Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 żmien diffiċli - Ludovico Balzan, ir-Rialto fl-aqwa tiegħu Vapura, bnew ir-Rialto, Bormla kienet għadha mimlija bini imġarraf u nuqqas ta' eletriku. Din il-binja kienet ġiet mibnija b'sistema ta' dawl ġdid dak tal-240 volts u minħabba f 'hekk ir-Rialto kien jieħu l-kurrent mid- dockyard, l-istess post fejn kien jaħdem Ludovico Balzan. "Kien ikun mixgħul qisu xemx minn ġewwa u anke minn barra. Fuq ġewwa kien jixgħel id-dawl li jirrifletti mal-ħġieġ blu tat- twieqi, barra kien mixgħul mod ieħor. Mad- dawra tal-gallarija kollha kien ikun hemm tliet tubi ta' pied, wieħed kull żewġ piedi." Fuq barra tal-binja kien hemm ukoll il- famuża gondola biex tissimbolizza gondola isserrep qalb il-kanali fix-xmara tal-istess isem f 'Venezja. Din kienet tkun kollha dawl mixgħul neon li kien ukoll xi ħaġa ġdida għal Malta. "Ir-Rialto xegħel Bormla u n-nies tal- madwar. Kien raġġ ta' tama wara żmien diffiċli," saħaq Balzan. Malta kienet għadha qed issofri l-effetti koroh li ħalliet warajha l-gwerra. Postijiet bħar-Rialto nibtu tama fil- Maltin li l-gżira ċkejkna tagħna għad tiġi lura kif kienet. 'Dan iż-żmien iż-żgħażagħ jafu biss jitfu d-DVD jew jagħfsu play' Bosta esperti jirrakkontaw kif ir-Rialto kien magħmar bl-aħħar teknoloġija ta' dak iż-żmien. Fosthom is-sitema li kienet għadha kif ħarġet tac-cinemascope u sistema ta' stereophonic sound. Il-Bormliż ilu minn età żgħira, dilettant tal-arti ċinegrafika u kollezzjonist ta' dak kollu li toffri din l-arti minn viżwal sa ħoss. Minħabba f 'hekk il-gazzetta ma setgħetx ma ssaqsihx dwar il-proċess li kien iwassal biex jintwera film. "Kien ikollu sa sitt bobini, skont kemm hu twil il-film. Kull bobina kienet tesa' sa 20 minuta ta' tertuqa." Balzan spjega lill-gazzetta ILLUM li kull 15-20 minuta, persuna riedet teqleb il-bobina għal dik li jmiss. Ir-Rialto kellu sistema ta' żewġ projectors u għalekk kienet tkun faċli aktar biex teqleb billi tipprepara l-bobina li jmiss fil-projector il-vojt. B'għajnejh miuħa beraħ, Balzan wissa, li "trid toqgħod attent illi ma tiskappalekx it-tertuqa għax l-istampa tiġi bajda u tibda tisma' ħafna tisfir u għajjat mill-udjenza. Meta tlesti trid terġa' ddawarhom lura wkoll." Dak iż-żmien l-istampa ma kinetx ta' kwalità bħalma nafuha issa, fil-fatt Balzan semma li kemm-il darba kien ikun hemm donnu ċaqliċ fl-istampa. Dan kien ikun jiddependi minn bosta fatturi eżempju projector maħmuġ jew it-tertuqa tkun ċkienet it bis-sħana. Sintendi dan kollu telaq bis-saħħa tal-blu- rays u jekk issa tiddeċiedi tara film remastered mhux se tesperjenza la ċ-ċaqliq u lanqas il- grif li xi drabi kien ikollhom dak iż-żmien. "Fl-intermission kienu jitfgħu diska u dak il-ħin jekk tkun qed taħdem bi projector wieħed, ikun il-ħin ideali biex ddawar lura t-tertuqa fil-bobina użata u ttella' l-bobina l-ġdida." Intant, in-nies kienu jmorru r-Rialto għad-diski wkoll u fuq is-swaba' ta' jdejh beda jelenka xi diski li dak iż-żmien Balzan kien iħobb jisma' bħal e Breeze and I ta' Caterina Valente jew e Tender Trap ta' Frank Sinatra. "Fis-sajf, it-tieqa tal-projection room kienet tkun miuha u l-ħoss tal-kurunetta kien jinstema' sew. Malli nisma' Cherry Pink and Apple Blossom White kont indur fuq ommi u ngħidlha "tlaqna mamà għax spiċċa tas-sitta." Minn ċinema sa teatru, sala tat-tieġ u saħansitra maħżen tal-armar – l-irwol tar-Rialto Din il-binja kellha diversi rwoli matul iż-żmien, fosthom insibu dawk l-ovvji li diġà semmiet il-gazzetta fl-artikli ta' qabel. Madankollu din il-binja kellha diversi rwoli oħra fosthom għal ġurnata waħda biss fl- istorja tar-Rialto, serviet bħala sala tat-tieġ. F'Ottubru tal-1956, Salvu Magro u Tessie Busutill iċċelebraw l-għaqda ta' mħabbithom