Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607
26 oroskopju IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 Bidu ta' Żodjaku ta' CANCER mill-21 ta' Ġunju sal-22 ta' Lulju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik Aquarius ser ikun mument ta' deċiżjoni. Għalhekk huwa mportanti li toħroġ b'dik il-ħeġġa u determinazzjoni kollha tiegħek possibli sabiex twettaq dak li hemm bżonn jitwettaq. Tagħtix kas ta' xi oppinjonijiet għax dan ser ikun pass kbir għalik li twettaq. Ser tħalli lil kullħadd sorpriż.Il jum ideali għalik huwa dak tal-Erbgħa. Aquarius huma magħrufin għal attenzjoni li huma jagħtu. Namaste KOMPETIZZJONI Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik Pisces ser ikun mument ta' riflessjoni profonda dwar dak li int tixtieq twettaq fil-karriera tiegħek. Minn issa tajjeb li kemm tista' żomm lilek innifsek kawt u tosserva sabiex tkun tista' tanaliżża aktar dak kollu li qed iseħħ fil-madwar tiegħek sabiex twettaq analażi b'aktar reqqa.Il jum ideali għalik huwa dak tas-Sibt.Pisces huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste. Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik Aries ser jagħmlek tgħaraf iżjed li kollox għandu il-waqt tiegħu u kull fażi trid tesperjenza sabiex finalment ikollok dak li tixtieq. Jista' jkun li wasal il-waqt li tieħu forma ta' parir li dan jaf ikun ta' gwida f 'din il-fażi li ser tkun madwarek sabiex tkun tista' tgħaqqad dan kollu lejn soluzzjoni. Il jum ideali għalik huwa dak tat-Tlieta.Aries huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik Taurus ser ikun mument li tgħaraf dik l- opportunita' ideali li int tant ilek taħdem għaliha. Iżda din l-opportunita' trid xorta waħda tagħmel analażi profonda qabel tieħu ċertu deċiżjonijiet jew direzzjonijiet sabiex b'hekk int tkun żgur f 'din ir responsabbilita' li din iġib magħha.Il jum ideali huwa dak tal-Ġimgħa.Taurus huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik Gemini ser ikun proċess li bħalissa int qed tesperjenza fil- karriera tiegħek. Dan ovvjament jaf iġib miegħu it ta' pressjoni madwarek u minħabba f 'hekk jaqbel li int taħseb għal bilanċ ta' ħin ta' rilassament sabiex b'hekk tkun qed toħloq bilanċ għall ħajja sabiex tibda tara aktar stabbilita.Il jum ideali għalik huwa dak tal-Ħamis.Cancer huma magħrufin għal abbilita' u t-twemmin fihom infushom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik l-istess Cancer ser ikun il-waqt li tiltaqa ma' persuna li ser tipproponilek opportunita', iżda trid tgħaraf is-saġrifiċju li trid tagħmel sabiex int tkun tista' twettaq din l-opportunita' li ser tkun offruta lilek.Trid tgħaraf ukoll kif issa trid tagħmel analiżi profonda ta' din l-opportunita' biex b'hekk dan żgur jirriżulta f 'suċċess. Il jum ideali għalik huwa dak tat-Tnejn.Leo huma magħrufin għal ispontanjeta' tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik Leo ser ikun possibli li int tibda tgħaraf li hemm bżonn tħoll dik ir-ras iebsa meta int ser tibda tirċievi suġġerimenti dwar ċertu tibdil fl-istil tal-ħajja ta' madawarek. Din sejra tkun bidla li hija ferm utili għalik għal dak li hemm riesaq lejk sabiex tkun tista' timxi u tħossok aħjar.Il jum ideali għalik huwa dak tat-Tlieta.Virgo huma magħrufin għal burdata stabbili tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik Virgo ser ikun mument li jagħmlek persuna aktar matura u dixxiplinata. Ser tiltaqa' ma' persuni ġodda u hemm il- probabilita' li int tibda' tisma idejat