Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 • illum e Imperial, id-dar il-ġdida għall-anzjani tal-Grupp Antonia fil-qalba ta' Tas-Sliema, fetħet il-bibien tagħha wara rinnovazzjonijiet estensivi u laqgħet l-ewwel mistednin tagħha. Ir-residenza l-ġdida, li rrestawrat il-bini l-qadim ta' e Imperial Hotel filwaqt li ppreservat l-wirt arkitettoniku tagħha, tadotta l-kompetenza, l-esperjenza u l-valuri ta' aktar minn żewġ deċennji ta' Casa Antonia, li tiffoka fuq il- prinċipju ta' xjuħija attiva u indipendenti. B'dekorazzjoni mill-isbaħ, e Imperial toffri diversi tipi ta kmamar akkumpanjati minn 6,000 metru kwadru ta' kumditajiet, taħt il-ħarsien ta' komunità li tgħożż ir-residenti biex tiżgura li jħossuhom bħalikieku qegħdin fil-kumdita' ta' darhom, u fl-istess waqt igawdu l-appoġġ ta' tim professjonali dedikat. Id-dar tal- kura tinkludi parkeġġ taħt l-art ta' tliet sulari biex toffri konvenjenza kemm għar-residenti kif ukoll għall-viżitaturi tagħhom. Il-kmamar singoli u doppji huma spazjużi u mgħammra b'mod eleganti. Il-kmamar kollha jibbenefikaw minn underfloor heating, kamra tal-banju en-suite, televiżjoni bis-satellita, Wi-Fi, u sistema ta' sejħa għall-infermiera, kif ukoll arja kondizzjonata. Is- suites eleganti jinkludu kamra tar- rilassament, post fejn wieħed jista' jippranza fil-liberta', u terrazzini bil-veduti. L-ispazji komunali fuq ġewwa ta' e Imperial jippermettu lir- residenti jissoċjalizzaw u jgawdu l-kumpanija ta' xulxin. Residenti li jippreferu spazji aktar kwieti, jistgħu jagħmlu dan f 'diversi postijiet mifruxa ma' e Imperial fejn ikunu jistgħu joqgħodu jaqraw fil-privatezza kollha. e Imperial toffri possibbiltajiet fantastiċi għal dawk li jridu jesploraw l-inħawi mill-isbaħ filwaqt li jgawdu l-arja friska mill-kosta fil-qrib. It- terrazzi b'veduti meraviljużi joffru passiġġati rilassanti filgħodu kmieni jew tard wara nofsinhar, flimkien mal-ġnien kbir ta' e Imperial li hu kkurat ta' kuljum minn ġardinara. Iċ-ċentru modern tal-benessri jinkludi pixxina terapewtika u idrawlika, ċentru ta' rijabilitazzjoni fiżika, u tagħmir speċjalizzat tal-ġinnasju. F'dan l-ispazju, ir-residenti jistgħu jeżerċitaw f 'sessjonijiet ta' grupp u sessjonijiet ta' fiżjoterapija, filwaqt li ż-żewġ kliniċi joffru trattamenti ta' fiżjoterapija, terapija okkupazzjonali, servizzi ta' podjatri u fiżjoloġisti ta' eżerċizzju. Barra minn hekk, faċilitajiet ta' sports u divertiment fuq ġewwa huma disponibbli, fosthom snooker, pétanque, skittles, darts, logħob tal-karti u tal-bord, kif ukoll librerija. e Imperial hi dar li verament tieħu ħsieb. Casa Antonia, id-dar l-oħra mmaniġjata mill-Grupp Antonia, offriet kura eċċellenti għal għexieren ta' snin, u e Imperial qed taddotta l-istess approċċ, u toffri firxa sħiħa ta' għażliet ta' kura u servizzi li jaqdu l-bżonnijiet partikolari ta' dak li jkun. Wieħed jista' jirranġa għal żjara billi jċempel fuq in-numru +356 2145 6440 jew bl-email fuq info@theimperialmalta.com. e Imperial qed tistenna bil-ħerqa li tilqgħek. The Imperial tilqa' l-ewwel mistednin fil-kumdità msebbaħ bil-wirt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021