Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 rakkont Sharon Calleja It-tfajla tas-Sajf (it-tielet parti minn erbgħa) T elaq jiġri b'kemm kellu saħħa f 'saqajh għal wara l-karozza li kienet għadha kemm daħlet fiha! Ma kienx qed jara ċar biż-żlieġa li kienet ffurmat quddiem għajnejh. Kienet tradietu. Gidbitlu u daħqet bih! U hu........ Hu kien afdaha! "Nirrak imgħarrqa!" għajjat waħda kbira fit-triq mudlama, hekk kif il-karozza li kien qed isus warajha werżqet waħda r-roti fuq it-tarmak tat-triq u telqet riħ, tħalli biss daħna bajda warajha eżatt quddiem wiċċu. Għal mument, Frederick baqa' hemm iħossu qisu mitluf fit-triq siekta, donnha anke hi kienet qiegħda taħbi l-verita minnu f 'dik il-monotonija li tħalliet wara l-ħsejjes tal-magna tal-karozza li kienet qiegħda ġġorr lil dik li hu kien mingħalih jimpurtaha minnu. Imbagħad ġieh ħsieb. Ħsieb f 'waqtu! Telaq iħuf malajr lejn il-karozza tiegħu. Daħal ġo fiha bla dewmien. Qabbadha. Dawwarha lejn il-lat tat-triq l-oħra. Ħa nifs twil. Ħares minn ġol-windskrijn lejn il-lejl. Dik it-triq. L-istess waħda fejn kienet telqet dik il-karozza misħuta. Għafas saqajh fuq il-gass. Ħass il-pedala tingħafas kollha sal-qiegħ b'saħħtu kollha. Donnu n-nervi li kien qed iħoss dak il-preċiż mument, kienu kollha f 'dik is-sieq li kienet qiegħda fuq dik l-imbierka pedala. U saq bid-dritt għal għonq it- triq. Kienet triq waħda ewlenija u kien ċert li bil-veloċita li kien għaddej biha, kien ser jilħaqhom żgur! U mill-bogħod, hekk kif id-djar kienu għaddejjin żbrixx minn miegħu, ra par dwalijiet ħomor donnhom joqorbu it lejh. Daħaq waħdu. Kemmex moħħu u għafasha aktar. "Samira.........ġej għalik!" beda jlissen minn taħt qisu wieħed mhux ċert eżatt x'ried jagħmel. Id-djar fuq iż-żewġ naħat tal- ħġieġ tal-karozza li kien qed isuq, bdew għaddejjin aktar malajr minn qabel. Il-pedala niżlet s'isfel nett, beda jħoss kważi li kien ser jaqla' l-qiegħ tal-karozza bil-pressa li kien qed jagħfas 'l isfel. U raha aħjar. Il-karozza. L-istess waħda. F'dawn il-ħinijiet, qajla kont tara lil xi ħadd barra. Resaq eqreb. U eqreb. Beda jinduna li kienu ndunaw bih u l-karozza ta' quddiemu żiedet il-veloċita' wkoll. Imbagħad ipprova jersaq eqreb. U eqreb. Għafas idejh fuq l-istering u pprova jgħaddi l-karozza l-oħra mill-ġenb. U beda riesaq mill-ġenb. U ħares lejhom. Ried jarahom. Ried jara min kien mar għaliha. Min kien ġabarha warajh. U għalfejn. Għalfejn kienet gidbitlu. U raha tħares lejh. Xagħarha kien qed ileqq fid- dwalijiet oranġjo li kienu qegħdin joffru t-toroq notturni. U hu. Lilu ma setax jarah sew. Kull ma ra, kien silwett ta' raġel qed isuq u jħares lejh. Għajnejh ileqqu. Donnu wieħed minn dawk il- kattivi li kienu jkunu fil-films biex ibeżżgħu lit-tfal. U kien propju dak il-ħin. Karozza oħra kienet ġejja minn naħa opposta. Brejk. Twerżiq ta' roti.Daqqa Ħadid jitgħaffeġ. Rasu taħbat mal- windskrijn. Ħġieġ jinkiser. Uġigħ Dmija. Ċpar. Silenzju. Ftit wara nstemgħu s-sireni tal- ambulanza jidwu mal-inħawi. Is-Sur Frederick instab mgħaffeġ fil-karozza f 'kundizzjoni kritika ħafna. Għaddew ġranet. Ġimgħat. U xhur. It-triq għar-rijabilitazzjoni ma kinitx waħda faċli. L-ewwel persuna li ra xħin fetaħ għajnejh kien Nicky. "Nicky............" beda jgħidlu b'xuejh mingħajr bżieq hekk