numri ta' żfin li verament jiddevertu. Iż-żifna tal-għorfa li sa dak iż-żmien qatt ma deher il-kwalità tagħha tassew tissorprendik u tħallik bla nifs. Il-film rebaħ Oscar għad- direzzjoni tal-mużika. Dan ix-xogħol li nħadem bis-CinemaScope wara diversi snin ispira serje televiżiva u anki xogħol mużikali fuq Broadway li iżda ma kellhomx suċċess. L-atturi li għamlu l-parti tas-sitt aħwa huma kollha żeffiena primi u dawn jikkonsistu f 'Jeff Richards, Tommy Rall, Matt Mattox, Marc Platt, Jacques d'Amboise u Russ Tamblyn waqt li Julie Newmeyer (wara ħadmet films oħra bl-isem ta' Julie Newmar), Nancy Kilgas, Betty Carr, Virginia Gibson, Ruta Kilmonis (wara dehret f 'films oħra bħala Ruta Lee) u Norma Doggett kienu l-għarajjes. Stramb hu l-fatt li fl-1954, il-Paramount Pictures ħarġu film ieħor mużikali, Red Garters b'sets fantastiċi, ikkuluriti u stilizzati u b'atturi/kantanti popolari bħal Rosemary Clooney u Guy Mitchell iżda għadda kważi, bla ma ġie osservat, waqt li Seven Brides For Seven Brothers li kien qed jintwera fl- istess żmien sploda. Fl-2006, l-American Film Institute semmew lil Seven Brides For Seven Brothers bħala wieħed mill-aqwa films mużikali magħmul minn Hollywood. Dan il-film ġie magħżul biex ikun ippreservat fil-US National Film Registry tal- Librerija tal-Kungress bħala kulturalment, storikament u estetikament sinifikanti. Din il-produzzjoni li tieħu 103 minuti tibqa' bħala monument fl-annali taċ-ċinema mużikali. Minkejja li għaddew kważi 70 sena minn fuqu, Seven Brides For Seven Brothers ma jeqdim qatt u jibqa' jappella għan-nies ta' etajiet diversi. TMIEM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 June 2021