Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 opinjoni illum • Il-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 Nathaniel Attard L -irdumijiet f 'Ta' Ċenċ, il-kosta bejn Mġarr ix-Xini u l-Ponta ta' San Dim- itri, l-inħawi magħrufa bħala Ta' Isopu u Għajn Barra- ni. X'għandhom komuni dawn il-postijiet f 'Għawdex? Huma kollha postijiet fejn tbejjet il-Garnija, bl-Ingliż Yelkouan Shearwater, għasfur tal-baħar li huwa s-suġġett ta' studju xjentifiku ġdid li għadha kif nediet BirdLife Malta flimkien ma' numru ta' organizzazzjonijiet minn ħames pajjiżi differenti mifruxin madwar il-Mediterran. Il-proġett LIFE PanPuffinus! huwa kollaborazzjoni mifruxa mar-reġjun Mediterranju li għandha l-għan li ttejjeb l-istat ta' konservazzjoni mhux biss tal- Garnija imma wkoll tal-Garnija Balearika (Balearic Shearwater) – it-tnejn li huma għasafar tal-baħar endemiċi u li jinsabu taħt theddida. Filwaqt li l-Garnija tbejjet fil-Gżejjer Maltin (minbarra f 'Għawdex insibu wkoll diversi kolonji ta' dan l-għasfur fi nħawi differenti f 'Malta), fejn għandna bejn wieħed u ieħor 10% tal- popolazzjoni dinjija (bejn 1,600 u 1,800 par li 675–975 minnhom hu stmat li jbejtu f 'Għawdex), il-Garnija Balearika ma nsibuhiex f 'pajjiżna u tbejjet biss fuq gżejjer u rdumijiet mal-kosta tal-Gżejjer Baleariċi (arċipelagu fi Spanja li jinsab fil-Punent tal-Baħar Mediterran qrib il-kosta tal-Lvant tal-Peniżola Iberika). L-aħħar stimi tal-popolazzjoni ta' dan l-għasfur jammontaw għal 19,000 individwu. Għalkemm iż-żewġ speċi jbejtu esklussivament fil-Mediterran, bħal ħafna għasafar oħra tal-baħar jqattgħu parti kbira minn ħajjithom fuq baħar miuħ u rarament iżuru l-art ħlief tul l-istaġun tal-bejta waqt li fil-perjodu meta ma jkunux fuq il-bejta jimirħu 'l barra lejn ibħra differenti. Il- Garnija Balearika żżur il-kosta tal-Portugall fuq l-Atlantiku, Franza u n-naħa t'isfel tal-Ingilterra waqt li ammonti kbar ta' Garni jqattgħu x-xitwa fil-Baħar l-Iswed. Waqt li l-Garnija Balearika hija klassifikata bħala f 'Qagħda Kritika mill-Għaqda Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN), il-Garnija hija klassifikata bħala Vulnerabbli. Dan il-proġett ta' €3.45 miljun huwa kofinanzjat mill-programm LIFE tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal- Annimali ta' Malta u qed iġib flimkien l-Imsieħba fil-familja tal-BirdLife u organizzazzjonijiet governattivi minn Malta, Franza, Spanja, il-Greċja u l-Portugall. Il-parteċipanti fil-proġett huma BirdLife Malta, il-Hellenic Ornithological Society, HOS (BirdLife Greece), is-Sociedade Portuguesa para o Estudo das Aves, SPEA (BirdLife Portugal), is- Sociedad Española de Ornitología, SEO (BirdLife Spain), il-Ligue pour la Protection des Oiseaux, LPO (BirdLife France), id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura ta' Malta, u l-Management Body of Cyclades Protected Areas tal- Greċja. Dawn flimkien, fuq perjodu ta' ħames snin bejn l-2021 u l-2025, se jindirizzaw il-perikli li dawn iż-żewġ speċi pelaġiċi jiffaċċjaw fuq l-art u fil-baħar. Din is-sħubija konġunta u unika fil-qasam tal-konservazzjoni fuq skala kbira se tibni fuq is-suċċessi u l-għarfien li kisbet BirdLife Malta diġà fil-passat permezz tat-tmexxija tat-tliet programmi preċedenti ffinanzjati mill-programm LIFE tal-UE li permezz tagħhom din l-ikbar NGO ambjentali f 'Malta studjat l-għasafar tal-baħar ta' Malta, jiġifieri l-LIFE Yelkouan Shearwater Project (2006–2010), il-LIFE+ Malta Seabird Project (2011–2016), u l-aktar proġett riċenti LIFE Arċipelagu Garnija (2016–2020) li għadu kif intemm f 'Settembru li għadda. Wara l-perikli għal dawn l-għasafar li diġà ġew identifikati u indirizzati bis-saħħa ta' dawn it-tliet proġetti, fosthom it- tniġġis mid-dawl u mill-istorbju u t-tfixkil mill-bniedem fost l-oħrajn bit-turiżmu tal-baħar, issa dan il-proġett ġdid se jiffoka fuq żewġ sfidi ewlenin oħra li dawn l-għasafar tal-baħar jiltaqgħu magħhom tul il-ħajja tagħhom sew fuq l-art kif ukoll fil-baħar: (i) il-predazzjoni tal-bajd u l-frieħ minn speċi invażivi ta' mammiferi bħall-firien, u (ii) il-qbid bi żball f 'tagħmir tas-sajd (bycatch) fil- baħar. Dan minbarra problemi ġodda bħalma huwa l-plastik, li jistgħu jolqtu lil dawn iż-żewġ speċi fuq skala kbira fl-għexieren ta' snin li ġejjin. Tul l-implimentazzjoni tiegħu, fil-fatt, il-proġett LIFE PanPuffinus! se jikkwantifika kemm hi serja l-problema tal-bycatch fis-sajd, u jilqa' għal dan l-impatt permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' numru ta' miżuri. Il-proġett se jaħdem ukoll biex inaqqas ir-rata ta' predazzjoni mill-firien permezz ta' pjan ta' immaniġġjar u bijosigurtà apposta f 'Malta u madwar il-pajjiżi msieħba. Inizjattiva Mediterranja biex tħares il-Garnija Nathaniel Attard huwa l-Maniġer tal-Kommunikazzjoni ta' BirdLife Malta L-artiklu tal-lum huwa it- tielet artiklu f 'sensiela li qed tippromwovi lil Għawdex u lis- settur tal-Volontarjat Għawdxi. Din is-sensiela ta' artikli hija ffaċilittata b'arranġament milħuq bejn id-direzzjoni tal- ġurnal ILLUM u l-Kunsill tal- Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin (Gozo NGOs Association). Permezz ta' dan l-arranġament il- ġurnal ILLUM qiegħed jipprovdi pjattaforma għall-vuċi tas-settur tal-volontarjat u l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) Għawdxin. Settur, hekk imsejjaħ bħala it-tielet settur, importanti ħafna f 'kull kommunità, iktar u iktar f 'dik Għawdxija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021