Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 • illum Kien raġġ ta' tama wara żmien anzjan Bormliż li jiftakar ir-Rialto Alan Borg MARIANNA CALLEJA Il-gazzetta ILLUM diġà ddedikat numru ta' artikli għar-Rialto u kien permezz ta' dawn l-artikli li l-gazzetta saret taf u ltaqgħet ma' Ludovico Balzan. Dilettant kbir tal-arti ċinegrafika tant li f 'daru stess bena ċinema personali inspirata mir-Rialto. L-anzjan li jiakar ir-Rialto fl-aqwa tiegħu tkellem fuq dak kollu li għamel ir-Rialto suċċess u anke fuq il-ħajja tiegħu bħala dilettant taċ- ċinema. "It-talkies kien l-unika ħaġa tal-familja dak iż-żmien. Divertiment kważi ma kien hawn xejn" "Student Prince kien l-ewwel film li fetħu r-Rialto bih. Dak iż-żmien kien mistieden għall-uħ il-Prim Ministru, flimkien ma' numru ta' uffiċjali għolja." Iċ-ċinema tar- Rialto fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku nhar is-Sibt, 5 ta' Mejju tal-1956. "Il-biljetti ridt taqtagħhom sal-Erbgħa għax għalkemm is-sala kienet kbira kulħadd hemm kien immur fl-aħħar tal-ġimgħa u post ma kontx tilħaq," beda jirrakkonta Balzan. Filwaqt li għajnejh xegħlu bin-nostalġija hu kompla jgħid kif ir-Rialto kont tmur liebes l-aqwa ilbies. Dak iż-żmien ma kienx sempliċiment ċinema bħal tal-lum fejn tidħol b'karkur. Għall-kuntrarju ta' hekk, il-familji kienu jilbsu kważi sejrin ballu. Iżda mhux familji biss kienu jmorru r-Rialto. B'daħka, Balzan spjegalna li ż-żgħażagħ kienu jmorru bħala ħarġa tas-Sibt filgħaxija. Kien ukoll iservi bħala post fejn tiltaqa' man-namrat/a tiegħek. "Biex toqgħod isfel, fil-platea, kont tħallas xelin u żewġ soldi, imma meta tieħu n-namrata titla' fuq fil-gallarija biex tippresjona. Biex toqgħod fuq il-gallarija ridt tħallas xelin u tmien soldi imma mbgħad tara aħjar." L-anzjan kompla jirrakkonta kif fuq kien ikun hemm il-purtieri u kien il-post ideali biex fid-dlam tisraq bewsa mingħand l-għarus/a. "Kien il-post fejn tiġi tinnamra. Tinsiex li konna qed noħorgu minn żmien fejn biex toħroġ ma' tfajla ried ikun hemm xi ħadd miegħek. Dik konna bdejna noħorġu minnha," tenn jgħid b'tbissima. 'Ir-Rialto kien mgħammar b'kollox, ma kien jonqsu xejn' L-entratura prinċipali tar-Rialto kienet fejn bħalissa hemm il-bank tal-HSBC. Dak iż-żmien kont tidħol minn hemm u tieħu triqtek jew għas-sala tad-dħul jew għall-bar fejn bosta kienu jkunu qed jistennew il-film biex jibda. Skont Balzan l-iktar ħaġa spettakolari għalih kienet li ġimgħa wara ġimgħa kont issib ammont kbir ta' nies jistennew barra bħal serbut nemel. "Is-sala tad-dħul kienet tesa' daqs kemm tesa' nies iċ-ċinema. Fil-fatt in-nies kienu jmorru qabel apposta jistennew u jisimgħu d-diski. Meta jispiċċaw tas-sitta jidħlu jsibu posthom tal-aħħar." Iċ-ċinema kienet maqsuma fit-tnejn, il- gallarija u l-platea. Sintendi kien ikollok l-aħjar post fuq il-gallarija u għalekk kont tħallas dawk is-sitt soldi żejda. Fil-gallarija, is-siġġijiet kienu mtarrġa imma fil-platea is- siġġijiet kienu jkunu fuq l-istess livell. Fil-fatt bħalma dan iż-żmien niġġieldu biex quddiem ma noqogħdux dak iż-żmien kellhom sitwazzjoni simili tal-platea. Malli ssib postok, kont toħroġ minn ġol- baskett xi ħaġa xi tnaqqar u hemm tistenna l-purtieri jiħu. "Kellu purtiera tal-ħarir kulur id-deheb, u dik l-iktar li għadhom isemmu n-nies. Imma quddiemha kien hemm purtiera oħra tal-bellus ħamra. Waqt li jkunu qed jiħu jew jagħlqu l-purtieri kienet tindaqq id-diska Cherry Pink and Apple Blossom White ta' Perez Praso," qal b'daħka filwaqt li qabad ikanta. B'tbissima, Balzan qal ukoll li tant kien ħaseb għal kollox ir-Rialto li jekk karozza tkun ipparkjata ħazin, fuq il-liżar taċ-ċinema kien jidher in-numru tal-karozza biex jekk is- sid kien hemm jinżel iwarraba. 'Ir-Rialto kien raġġ ta' tama wara żmien diffiċli' Meta l-aħwa Said, il-kuntratturi Ġużeppi, Romeo u Rafel Said magħrufin bħala tal- Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma Ludovico Balzan, dilettant tal-arti ċinegrafika u kollezzjonist ta' dak kollu li toffri din l-arti. Kien ikun mixgħul qisu xemx minn ġewwa u anke minn barra. Fuq ġewwa kien jixgħel id-dawl li jirrifletti mal-ħġieġ blu tat-twieqi, barra kien mixgħul mod ieħor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021