Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607
06 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 • illum Il-Maltin jixtiequ jsiefru imma kawti ħafna qed jaqta' qalbu mir-rekwiżiti Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' aġenziji tal-ivjaġġar u anke mal-Linja Nazzjonali tal-Ajru dwar l-interess tal- Maltin fis-safar. Qed jibbukjaw? Min qed jibbukja l-aktar? Fejn qed imorru u meta? YENDRICK CIOFFI Is-sajf beda u kif! Is-sħana qed tagħmel tagħha u l-għejja, wara sena diffiċli għal kulħadd, ukoll qed tinħass. Għalhekk ħafna jinsabu ħerqana biex jasal dak il-mument meta jitfu l-kompjuter tax-xogħol, jagħlqu l-bagalja u jaqbdu ajruplan biex jaqtgħu waħda tajba mir-rutina ta' kuljum. Madanakollu, anke jekk l-għatx għas-safar hemm qiegħed u l-kunfidenza reġgħet bdiet tiżdied, speċjalment issa li ħafna huma mlaqqma, jidher li l-Maltin qed iħallu lejn l-aħħar tas-sajf biex isiefru, x'aktarx biex jaraw kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni li lilhinn minn Malta, għadha 'l bogħod minn perfetta. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' tliet aġenziji tal-ivjaġġar, ROCS Group, Hamilton Travel u Brittania Tours u anke mal- Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta. It-tlieta li huma qablu li l-interess fis-safar qed jiżdied, il-Maltin qed jistaqsu aktar iżda fl-istess ħin qed ikunu kawti u x'aktarx li jippreferu jsiefru tard fis-sajf, biex jaraw kif se tevolvi s-sitwazzjoni. Apparti minn hekk, jidher li t-tours organizzati mhux qed ikunu daqstant popolari, b'ħafna Maltin qed jistaqsu aktar fuq btajjel qosra fuq bażi individwali u qed jagħżlu d-destinazzjonijiet tagħhom wara li jirriċerkaw fuq il-postijiet l-aktar siguri. Mill-banda l-oħra, anke jekk is-sena 2021 mistennija tkun waħda wkoll diffiċli għall- aġenziji tal-ivjaġġar, anke għax l-impatt tas-sena li għaddiet għadu qed jinħass, qed iħarsu lejn il-futur b'ottimiżmu u qed jittamaw li l-interess ikompli jiżdied fix-xhur li ġejjin. Madanakollu mhux jistennew li s-sitwazzjoni tas-safar tirritorna għan-normal qabel l-2025. 'Qed jistaqsuna l-aktar għal Awwissu, Ottubru jew il-Milied' L-ILLUM tkellmet ma' Norman Hamilton, minn Hamilton Travel li mistoqsi dwar iċ-ċaqliq fejn jidħol il-bookings mill-Maltin, saħaq li hemm xi it jew wisq ta' interess iżda lanqas huwa xi wieħed esaġerat. Insista li it li xejn hemm xewqa jew interess dwar tours organizzati, bl-ajru, il-hotels u t-trasport, bil-maġġoranza tal- Maltin qed jistaqsu għal btajjel qosra fuq bażi individwali. Hamilton spjega wkoll kif il- cruises li jitilqu minn u jiġu lura Malta jidher li qed ikun mfittxija ħafna. Apparti minn hekk, destinazzjonijiet oħra popolari qed ikunu Sqallija, Sardenja u anke l-Greċja. Dawn id-destinazzjonijiet huma miuħa għat-turisti u it li xejn qed jitolbu rekwiżiti. Mistoqsi jekk hemmx xi perjodu partikolari li fih il- Maltin qed juru aktar interess, Hamilton ukoll ikkonferma li l-Maltin donnu li se jħallu lejn it-tmiem tas-sajf jew saħansitra aktar tard fis-sena. "Qed jistaqsuna l-aktar għax- xhur ta' Awwissu u Ottubru. Xi wħud qed jistaqsu wkoll għal vjaġġi individwali jew mal-familja għal Diċembru jew l-Ewwel tas-Sena," kompla jisħaq. Mistoqsi kif qed iħarsu lejn il-bqija tas-sena, Hamilton saħaq li s-sena 2021 "hija waħda mitlufa." "Se sservi biex niġbru lura l-flus tan-nies, hekk kif sena ilu aħna ħallasna b i l - q u d d i e m lill-fornituri u l-kumpaniji li naħdmu magħhom," insista. "Inħarsu 'l quddiem b'ottimiżmu kawt lejn is-sena 2022, bħala l-bidu tat-triq lejn in-normalità li wieħed jistenna li tibda tintlaħaq fl-2024." Norman Hamilton