kif kien stendut fuq sodda mingħajr ma seta jiċċaqlaq jew idur bil- pajpijiet li kellu ħerġin minn kull naħa ta' ġismu. "Tista' tgħidli x'kont qed tipprova tagħmel?" staqsieh Nicky, jidher inkwetat wisq. "Ma niakarx sew." "Sur Frederick............." "Vera." "Ma rridx inkun jien li nagħtik din l-aħbar, imma l-bank tagħna falla. Ma fadal xejn aktar. Tlifna kollox." "X'inti tgħid? Kif jista' jkun?" staqsieh Frederick b'ħalqu miuħ. "U l-istaff?" "Kollha telqu. Ilek xhur hawn. U taf int, il-bank kellu bżonn lilek. Diġa kien qabad it-triq għan-niżla. Xbajt ngħidlek." "Imma........" "Imma xejn. Issa spiċċa kollox." "Nicky, u hi...........hi x'sar minnha?" Fil-bidu, Nicky għamel tabirruħu li ma kienx qed jiem għal min kien qed jirreferi Frederick. "Minn dakinhar tal-inċident, qatt ma resqet aktar 'l hemm." Frederick ħass għoqla fl-istonku. Kienet lagħbitu? "Ġiet tarani hawn? Inti taf jekk........?" staqsa lil sieħbu. Nicky għamillu le b'rasu. "Żgur li le. Jien kuljum hawn ħdejk." Għal mument, Frederick kien ser jaqbad jibki qisu tifel żgħir. Riedha. Ried isibha xorta. Kienet ġennitu. Kienet dak li dejjem xtaq. "Kif se nsibha?" staqsa lil Nicky. "Ma nafx kif iffissajt hekk fuqha. U l-bank? Ma jimpurtak xejn li għedtlek li fallejna?" Għajnejh kienu miuħin qishom ta' seqer. Ma setax jemmen li s-Sur Frederick kien waqgħalu hekk għal dublett. "Fittixli fuqha. Ara fejn toqgħod. Irrid insibha. Inkellimha. Dan kollu........tort tagħha," qallu Frederick b'leħen baxx, iħares lejn il-friex li kien qed jgħattilu nofs saqajh. "Nagħmel hekk mela." Nicky qam bilwieqfa, sellimlu u telaq 'l barra. U malli Frederick ddeċieda li jixgħel it-televixin tal-kamra, ra dokumentarju fuq il-Bank ta' Carlo u kien hemm Carlo jitbissem, b'żaqqu kbira taħt ġlekk mhux maqful, b'wiċċu ruxxan, jitkellem kemm kien qed jagħmel ishma u qliegħ. Frederick ħassu ser jirremetti. L-għażiż Nicky ma tantx dam ma ġablu aħbar. Indirizz. Fuq karta mħażża. "Hemm toqgħod. U ġibtulek għax naf li fadallek biex toħroġ minn hawn, għax kieku lanqas ma kont inġibulek," qallu jagħtih l-indirizz. U hekk malli ra isimha mħażżeż fuq karta, ħass l-enerġija ġejja lura kollha għal ġo fih. Ried joħroġ. Ried isibha. Ikellimha. Jara eżatt x'logħba kienet qiegħda tilgħab. U wara xi ħmistax, kien ġie t-tabib u qallu li seta' jmur id-dar. Fil-bidu mhux suppost kellu jimxi ħafna. Saqajh kienu għadhom debboli u anke minħabba l-fatt li xħin kien idum bilwieqfa kien għadu qed jistordi. U malli ħareġ, qabad taxi. "Dan l-indirizz..........." qal lix- xufier. Waslu quddiem villa kbira, kollha ħġieġ, tidher maestuża bi ġnien imdaqqas fuq iż-żewġ naħat, wara u quddiem. Siġar kbar taċ- ċipress u saħansitra funtana żgħira b'delfin żgħir tal-ġebel fin-nofs. Mar bilmod iħabbat fuq il-bieb. Il-bieb infetaħ bilmod. "Hi hawn qiegħda?" staqsa Frederick lill-mara xi it imdaħħla fiż-żmien li fetħitlu. "Hi min?" staqsietu dik b'leħen maħnuq. "Samira." "Hawn ma joqgħod ħadd b'dak l-isem, sinjur." "Imma qaluli li hawn toqgħod." "Għandek żball." Kien qed jissusspetta li Nicky kien ħa xi żball. "Grazzi." Sellmilha u telaq. X'kien ser jagħmel? Fejn kienet? Fejn kienet it-tfajla tas-Sajf tiegħu? Jew ma kienet tiegħu xejn? Ikompli l-Ħadd li ġej...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021