fir-Rialto. Il-patt kien li t-tieġ jsir filgħodu minflok il-film u jispiċċa qabel il-film tas- sagħtejn iżda l-mistednin mid-dehra ħadu wisq gost u l-film tas-sagħtejn tħassar ukoll. Dan wassal biex l-aħwa Said jaqtagħuha li qatt ma jerġgħu jħallu tieġ isir hemm. Fl-aħħar snin, il-binja serviet ukoll bħala maħżen tal- armar tal-festa. Balzan b'dispjaċir qal li hemm kien l-aħħar darba li daħal fir-Rialto. "Ilni ma nidħol, l-aħħar li dħalt meta kien qed jintuża minn tal-armar u għamlu ħabta jiħuh għall- pubbliku. Qabel kont nipprova mmur kuljum infatti kienu jaħsbuni li naħdem hemm." Iċ-ċinema personali ta' Ludovico Balzan Fid-dar ta' Ludovico Balzan insibu wkoll ċinema personali mibnija kemm jista' jkun biex tixbah lil dik tar-Rialto. Mill-purtiera tal-bellus ħamra, sas-siġġijiet lewn il-krema, balzan ħa ħsieb għal kollox, sintendi kollox magħmul minnu. "Pruvajt nitgħallem kollox, bdejt b'taħriġ għal mastrudaxxa u anke kors fl-elettriku għamilt biex nagħmel kollox jien. Ara s-siġġijiet, dawk kienu tal-Alambra, ċinema Tas-Sliema, neżżajthom, braxthom u għamilthom b'tapizzerija simili tar-Rialto." Iċ-ċinema personali ta' Balzan tinkludi saħansitra librerija ta' films u kotba kif ukoll mużew ta' projectors li ġemma' maż-żmien u li kollha jiffunzjonaw. "Kont nistieden lil sħabi u sħab il-mara u kont nurihom il-films, anke għal tiolet ħsibtilhom ara." Balzan iqatta' ħafna ħin f 'din il-kamra u minħabba li ż-żmien ma jistenna lil ħadd u tisjir ma jistax jagħmel ħaseb ukoll għal qanpiena speċjali. Meta jġibulu l-ikel, idoqq qanpiena bl-istess ħoss li kien jinstema' fil- bar biex tinnotifika lin-nies li ħa jibda l-film. Balzan ma setax jitlef l-opportunità li juża dan il-ħoss la sab iċ-ċans. Balzan għandu wkoll kollezzjoni ta' films anke l-istess film f 'verżjonijiet differenti. Eżempju l-ewwel film li ntwera fir-Rialto, dak ta' Student Prince, Balzan żamm kopja tat- tertuqa u anke Blu-Ray. L-istess għall-aħħar film li ntwera fir-Rialto, dak ta' Superman 3 li għalih Balzan għandu kemm forma ta' tertuqa u anke DVD. L-iktar films favoriti ta' Balzan huma dawk mużikali, u għalekk fil-kollezzjoni tiegħu films mużikali jiddominaw. Hu temm jgħid li l-arti taċ-ċinema hi passjoni u li fil-fehma tiegħu mhux daqsekk apprezzata. Dan wassal biex maż-żmien bosta swali taċ-ċinema f 'Malta ġew abbandunati jew imwaqqa'. 'Hawn Malta hawn mużew tal-friefet, mużew tal-wirdien, allura mużew taċ- ċinema ma jkollniex?' Hawn fejn il-gazzetta staqsietu x'jixtieq allura li jiġri mir-Rialto biex ma jkollux l-istess destin kiefer. "Parti minnu tibqa' ċinema u l-kumplament isir mużew. Jien u sħabi d-dilettanti għandna ħafna x'noffru u l-maġġoranza lesti biex nagħtu l-kontribut tagħna. Hawn Malta hawn mużew tal-friefet, mużew tal-wirdien, iva allura mużew taċ-ċinema ma jkollniex? Jistgħu jintwerew films, dokumentarji u iktar." Ludovico Balzan spjega li issa hu żmien ideali għal proġett bħal dan minħabba li hawn l-għatx għall-arti u l-kultura. Semma' wkoll li dan l-aħħar qed jerġgħu jiġu moda t-turntables u l-walkmans fost l-oħrajn. Balzan temm billi fakkar li fuq kollox nofs ir-Rialto hu tal-Bormliżi u tan-nies mill- Kottonera. "Dak iż-żmien konna għadna bil- pounds, il-pennies u l-pence, dak iż-żmien għaxar liri kienu ħafna." Hawn Balzan irrefera għal ġabra ta' donazzjonijiet li seħħet wara li għalaq ir-Rialto biex b'hekk il-binja inxtrat mill-Partit Laburista. Balzan sostna li jekk min hu anzjan ma jwassalx l-informazzjoni kollha lil min hu żgħir mela ġawhra bħal din se tintilef u wara snin ta' suċċess jispiċċa bħalma jgħidu l-Ingliżi "with all the money down the drain." Ir-Rialto xegħel Bormla u n-nies tal-madwar. Kien raġġ ta' tama wara żmien diffiċli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021