Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 • illum Claudio Grech huwa Deputat Nazzjonalista responsabbli għat-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-PN Claudio Grech Nerġgħu nibnu l-pedamenti L -aħbar ta' din il-ġimgħa li pajjiżna spiċċa fuq il-lista l-griża ta' l-FATF ġabet magħha ħafna rabja u tħassib. Għalkemm ir-riżultat ma' kienx xi sorpiża, xorta waħda hekk kif ħarġet l-aħbar kulħadd ġie wiċċ imb'wiċċ mar-realta' li ridna nibdew naġġustaw għaliha. Realtà li ser tkun iddominata minn l-in- ċertezza dwar kif u meta pajjiżna ser joħroġ minn din is-sitwazzjoni inkwetanti u kif ser inkunu qed nerġgħu nibdew it-triq tal-bini tal-kredibbilta' ta' pajjiżna. Meta janalizza l-impatt ta' żvilupp bħal dan wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li, matul dawn l-aħħar għoxrin sena, l-ekonomija ta' pajjiżna ġiet ittrasformata minn waħda bbażata fuq il-prezz irħis tax- xogħol (iċ-cheap labour) għal waħda mibnija fuq servizzi li jistgħu jingħataw permezz ta' l-infrastruttura diġitali. Dawn is-servizzi huma prattikament kompletament dipendenti fuq ir-reputazzjoni u s-serjeta' tal-ġurisdizzjoni u l-ħeffa fit-twettiq ta' tranżazzjonijiet finanzjarji. U huwa proprju għalhekk li din id-daqqa ta' ħarta ser tħalli riperkussjonijiet u ġerħiet ekonomiċi li ser jieħdu ż-żmien biex jirriżolvu ruħhom. Gvernijiet Nazzjonalisti ma' kienux perfetti u żbalji wettqu. Iżda ħaġa waħda żgur li qatt ma' ġiet ppreġudikata: il- kredibbilta' tal-ġurisdizzjoni u r-reputazzjoni ta' pajjiżna barra minn xtutna. Prim Ministri ta' dawn il-gvernijiet mhux biss kellhom l-istatura meħtieġa biex jirrapprżentaw lill-iStat iżda kienu wkoll igawdu minn rispett enormi madwar il- mejda tal-Kapijiet ta' l-iStati l-oħra, rispett li kien il-frott tar-reputazzjoni ta' pajjiżna li finalment kienet ir-riżultat tal- governanza ta' pajjiżna. Iżda kif jgħid il-Malti, għal- magħmul m'hemmx kunsill. Bħala Oppożizzjoni matul l-aħħar tmien snin wissejna fuq li wissejna li ma' kull pass li kien qed jagħmel il-Gvern. Kull ġurnata li tgħaddi kont qed nersqu dejjem aktar viċin il-preċipizzju li issa rridu nibdew telgħin minnu mingħajr dewmien iżda bil-galbu li jixraq sitwazzjoni prekarja bħal ma' wasalna fiha. M'hemmx dubju li l-aħjar triq biex noħorġu minn dan il-preċipizzju hija li jitwarrbu l-battibekki u l-ħidma tkun biss iffukata fuq it-tisħiħ tas-sistemi tagħna u l-iskrutinju tat- tħaddim tagħhom sabiex ma' tinħeliex enerġija fuq xulxin. Huwa f 'dan il-kuntest li wieħed irid iqis l-ewwel reazzjoni tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni Bernard Grech ftit tas-siegħat biss wara li tħabbret id-deċiżjoni ta' l-FATF. Hu seta faċilment jagħmel kapital politiku minn dan il-falliment gravi tal-Gvern Laburista. Iżda minflok, l-appell tiegħu kien għal front komuni nazzjonali biex din il-problema noħorġu minnha flimkien, bl- uniċi rebbieħa jkunu Malta u l-poplu tagħha. Hija sfortuna li r-reazzjoni tal-Prim Ministru għal din il-proposta kienet waħda ċara ta' suppervja, fejn ir-rwol tal- Oppożizzjoni lanqas biss jiġi kkalkulat. Din hija waħda mill- fatturi għaliex wasalna s'hawn. Il-Gvern jemmen u jaħseb li jaf kollox u jista' jagħmel kollox waħdu. Il-Gvern jinjora lill- Oppożizzjoni Parlamentari li tirrapreżenta 43% ta' l-elettorat fil-Parlament. Din l-attitudni tribali ser tibqa' toħloq id- diviżjoni, il-firda u d-diverġenzi anke f 'oqsma fejn huwa ċar li l-aħjar għażla ta' politika hija dik ibbażata fuq il-kunsens. Madankollu, l-Partit Nazzjonalista mhux ser jibqa' assenti jew silenzjuż f 'din l-isfida. Ser inkomplu naħdmu, nikkonsultaw u nifformulaw proposti fil-qafas tal-policy clusters sabiex pajjiżna jkollu quddiemu programm ta' miżuri, azzjonijiet u inizzjattivi li ser iwasslu biex noħorġu minn dan l-isqaq ekonomiku li dħalna fih, illum qabel għada, u dan għaliex pajjiżna u l-ekonomija tagħna ma' tiflaħx aktar tumakki u daqqiet jekk irridu nibqgħu ngawdu dak li ksibna s'issa. Ser inkunu qiegħdin nibnu programm ta' ħidma li huwa intiż biex iġib flimkien l-aqwa mħuħ u l-aktar persuni rispettati f 'dan il-qasam sabiex inkunu nistgħu nfasslu t-triq 'il quddiem. Triq li ser tkun iggwidata mill-qofol tal-politika tagħna li huwa l-ġid komuni. Huwa f 'mumenti bħal dawn fejn dak li verament nemmnu fih irid jiġi espost. Nistgħu nkunu popolisti, nilgħabu għall- gallarija jew nagħmlu PR stunts li jrebbħu l-voti iżda jtellfu l-valur tal-Partit Nazzjonalista. U għalhekk mhux ser nagħżlu dik ir-rotta. Mill-banda l-oħra t-triq li nagħżlu aħna hija dik li twarrab il-pika u tibni fuq il- kompetenza li kapaċi terġa ttina l-kredenzjali biex pajjiżna mhux biss jitneħħa mill-lista l-griża iżda jerġa jsib postu fost l-aktar ġurisdizzjonijiet rispettati madwar id-dinja. Finalment, ma' ssirx l-aqwa fid-dinja bil-kliem fuq dokumenti mimlija ritratti iżda billi tibni ekonomija fuq pedamenti sodi u qatt u qatt ma' tagħmel xejn biex therrihom jew tippreġudikhom. Dan huwa dak li ser jagħmel Gvern Nazzjonalista ġdid immexxi minn Bernard Grech bħala Prim Ministru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021