għal pjanijiet ġodda li int żgur tixtieq twettaq. Iżda trid tgħaraf tkun imħejji sew għal dan , trid turi li dak li int tidħol għalih kapaċi twettqu.Il jum ideali għalik huwa dak tal-Ġimgha.Virgo huma magħrufin għal burdata stabbili tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik Libra ser jagħmlek tirrifletti dwar pjanijiet li int kont kostrett tħallihom fuq l-ixkaffa. Għalhekk issa wasal iż-żmien li tibda' twettaq xi wħud minnhom. Ovjament issa trid tgħaraf twettaq skeda bejn dak li qed twettaq preżentament u bejn dawn ix-xogħlijiet b'lura sabiex b'hekk twettaq dan kollu mingħajr tfixkil jew żbalji.Il jum ideali għalik huwa dak ta Sibt.Libra huma magħrufin kemm huma umili. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik Scorpio ser iwasslek sabiex int tkun tista' tibda tippjana dak li tant ilu f 'moħħok. Persuna li kont ilek ma tiltaqa' magħha ser titfaċċa. Din taf tagħtik forma ta' idejat li jaf jikkombinaw ma' dak li int tkun qiegħed tippjana. Għalhekk issa tagħaġilx għax kif jgħid il-qawl, qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.Il jum ideali għalik huwa dak tal-Erbgħa.Scorpio huma magħrufin għal istabbilita' tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Cancer għalik Sagittarius ser ikun mument ta' spinta f 'dak li int trid twettaq imma trid tgħaraf l-ewwel tħejji pjan tajjeb dwar il- finazjarjament tiegħek b'hekk int tibda' tanaliżża aktar is-sitwazzjonijiet kompluti tiegħek personali mingħajr ma ddaħħal lill ħadd sabiex dak li trid twettaq ikun ta' sodisfazzjon personali.Il jum ideali għalik huwa dak tat-Tnejn.Sagittarius huma magħrufin għal abbilita' organizzata. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-bidu taż-żodjkau ta' Cancer għalik Capricorn ser ikun il-mument ta'pressjoni finanzjara madwarek iżda jekk int minn issa tagħraf tagħmel forma ta'skeda sabiex tibda timmaniġja aħjar l-infieq tiegħek għal ġimgħat li ġejjin , ġrazzi għal dan il-pjan int tkun tista' tikkalkula l-ippjanar aħjar tal-finanzi tiegħek.Il jum ideali għalik huwa dak tal-Ħamis.Capricorn huma magħrufin għal flessibilita' tagħhom. Namaste L-ewwel Premju: Voucher ta' skont ta 25% fuq il-publikazzjonijiet kollha ta' PaulJon. It-tieni Premju: Voucher bi skont ta' 10% fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala L-ewwel premju ntrebaħ minn: Erica Dalli minn Naxxar It-tieni premju ntrebaħ minn: Maryann Falzon minn S.Pawl il-Baħar Mistoqsija sempliċi għall-kompetizzjoni tal-ġimgħa d-dieħla: PaulJon bl-Oroskopju Għalik, huwa l-ħames, l-ewwel jew it-tielet ktieb? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lill- PaulJon, Kompetizzjoni '' ILLUM '' Po Box 27 Paola. Il-Pubblikazzjoni: PaulJon bl-Oroskopju Għalik Issa li għaddew tlett xhur minn mindu ħarġet din il-pubblikazzjoni, 'PaulJon bl-Oroskopju Għalik', nista' nwieġeb għal diversi mistoqsijiet tagħkom. Dan il-ktieb jiġbor l-Oroskopju ta' kull żodjaku għal kull xahar għal sena sħiħa li jwassal il-kalendarju żodjaku sal-20 ta' Marzu 2022. Dwar il-messaġġi li huma kkombinati mal-oroskopju ta' kull xahar, dan huwa riflessjoni sabiex wieħed jirrifletti u jgħaraf aktar il-ħtieġa tal-messaġġ intenzjonat sabiex jispirak. L-Oroskopju huwa mezz ta' gwida. Gwida ta' kif int tista' tikkombina dak li hemm ma' dak li jista' jkun aħjar. Dan huwa ktieb ibbażat fuq bażi ġenerali u mhux personali iżda jservik b'mod pożittiv lejn dik il-gwida ta' aspirazzjoni. Għal aktar informazzjoni ibgħat sms : 79495804. Namaste